Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,53 Mb.
səhifə8/8
tarix16.05.2018
ölçüsü0,53 Mb.
#50569
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. MICHAEL FALZON: Is- 'Solid Waste Recycling Plant' f'Sant'Antnin (Wied il-Ghajn) huwa impjant biex jipproduci l- 'compost' li jintuza fl- ghelieqi. Dan l-impjant huwa lest izda ghadu ma bediex jopera. S'issa gie pprocessat biss ftit materjal.
Meta l-impjant jibda jopera fi ftit granet ohra, l-iskart kollu domestiku se jibda jittiehed Sant'Antnin fejn, permezz ta' process mekkanizzat tigi skartata dik il-parti taz- zibel li mhix tajba biex issir 'compost'. Ghalhekk waqt li jigi skartat il-hadid, hgieg, plastic, craret u materjal iehor, il-kumplament jghaddi minn process semplici izda kemm xejn twil biex isir 'compost'. Huwa kkalkolat li minn 40 sa 50% taz-zibel jinbidel f' 'compost' filwaqt li l-kumplament irid jittiehed biex

jintrema fil-mizbliet.


Il-bzonn ta' incineratur huwa konsegwenza ta' dik il-parti ta' l-iskart domestiku li trid tintefa' fil-mizbla u ta' l- iskart mill-industrija li mhux tajjeb biex jinhadem f' 'compost'. Fl-ahhar gimgha ta' Frar, is-Segretarjat ghall- Ambjent ippubblika rapport minn konsulenti internazzjonali li fih wiehed isib parir biex pajjizna jikkonsidra l- introduzzjoni ta' incineratur modern ghas-sena 1997.
Incineratur huwa impjant fejn l-iskart jista' jinharaq taht kontroll strett u minghajr tniggiz ta' l-arja. Il- konsulenti qed jissuggerixxu incineratur fejn is-shana prodotta mill-hruq ta' l-iskart tintuza biex jigi distillat ilma bahar ghax-xorb.

Fgura,Triq Kent,Bankina

gree,Fgura,Triq Kent,Bankina

falm,Fgura,Triq Kent,Bankina



FGURA: TRIQ KENT - BANKINA

9106. L-ONOR. EDWIN GRECH staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Nixtieq ninforma l- Ministru li xogħol fuq bankina f'Kent Street, Fgura (il- qasira) ħdejn il-pitch tal- Boċċi li kien inbeda f'Settembru 1992 għadu ma tlestix. Peress li x-xogħol waqaf f'Settembru wara li kienet tlestit naħa waħda tat- triq.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li x-xogħol jitkompla u jitlesta għal benefiċju tar- residenti?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li x-xogħol imsemmi se jsir mid-Dipartiment tad- Distretti tat-Taqsima tax- Xogħlijiet fi żmien qasir.

Balzan,Irrangar ta' trinka

buhc,Balzan,Irrangar ta' trinka

falm,Balzan,Irrangar ta' trinka



BALZAN - IRRANĠAR TA' TRINKA


9107. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jara li t-trinka li kienet saret f'Balzan Valley, Balzan (għar-relief sewer) tiġi mogħtija t-tarmac flok l-asfalt bħalma sar f'postijiet oħra peress li minn din it-triq jgħaddi ħafna ilma kull darba li tinżel ix-xita bil- konsegwenza li l-asfalt jinqala mill-ewwel?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li t-trinka ndikata mill-Onor. Membru inghatat it- tarmac izda billi f'xi postijiet kienet nizlet, din giet imsewwija bil-cold asphalt.
Id-Dipartiment tat-Toroq qieghed jaghmel lista ta' trinek ta' din il-kwalita' biex ftit ftit ikun jista' jsir ix- xoghol ta' tiswija b'mod aktar permanenti.

Telemalta,Promozzjonijiet

refa,Telemalta,Promozzjonijiet

zamf,Telemalta,Promozzjonijiet



TELEMALTA - PROMOZZJONIJIET

9109. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jispjega liema kriterji intużaw fil- promozzjonijiet li ħadu ħaddiema Għawdxin ma' Telemalta riċentement?
Jista' l-Ministru jippubblika il-lista ta' Għawdxin ma' Telemalta li ħadu l-promozzjoni u dawk li ma ħadux u r-raġuni għaliex ma ħadux din il- promozzjoni?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Il-kriterji li ntuzaw fil- promozzjonijiet ghal grad ta' TT II kienu bbazati fuq servizz, esperjenza, kwalifiki u intervista. L-applikazzjo­nijiet kollha eligibbli, kemm dawk ta' haddiema Maltin kif ukoll ta' dawk Ghawdxin, gew ikkonsidrati fid-dawl ta' dawn il-kriterji.
Kopja tar-rizultati ta' l- intervisti ghall-promozzjoniji­et li nghataw fil-grad ta' TT II diga' tqeghdet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta Parlamentari Numru 111.

Qrati,Bini ta' Annexe

refa,Qrati,Bini ta' Annexe

fenj,Qrati,Bini ta' Annexe



QRATI - BINI TA' ANNEXE

9110. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: F'mistoqsija parlamentari preċedenti l- Ministru kien iddikjara li l- bridge li nbena kontra l- estetika sabiex jgħaqad mal- annexe tal-Qorti sejjer b'xi mod jiġi irranġat biex dan l- eyesore fil-Belt, Valletta jitneħħa.
Jista' l-Ministru jispjega x'sar s'issa f'dan ir-rigward?
ONOR. JOE FENECH: Id- Dipartiment tax-Xogħlijiet qiegħed jara kif il-pont li hemm bejn l-annexe u l-bini prinċipali tal-Qorti jiġi rranġat bl-aħjar mod.
Għalhekk nirreferi lill-Onor. Membru lill-Ministru koncernat. Qrati,Bini ta' Annexe

refa,Qrati,Bini ta' Annexe

fenj,Qrati,Bini ta' Annexe

QRATI - BINI TA' ANNEXE

9111. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: X'inhi r-raġuni li jekk il-Gvern abbanduna l-pjan tiegħu li jesproprja parti mis- Savoy, minflok ma nbena l- annexe fejn inbena, ma nbeniex sular ieħor fuq il-Qorti eżistenti?
Huwa minnu li mit-testijiet li saru instab li meta nbena l- istess Qorti ma sarux pedamenti adegwati u sodi b'tali mod u manjiera li speċjalment fl- arkivju hemm diversi konsenturi tant li parti mill-istess arkivju illum ma jistax jiġi utilizzat u diversi proċessi antiki qegħdin jittieħdu l- Mdina?
ONOR. JOE FENECH: Il-pjan li tittieħed parti tas-Savoy ġie abbandunat minħabba raġunijiet strutturali serji u spejjeż kbar ħafna. Ir-raġuni għaliex ma setax jinbena sular ieħor fuq il-bini eżistenti tal-Qrati huma problemi strutturali u ambjentali.
Dwar xi konsenturi li dehru fil-pilastri fl-Arkivju, dawn ġew eżaminati mill-periti tad- Dipartiment tax-Xogħlijiet li ddikjaraw li m'hemmx periklu. M'hemm l-ebda parti mill- Arkivju li mhix qegħda tintuża għal raġuni li semma l- Interpellant jew għal xi raġuni oħra.
Billi l-Gvern għamel Central Archives, il-volumi antiki tal- Qorti li ftit li xejn jiġu użati qegħdin jiġu trasferiti fis-Central Archives l-Imdina sabiex jagħmel spazju għall- volumi ġodda.
Qrati,Bini ta' Annexe

refa,Qrati,Bini ta' Annexe

fenj,Qrati,Bini ta' Annexe

QRATI - BINI TA' ANNEXE

9112. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jidhirlu l- Ministru li l-annexe il-ġdid li ġie kkostitwit mal-Qorti huwa inadegwat u mhuwiex qiegħed iservi lill-poplu speċjalment il-parti fejn tpoġġa r-Reġistru bil-kuridur dejjaq u twil minn fejn trid tgħaddi biex fl-aħħar tasal għar-Reġistru?
Jidhirlux ukoll l-Ministru li fil-Kostituzzjonijiet edilizji li saru fil-bini tal-annexe mal-Qorti kien hemm nuqqas ta' planning serju speċjalment peress li l-kmamar ta' l- Imħallfin tpoġġew minn fejn igħaddu n-nies bir-riżultat li l-istess membri tal-Ġudikatura qegħdin jikkomplejnjaw bin- nuqqas ta' privacy li huwa xieraq li jkollhom?
ONOR. JOE FENECH: Le ma naqbilx ma' l-Onor. Interpel­lant.
Il-pubbliku li jkollu jattendi fir-Reġistru Superjuri jew fir-Reġistru tal-Maġistrati jista' (u fil-fatt qiegħed jagħmel fil-bicca l-kbira tal- każi) jitla' direttament minn Strait Street bla skomdu ta' xejn bil-kumdita' ta' tlett lifts. Jidher li r-Reġistri qegħdin jaqdu x-xogħol tagħhom adekwatament u l-kummenti ġenerali ta' l-avukati, prokuraturi legali, n-nies u l- impjegati tar-reġistru kienu pożittivi ħafna.
Fl-awla tal-Qorti tal-Familja ma hemm ebda nuqqas ta' privacy kif semma' l-Onor. Interpel­lant, billi l-Imħallef għandu sigrieta u jgħaddi minnha għat- tribuna minn kurridur apparti.

Qrati,Bini ta' Annexe

refa,Qrati,Bini ta' Annexe

fenj,Qrati,Bini ta' Annexe



QRATI - BINI TA' ANNEXE

9113. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru tal- Ġustizzja: Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra x'ġara mill-pjan tal-Gvern li jittieħed b'esproprijazzjoni parti mis-Savoy u jiġi anness mal-edifiċċju tal-Qorti?
Jekk dan il-pjan ġie abbandunat, jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex, meta l-pjanti diġa' kienu lesti?
ONOR. JOE FENECH: Nirreferi l-Onor. Interpellant għat- tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9111.

Kalkara,Rinella,Dawl fit-Toroq

pora,Kalkara,Rinella,Dawl fit-Toroq

falm,Kalkara,Rinella,Dawl fit-Toroq



KALKARA: RINELLA - DAWL FIT- TOROQ

9114. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Tista' l-Korporazzjo­ni Enemalta u d-Dipartiment konċernat jipprovdu l-bozoz tad-dawl elettriku fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern f'Rinella fil-Kalkara peress li r- residenti lmentaw miegħi ukoll dwar id-dlam li hemm f'dan il- Qasam?
ONOR. MICHAEL FALZON: It- talba ta' l-Onor. Interpellant biex jiddawwal il-Qasam tad- Djar tal-Gvern f'Rinella fil- Kalkara qed tigi kkonsidrata flimkien ma' talbiet ohra.

Bahhar u Sewwi Ltd

manc,Bahhar u Sewwi Ltd

bong,Bahhar u Sewwi Ltd



BAĦĦAR U SEWWI LTD

9115. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: X'inhi l- qagħda finanzjarja tal- kumpannija Baħħar u Sewwi Ltd?
Fiex waslu n-negozjati ma' persuni privati biex shares u/jew il-kumpannija tinbiegħ?
X'inhi il-qagħda ta' l- impjegati?
X'inhuma l-problemi attwali ta' din il-kumpannija?
ONOR. GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirreferi lill-Onor. Interpel­lant ghat-twegiba li tajt il- gimgha l-ohra ghall-mistoqsija parlamentari numru 8863, u partikolarment ghall-etika xierqa li ghandha tigi applikata fil-kaz ta' kumpannija kummercjali. B'danakollu nista' nghid li n- negozjati bejn l-azzjonisti u l-partijiet interessati f'din il-Kumpanija ghadhom ghaddejjin.

Awtorita' tad-Djar,Bejgh ta' djar

pora,Awtorita' tad-Djar,Bejgh ta' djar

hyzg,Awtorita' tad-Djar,Bejgh ta' djar



AWTORITA' TAD-DJAR - BEJGĦ TA' DJAR

9122. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Għal min joqgħod fi flat tal-Gvern u jrid jixtrih kif inhi l- proċedura?
F'każ li dan joħroġ b'avviż fuq il-gazzetta tal-Gvern, jista' d-dipartiment konċernat jibgħat jgħarraf b'dan lil min ikun talab lid-dipartiment biex jixtrih (biex l-avviż ma jaqbiżlux)? Residenti ta' Block C fi Triq Santa Tereża, Bormla jistgħu jixtru l-flat mingħand il- Gvern? Veru li l-art hi tal- privat?
ONOR. GEORGE HYZLER: Dawk li joqogħdu fi flats jew djar tal- Gvern setgħu japplikaw u jixtru d-dar tagħhom fuq formola apposta skond Skema G - Skema ta' l-1991 għax-xiri ta' djar ta' Abitazzjoni tal-Gvern maħruġa mill-Awtorita' tad- Djar. Din l-iskema skadiet fis-27 ta' Novembru, 1992.
Meta skema oħra simli tiġi mnedija, din tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Is- suġġeriment ta' l-Onor. Membru f'dan ir-rigward ġie nnotat.

Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

mizj,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

zamf,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati



TELEMALTA - INĠUSTIZZJI MA' L- IMPJEGATI

9123. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jagħtini risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8182?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni estensiva li talab l-Onor. Interpellant ghadha qed tingabar.

Telephones,Tiswijiet

mizj,Telephones,Tiswijiet

zamf,Telephones,Tiswijiet



TISWIJIET TA' TELEPHONES

9124. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid meta xi ħadd jirrapporta li għandu s-set tat-telephone bil-ħsara u l- imsemmi set ma jkunx jista' jissewwa, x'inhi l-proċedura normali li tittieħed biex wieħed ikollu s-set mibdul ma' wieħed li jiffunzjona?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Meta xi hadd jirrapporta hsara fis-set tat-telefon u jinstab li ma jkunx jista' jigi msewwi, il-procedura prezenti hi li dan jinbidel ma wiehed rikondizzjo­nat mil-"Lineman" li jkun attenda fuq il-hsara.

Telephones,Servizzi godda

mizj,Telephones,Servizzi godda

zamf,Telephones,Servizzi godda

Telephones,Transfers

mizj,Telephones,Transfers

zamf,Telephones,Transfers

TELEPHONES - SERVIZZI ĠODDA/ TRANSFERS

9125. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l- Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' residenti li joqogħdu l- Kalkara, il-Birgu, ix-Xgħajra, Bormla, l-Isla, il-Fgura, Bulebel iż-Żgħir, u l-Housing Estate ta' Ħaż Żabbar li qegħdin jistennew is-servizz tat-telephone, l-ammont ta' kull lokal separatament kemm bħala:
(a) servizz ġdid;
(b) transfer;
(c) kemm ilhom li saru l- eqdem 20 applikazzjoni (f'kull lokal indikat f'din il- mistoqsija)?
X'inhu l-programm ta' Telemalta għal kull lokalita' imsemmija f'din il-mistoqsija?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: L-informazzjoni qed tingabar u risposta tinghata f' xi seduta ohra.

Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

mizj,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

fene,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati



TELEMALTA - INGUSTIZZJI MA' L- IMPJEGATI

9126. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8153?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: L- informazzjoni estensiva mitluba mill-Onor. Interpellant fiż- żewġ mistoqsijiet parlamentari numri 8153 u 8154 għadha qegħda tinġabar. Minħabba li t- tagħrif irid jinġabar minn tlett sorsi differenti, kif ukoll minħabba l-kumplessita' ta' l-informazzjoni mitluba, dan il-proċess bilfors li jieħu ftit taż-żmien.

Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

mizj,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati

fene,Telemalta,Ingustizzji ma' l-impjegati



TELEMALTA - INĠUSTIZZJI MA' L- IMPJEGATI

9127. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l- Prim Ministru jagħti r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 8154?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: L- informazzjoni estensiva mitluba mill-Onor. Interpellant fiż- żewġ mistoqsijiet parlamentari numri 8153 u 8154 għadha qegħda tinġabar. Minħabba li t- tagħrif irid jinġabar minn tlett sorsi differenti, kif ukoll minħabba l-kumplessita' ta' l-informazzjoni mitluba, dan il-proċess bilfors li jieħu ftit taż-żmien.

Gabbani bla permess

cusl,Gabbani bla permess

gall,Gabbani bla permess



GABBANI BLA PERMESS

9150. L-ONOR. LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Pulizija meta nstabu nies joperaw gabbani fil-bajjiet ta' l-Għadira u ta' l-Armier mingħajr permess u partikolarment jekk dawn il- gabbani ġewx zgombrati mill- Pulizija?
ONOR. LOUIS GALEA: Kull meta l-Pulizija jirrizultala li xi hadd qed jopera gabbana bla permess, irrispettivament mil- lokal li jkun, jittiehdu passi fil-Qorti kontriha u l-Pulizija tagixxi skond kif ordnata mill- Qorti.

Gabbani


cusl,Gabbani

gall,Gabbani



GABBANI

9151. L-ONOR. LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni inħarġet fis-sajf tas-snin 1991 u 1992 għal ksur tal-kondizzjonijiet tal- permessi mill-operaturi tal- gabbani fil-bajjiet ta' l- Għadira u ta' l-Armier u postijiet oħrajn?
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul l-1991 u l- 1992 inhargu dawn ic- citazzjonijiet ghall-ksur tal- kondizzjonijiet tal-permessi mill-operaturi tal-gabbani:

1991 Numru ta'

citazzjonijiet
l-Ghadira 5

Bugibba 3


1992 Numru ta'

Ċitazzjonijiet


l-Ghadira 46

Bugibba 9

Gabbani

cusl,Gabbani



gall,Gabbani

GABBANI

9152. L-ONOR. LOUIS CUSCHIERI staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jikkonferma kemm-il gabbana fil-bajjiet ta' l-Għadira u l-Armier u postijiet oħra għandha it- trading licence tal-Pulizija biex:
1. ibiegħu prepacked food u minerali;
2. ibiegħu ikel imsajjar;
3. jikru l-umbrellel u d-deck chairs;
4. jutiliżżaw il-bajja rispettiva billi jqegħdu imwejjed u siġġijiet f'roqa art konċessa lilhom;
5. jibqgħu tal-fiss u cioe' li ma jżarmawx wara l-11.00 p.m. u jimxu;
6. jibqgħu joperaw il-kiosk anke wara il-15 ta' Ottubru ta' kull sena?
Fil-każ affermattiv liema huma dawn il-gabbani u minn huma il-licencee u jekk hemm is-substitute?
ONOR. LOUIS GALEA: Il- gabbani li ghalihom ghamel referenza l-Onor. Membru ghandhom biss permess biex joperaw bejn il-15 ta' Lulju u l-15 ta' Ottubru kull sena. Kif diga' irrispondejt ghall-Interpellanzi ohra, minn din is-sena behsiebni nohrog 'policy' gdida dwar il-permessi ta' dawn il-gabbani. Dan bil- ghan li jkunu konformi mal- ligijiet tal-Pulizija, tas- Sanita', ta' l-Ambjent, ta' l- Artijiet, tat-Turizmu u tat- Tezor. Din il-'policy' behsiebni nhabbarha dalwaqt.

Pulizija,Serq ta' karozzi

farm,Pulizija,Serq ta' karozzi

gall,Pulizija,Serq ta' karozzi



PULIZIJA - SERQ TA' KAROZZI

9153. L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Kemm insterqu karozzi jew aċċessorji ta' karozzi mill-multi storey car park ta' ħdejn l-isptar San Luqa xahar b'xahar f'dawn l- aħħar sentejn?
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li matul dawn l-ahhar sentejn kien hemm dawn il-kazi ta' serq ta' karozzi jew ta' serq minn karozzi irrapportati lill-Pulizija, mill-'multi storey car park' ta' l-Isptar San Luqa:
1991 Kazi
Marzu xejn

April xejn

Mejju 1

Gunju xejn



Lulju 2

Awissu xejn

Settembru xejn

Ottubru xejn

Novembru xejn

Dicembru 1


1992
Jannar 1

Frar xejn

Marzu xejn

April 1


Mejju xejn
1992 Kazi
Gunju xejn

Lulju xejn

Awissu xejn

Settembru 1

Ottubru xejn

Novembru xejn

Dicembru xejn
1993
Jannar 1

Frar xejn

Marzu (sa 20/3/93) xejn

Gholi tal-hajja

farm,Gholi tal-hajja

dalj,Gholi tal-hajja



GĦOLI TAL-ĦAJJA

9154. L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Kemm hemm individwi li xogħlhom huwa li jduru l- ħwienet ħalli jaraw li l- prezzijiet ma jogħlewx?
ONOR. JOHN DALLI: In-numru ta' individwi li xogħolhom huwa li jduru l-ħwienet jaraw il- prezzijiet ma jogħlewx huwa 14.
Biex isir xogħol aktar intensiv dan in-numru jirdoppja darba fil-ġimgħa bl-għajnuna ta' uffiċjali oħra tal-pulizija u ta' membri tar-Revenue Security Corps.

Ghawdex,Nadur,Esprorjazzjoni ta' art

bork,Ghawdex,Nadur,Esprorjazzjoni ta' art

falm,Ghawdex,Nadur,Esprorjazzjoni ta' art



GĦAWDEX: NADUR - ESPROPRJAZZ­JONI TA' ART

9155. L-ONOR. KARMENU BORG staqsa lill-Ministru għall- Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jesproprja proprjeta' fil-kontrada tal-Qortin limiti tan-Nadur, Għawdex? Jekk fl-affermattiv kemm art se tiġi esproprjata u għal liema skop?
ONOR. MICHAEL FALZON: Jien informat li d-Dipartiment ta' l-Artijiet sal-lum ghadu ma rcieva l-ebda talba ghall- esproprju kif hu ndikat mill- Onor. Interpellant.

Sptarijiet,Hepatites B Virus

buhl,Sptarijiet,Hepatites B Virus

gall,Sptarijiet,Hepatites B Virus



SPTARIJIET - HEPATITES B VIRUS

9156. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Hemm xi studju li jindika x'hu l-perċentaġġ tal-popolazzjoni Maltija li huma carriers ta' Hepatites B Virus?
Jekk le, kemm huwa il- perċentaġġ ta' nies li jippreżentaw ruħhom biex jagħmlu donazzjoni ta' demm fil-Blood Transfusion Department li jinstabu li huma carriers ta' dan il-virus?
ONOR. LOUIS GALEA: M'hemm l- ebda studju s'issa li jindika l-percentagg tal-popolazzjoni Maltija li huma 'carriers ta' Hepatitis B Virus'.
Ma nistghux nghidu kemm ezattament huwa l-percentagg ta' nies li ipprezentaw ruhhom biex jaghmlu donazzjoni ta' demm fil-'Blood Transfusion Dept.' u li huma 'carriers' ta' dan il-'virus'. Madanakollu, nafu li madwar 0.08% ta' dawk il-persuni li jittehdilhom id- demm huma 'carriers' tal- 'Hepatitis B Virus'. Dan il- percentagg jeskludi dawk il- kazijiet li jkunu suspettati li jistghu jkunu 'carriers' mill- 'pre-donation questionnaire, examination u testing' u li allura ma jithallewx jaghtu id- demm taghhom.

Sptarijiet,San Vincenz De Paule

buhl,Sptarijiet,San Vincenz De Paule

gall,Sptarijiet,San Vincenz De Paule



SPTAR SAN VINCENZ DE PAULE - ANZJANI

9157. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Fl- isptar ta' San Vincenz hemm 'il fuq minn elf anzjan.
Kemm minn dawn huma mixħuta permanentement fis-sodda (bed ridden)? Kemm minn dawn huma totalment independenti u kemm oħrajn huma parzjalment dependenti fuq il-faċilitajiet ta' l-isptar?
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li fir-Residenza ta' San Vincenz hemm 1,030 anzjan. Minn dawn hemm 296 li huma mixhuta permanentament fis- sodda, 458 totalment indipendenti u 276 parzjalment dipendenti fuq il-facilitajiet ta' l-Isptar.

Sptarijiet,Zammit Clapp

buhl,Sptarijiet,Zammit Clapp

gall,Sptarijiet,Zammit Clapp



SPTAR ZAMMIT CLAPP

9158. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jidher li skond mistoqsija parlamentari recenti qiegħed ikun hemm referrals ta' anzjani għal Zammit Clapp dritt minn tobba tal-familja jew specjalisti minn barra.
Jista' l-Ministru jindika il- procedura ta' kif dan qiegħed u jista' jsir?
ONOR. LOUIS GALEA: It-tobba tal-familja jew l-ispecjalisti qeghdin jibaghtu pazjenti l- Isptar Zammit Clapp mill- komunita' jew billi jibaghtu 'a ticket of referral' bid- dettalji klinici jew billi jcemplu lill-Konsulent Gerjatriku jew it-tabib ta' l- ghassa biex jiddiskutu mieghu l-kaz u jiddeciedu fuq l-ahjar azzjoni li ghandha tittiehed fic-cirkostanzi.
Din il-procedura ghandha titkompla imma jkun preferibbli u ehfef kieku l-kazijiet l- ewwel jigu diskussi fuq it- telefon. Il-pazjenti ma jistghux u m'ghandhomx jintbaghtu direttament l-Isptar Zammit Clapp qabel ma jkun hemm l-awtorizzazzjoni tat-tobba ta' dan l-Isptar. Il-pazjenti li jmorru l-Isptar Zammit Clapp bla ma jkunu jafu bihom it- tobba ta' hemmhekk ma jistghux jigu accettati.

Sptarijiet,San Luqa,Operazzonijiet

buhl,Sptarijiet,San Luqa,Operazzonijiet

gall,Sptarijiet,San Luqa,Operazzonijiet



SPTAR SAN LUQA - OPERAZZJONIJI­ET

9159. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Milli jidher fl-Isptar San Luqa saru xi operazzjonijiet li jissejjħu Laparoscopic interventions per eżempju laparoscopic cholecystectomies u laparascopic appendicecto­mies.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn qiegħed jinġieb l-apparat u l-laparoscope specjali li jintuża f'dawn il-każi? Jekk il-gvern għad m'għandux dan l- apparat, hemm xi ħsieb li dan jinxtara?

ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li d-Dipartiment tas- Saħħa għandu pjan biex jinxtara dan l-apparat biex isiru cholecystectomies.

Poliklinici

buhl,Poliklinici

gall,Poliklinici



POLIKLINICI

9160. L-ONOR. LOUIS BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm nies għamlu użu mill-Poliklinici minn mindu dawn infetħu?
Napprezza li dan jista' jinvolvi xogħol ta' ricerka u klerikali, pero' nħoss li jista' jagħti indikazzjoni ta' trends dwar l-użanzi tal- pubbliku fl-użu ta' dan it-tip ta' Primary Health Care.
Nissuġġerixxi li dan l-użu jista' jinqasam f'dawk li huma visti d-dar, u f'dak li huwa użu mill-pubbliku f'visti fic- centri nfushom.
ONOR. LOUIS GALEA: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa diġa' ppubblikat fir- Rapporti tad-Dipartiment tas- Saħħa li wieħed isib fil-Kotba ta' l-Estimi għal kull sena.

Proprjeta' tal-Knisja

manc,Proprjeta' tal-Knisja

dalj,Proprjeta' tal-Knisja



PROPRJETA' TAL-KNISJA

9161. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru tal- Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ufficjali appuntati fl-ufficcju konġunt biex jamministra l-proprjeta' tal-Knisja trasferita lill- Gvern?

ONOR. JOHN DALLI: Ma jidhirx li għandi noqgħod insemmi l- ufficjali b'isimhom li s'issa ġew inkarigati biex jaħdmu f'dan l-uffiċċju.

Telephones,Transfers

manc,Telephones,Transfers

zamf,Telephones,Transfers



TELEPHONES - TRANSFERS

9162. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għat- Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jordna illi t-talba għal transfer ta' Tel. No. 416785 għal ġol-fond "Giovanna" Triq Jean la Vallette, Naxxar jiġi implimentat malajr, peress illi l-beneficcjarju qed ibati preġudizzju minħabba n-negozju tiegħu?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Jien informat li l-applikant li għalih qiegħed jirreferi l- Onor. Interpellant ma jdumx ma jingħata s-servizz.

Hal Far,Funderija

manc,Hal Far,Funderija

bong,Hal Far,Funderija



ĦAL FAR - FUNDERIJA

9163. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għas- Servizzi Ekonomiċi: Jista' l- Ministru jagħti tagħrif fuq il- qagħda ekonomika tal-Funderija ta' Ħal Far, peress li issa hemm interessi privati fiha?
X'inhi l-qagħda tal-ħaddiema?
Veru li qed jiġu mħajjra jitilqu mill-post?
X'inhuma l-prospetti futuri għall-kumpannija msemmija?
ONOR. GEORGE BONELLO DU PUIS: Nirreferi l-Onor Membru ghar- risposta li tajt 15-il ġurnata ilu ghall-Interpellenza numru 4323.
Sakemm is-sitwazzjoni tal- Kumpannija tibqa' kif inhi, l- impieg tal-haddiema huwa stabbli, b'dan pero', kull min jista' jsib impieg ahjar m'ghandux jitlef l-opportunita' tieghu.
Dwar l-ahhar parti tal- mistoqsija ix-"shareholders" flimkien mall-"management" qed jaghmlu l-isforzi taghhom biex il-Kumpannija tibqa' tiffunzjona.

Sptarijiet,San Luqa,Kura lill-prigunieri

galm,Sptarijiet,San Luqa,Kura lill-prigunieri

gall,Sptarijiet,San Luqa,Kura lill-prigunieri



SPTAR SAN LUQA - PRIĠUNIERI

9169. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Intern u Żvilupp Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew referiti b'kollox priġunieri għall-Isptar San Luqa tul l-1990, l-1991, l- 1992, sena b'sena?
Kemm minnhom intbagħtu lura u kemm inżammu għal aktar kura?
X'inhu jsir biex kemm jista' jkun fil-Ħabs Civili jkun hemm facilitaijiet medici ħalli l- priġunieri ma jiġux referiti l- Isptar San Luqa għal problemi li jistgħu facilment jiġu trattati fil-ħabs stess?
ONOR. LOUIS GALEA: Billi l- informazzjoni mitluba mhix ghad-dispożizzjoni ta' l- Awtoritajiet tal-Habs fuq sistema kompjuterizzata, tajthom struzzjonijiet biex jghaddu l-informazzjoni fl- aktar zmien qasir possibbli minghajr ma dan ifixkel dmirijiet ohra.

Filwaqt li nassigura lill- Onor. Membru li l-amministrazz­joni ghadha mhix kuntenta f'dan ir-rigward, ghandi l-pjacir ninforma lill-Onor. Membru li ricentement gie registrat progress f'dan il-qasam.


Ghalhekk kif diga' ghidt fit- twegiba li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 8629 fis-16 ta' Marzu, 1993 l- Ministeru ta' l-Intern u Zvilupp Socjali qieghed jaghmel hiltu kollha biex jattwa fil- futur qarib 'set' ta' mizuri biex l-abbuzi msemmija jitnaqqsu kemm jista' jkun possibbli.
Nirreferi lill-Onor. Membru ghat-twegiba li tajt ghall- mistoqsija parlamentari numru 8629 moghtija fis-16 ta' Marzu, 1993.

Universita',Estensjoni

galm,Universita',Estensjoni

mifu,Universita',Estensjoni



UNIVERSITA' - ESTENSJONI

9170. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda x-xogħol ta' l- estensjoni fl-Universita' sal- lum, kemm intnefqu flus s'issa?
Fiex jikkonsisti x-xogħol li sar s'issa?
X'xogħol ieħor ta' estensjoni hu pjanat għall-futur?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
Kunsilli lokali

galm,Kunsilli lokali

mifu,Kunsilli lokali

KUNSILLI LOKALI

9171. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Issa li se jitwaqqfu l-kunsilli lokali fl-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex, x'kontribut tista' tagħti l-Universita' biex tagħti tagħrif lill- kunsilliera kif jistgħu jorganizzaw ix-xogħol fl-ibliet u l-irħula li se jkunu responsabbli għalihom?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.

Universita',Librerija

galm,Universita',Librerija

mifu,Universita',Librerija



UNIVERSITA' - LIBRERIJA

9172. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru ta' l- Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Issa li x-xogħol fuq l- estensjoni tal-librerija beda, jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ġej jiswa dan ix- xogħol?
Meta bejn wieħed u ieħor, hu ttamat li jitlesta dan ix- xogħol?
Meta hu pjanat li jibda jiffunzjona dan il-bini?
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.

Santa Lucija,Squatters fi Blokk K

pora,Santa Lucija,Squatters fi Blokk K

hyzg,Santa Lucija,Squatters fi Blokk K



SANTA LUCIJA: TRIQ L-GĦANSAR - BLOKK K

9178. L-ONOR. ALFRED PORTELLI staqsa lill-Ministru għas- Sigurta' Soċjali: Jista' l- Ministru jgħid jekk Blokk K, fi Triq l-Għansar, Santa Lucija, hemmx xi squatters, peress li kitbuli n-nies? X'qed jagħmel dwar dan?
ONOR. GEORGE HYZLER: L- allegazzjoni ta' l-Onor. Membru qed tiġi nvestigata.
Yüklə 0,53 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin