Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 294,85 Kb.
səhifə5/5
tarix27.07.2018
ölçüsü294,85 Kb.
#59996
1   2   3   4   5

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB




KOTBA GĦALL-ISKEJJEL
14491. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il ktieb ġdid inxtara għall-klassijiet primarji fis-sena skolastika li fetħet f’dawn il-jiem? Liema huma? Kemm swew? Min ħa l-kuntratt? Kemm-il ditta tefgħet l-offerta? Kemm kienet kull offerta? Jista’ jgħid ukoll meta tqassmu dawn il-kotba fl-iskejjel u f’liema klassijiet?
ONOR. LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

KOTBA GĦALL-ISKEJJEL
14492. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ktieb inxtara għall-klassijiet sekondarji fis-sena skolastika li fetħet f’dawn il-jiem? Liema huma? Kemm swew? Min ħa l-kuntratt? Kemm-il ditta tefgħet l-offerta? Kemm kienet kull offerta? Jista’ jgħid ukoll meta tqassmu dawn il-kotba fl-iskejjel u f’liema klassijiet?
ONOR. LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

RESITS TAS-SEC U L-MATSEC
14493. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi: Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti għar-resits tas-sec u l-matsec fis-suġġetti differenti, subien u bniet? Kemm għaddew f’kull suġġett?


ONOR. LOUIS GALEA: It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
ASSENTEIŻMU FL-ISKEJJEL
14494. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ studenti fl-iskejjel ta’ l-istat li fis-sena skolastika li għaddiet assentixxew ruħhom mingħajr raġuni? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-primarji, sekondarji u l-kumplament? Liema hija l-ogħla rata?
ONOR. LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta.

STUDENTI FL-AĦĦAR SENA TAL-PRIMARJA
14495. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista’ il-Ministru jgħid kemm tfal kienu qed jattendu fl-aħħar sena tal-primarja matul is-sena skolastika li għaddiet? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull skola? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu dawk f’xi skola tal-knisja jew privata?
ONOR. LOUIS GALEA: In-numru ta' studenti jattendu fl-aħħar sena tal-primarja matul is-sena skolastika li għaddiet kien ta' 3,798, bl-informazzjoni għal kull skola titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

KAPPARA TRAFFIC LIGHTS
14496. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista’ il-Ministru jgħid jekk tlestiex is-survey li ilu jsir xhur sħaħ fuq it-traffic lights ta’ ħdejn it-tankijiet tal-gass, fir-roundabout Tal-Kappara? Jista’ ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Kemm se jdumu jteptpu d-dwal li hemm mar-roundabout?


ONOR. JESMOND MUGLIETT: L-ADT qed tikkordina bejn id-direttorati kollha sabiex tniedi pjan dwar x'jista' isir f'dan il-perijodu transitorju sakemm jitlesta l-proġett finali ta' upgrading f'dan is-sit.

Rapport kif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.




GĦAWDEX – XOGĦLIJIET FIT-TOROQ
14524. L-ONOR. ANTON REFALO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Peress li f'Malta għadhom kemm ġew inawgurati toroq ġodda li qed jingħad li swew euro 30 miljun u li saru bil-flus li l-Italja tat lil Malta taħt il-ħames protokoll, tista' il-Ministru tgħid kemm toroq saru f'Għawdex taħt l-istess protokoll? Tista' tgħid kemm flus se jkun messu Għawdex mit-Lm30 miljun li l-Italja se tkun tat lil Malta taħt l-istess protokoll? Għal liema proġetti u xogħlijiet f'Għawdex ġew allokati dawn il-flus?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Ma sarux toroq f’Għawdex taħt il-ħames protokoll Taljan iżda l-gżira Għawdxija ggwadanjat xort’oħra, fis-sens ta’ upgrading ta’ l-inċineratur tal-biċċerija - euro 62,750 - provvista ta’ apparat għat-twaqqif ta’ grading station u cold storage - euro 211,900 - borża ta’ studju lil student Għawdxi - euro 11,005 – u ngħatat ukoll għajnuna teknika biex titwaqqaf l-għaqda tal-produtturi.

ĊAQLIQ TA’ NIES TA’ L-EXTENSION SERVICES
14525. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid fejn marru l-uffiċjali u l-ħaddiema li kienu jservu lill-bdiewa fl-extension services tar-Rabat u s-Siġġiewi?
ONOR. GEORGE PULLICINO: L-uffiċjali li kienu jservu lill-bdiewa fl-extension services tar-Rabat u s-Siġġiewi ġew trasferiti sabiex jaqdu esiġenzi varji ta’ l-istess dipartiment.

Lill-Onor. Interpellant nista’ ngħarrfu li l-erba’ impjegati li kien hemm ir-Rabat ġew assenjati hekk:

Wieħed jumejn fil-pitkalija u tlett ijiem ir-Rabat, ieħor ma’ l-organic farming unit fl-Għammieri, ieħor mal-IACS fl-Għammieri u ieħor mad-department of corporate services

Iż-żewġ impjegati li kien hemm is-Siġġiewi ġew assenjati hekk: wieħed mal-pitkalija u ieħor mal-crop husbandry fl-Għammieri, b'effett mill-31 ta' Ottubru, 2005.



EXTENSION SERVICES
14527. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li matul is-sena 2004 użaw l-uffiċini tal-extension services?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 14523.

PROMOZZJONIJIET
14528. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid kemm uffiċjali ħadu promozzjoni matul l-2004 fil-ministeru, dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħtu? F'liema gradi u xi kwalifiki għandhom?

ONOR. GEORGE PULLICINO: Hemm 15-il persuna li matul l-2004 ħadu promozzjoni fid-diversi sezzjonijiet tal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent. Hemm ukoll 19 mal-MEPA u tlieta oħra mal-kumpannija Wasteserv.
Il-gradi u l-kwalifiki huma kif jidher mit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.


SPIŻA FUQ SAFAR
14530. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża globali tas-safar fl-ewwel disa’ xhur ta' din is-sena tal-ministeru, dipartimenti u enti oħra li jaqgħu taħtu? Xi tħallas s’issa?

ONOR. GEORGE PULLICINO: L-ispiża globali tas-safar fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena tal-ministeru għall-affarijiet rurali u ambjent hija ta’ Lm152,121.132, bl-ammont ta’ Lm111,483.31 jiġi rimborsat mill-Unjoni Ewropea. S’issa tħallset is-somma ta’ Lm110,708.96.
Ninsab ukoll informat li l-ispiża f'safar li għamlet il-MEPA fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, jiġifieri sal-31 ta' Awissu, 2005 hija ta' Lm57,803 – iċ-ċifra għax-xahar ta' Settembru għadha ma ġietx ippubblikata - bl-ammont ta’ Lm16,794.46 jiġi rimborsat mill-Unjoni Ewropea. Nista’ ngħid ukoll li sal-31 ta' Awissu, 2005 kien għad hemm Lm3,212 mhux imħallsa.
L-ispiża tas-safar li għamlet Wasteserv fl-ewwel disa’ xhur ta' din is-sena tammonta għal Lm16,315.54 u minn din is-somma se jiġi rimborsat l-ammont ta’ Lm2,806.31 mill-Unjoni Ewropea. S’issa tħallsu Lm11,526.11.

GĦASEL TA' MALTA
14532. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tan-nefqa fi promozzjoni għall-għasel ta’ Malta li nieda l-ministeru?


ONOR. GEORGE PULLICINO: Għalkemm ma ntnefqux flus fi promozzjoni ta’ prodotti ta’ l-għasel, saru diversi attivitajiet biex jingħata għarfien lill-prodotti ta’ l-għasel u qed jitwettaq proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea biex dan is-settur ikompli jiżviluppa.


ĠBEJNIET FRISKI
14533. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent: Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tan-nefqa fi promozzjoni ta’ ġbejniet tan-nagħaġ li nieda l-ministeru?

ONOR. GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirriferi.

XOGĦLIJIET FIT-TOROQ
14536. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tan-nefqa għal deviations in konnessjoni ma’ xogħlijiet ta' toroq li saru permezz tal-protokoll Taljan?

ONOR. JESMOND MUGLIETT: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
ĦLAS GĦAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN
14539. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq: Jista' il-Ministru jispjega l-anomalija li teżisti fil-ħlas tal-liċenzji tas-sewqan għall-anzjani meta persuna sa 70 sena tħallas Lm12 għal perijodu ta’ għaxar snin u Lm2.50 administration charge, filwaqt li persuna 'l fuq minn 70 sena tħallas Lm4.00 għal sentejn u Lm2.50 administration charge?
ONOR. JESMOND MUGLIETT: M’hemm l-ebda anomalija għax dan il-proċess huwa simili għall-ħruġ ta’ liċenzja valida għal sena jew għaxar snin u għalhekk l-administration charge hi l-istess.

KORRIMENT TA’ PULIZIJA FUQ IX-XOGĦOL
14563. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija weġġgħu fuq ix-xogħol matul din is-sena?
ONOR. TONIO BORG: Kien hemm 52 membru tal-korp tal-pulizija li bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

DEBT SERVICING
14564. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu d-debt servicing illum u kemm kien kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

POSTIJIET TA' DIVERTIMENT
14565. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tfal inqabdu f’postijiet ta' divertiment din is-sena?

ONOR. TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, il-pulizija bdiet proċeduri quddiem il-qorti kontra 17-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment wara li nstabu 37 persuna taħt is-16-il sena fl-istabilimenti tagħhom.

EKO-KONTRIBUZZJONI
14566. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi: Jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li fuqhom trid titħallas l-eco-tax? X’inġabar minn fuq kull kategorija din is-sena?

ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

BEJGĦ TA' SIGARETTI U ALKAĦOL
14567. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern: Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti din is-sena fuq bejgħ ta' alkaħol jew sigaretti lil minorenni u x'weħlu f'kull każ?


ONOR. TONIO BORG: Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kien hemm żewġ sidien ta' stabilimenti li nqabdu mill-pulizija jbiegħu xorb alkaħoliku lil persuni taħt l-eta'. Il-każ tagħhom għadu pendenti.
Ma kien hemm ebda każ fuq bejgħ ta’ sigaretti.

BARRANIN JAĦDMU BLA PERMESS
14568. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi: Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni barranin inqabdu jaħdmu bla permess din is-sena u minn liema pajjiż kienu ġejjin?
ONOR. LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

XIRI TA' APPARAT GĦALL-ISPTAR ĠENERALI
14594. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid x'apparat u makkinarju ieħor inxtara għall-isptar ġenerali ta' Għawdex? Meta nxtara u x’kienet l-ispiża?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema perijodu qed tirriferi.

RUNNING COSTS TA’ L-ISPTAR ĠENERALI
14595. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' il-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa f'din l-aħħar sena għar-running ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: In-nefqa mill-1 ta’ Jannar, 2004 sal-31 ta’ Diċembru, 2004 għar-running ta’ l-isptar ġenerali ta’ Għawdex kienet ta’ Lm6,022,165.



Yüklə 294,85 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin