Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MEPA – ORDNI TA’ INFURZAR



Yüklə 434,86 Kb.
səhifə7/7
tarix30.07.2018
ölçüsü434,86 Kb.
#64531
1   2   3   4   5   6   7

MEPA – ORDNI TA’ INFURZAR
407. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Prim Ministru: B'referenza għall-ordni ta' nfurzar tal-MEPA, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm l-eżekuzzjoni ta' l-ordni ta' l-infurzar?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Infurmat li l-Awtorità ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar qed tieħu l-passi neċessarji sabiex din l-illegalità titneħħa.

SURCHARGE FUQ DAWL U ILMA
432. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-surcharge li mistennija li tiġi miżjuda fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma hux se tapplika wkoll għal lukandi, restaurants u stabbilimenti oħra konnessi mas-settur turistiku?
ONOR. AUSTIN GATT: Id-deċiżjonijiet kollha konnessi jittieħdu f'waqthom.

IMPJIEGI - KUNTRATTI LI JORBTU ĦADDIEMA MA’ JIDĦLUX F’UNION
433. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat jekk hemmx employers li lill-impjegati tagħhom fil-kuntratt tax-xogħol qed jorbtuhom biex ma jidħlux fi trade union? Jekk iva, jirriżulta li dan hu ksur ta' drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u x'passi se jittieħdu biex dawn id-drittijiet jiġu mħarsa?
ONOR. JOHN DALLI: Id-dritt li persuna liberament tappartjeni f'trade union huwa dritt sanċit fil-Kostituzzjoni ta' Malta. Huwa parti normali tax-xogħol ta' kuljum ta’ l-ispetturi tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg li jeżaminaw kuntratti ta' l-impjieg biex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol imniżżlin hemmhekk huma konformi mal-liġi. Ninsab informat li qatt ma ġie nnutat jew reġistrat ilment tat-tip indikat mill-Onor. Interpellant. Anki li kieku kellu jkun hemm xi klawsola f'xi kuntratt ta' dan it-tip, din tkun awtomatikament nulla.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni fuq xi każ partikolari, nistiednu jgħaddili d-dokumenti relattivi, anke b'mod kunfidenzjali, biex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

ENEMALTA – XIRI TA’ ŻEJT
434. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Enemalta qed tieħu passi minn qabel, u għal kemm tul, biex tixtri ż-żejt b'mod li kemm jista' jkun ma tintlaqatx ħażin mill-prezz dejjem tiela' taż-żejt, li jidher li se jkompli jogħla fix-xhur li ġejjin?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

TURIŻMU – QASAM TAT-TAGĦLIM TA' L-INGLIŻ
435. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern biex jiġu ndirizzati l-problemi li kellna fil-qasam tat-tagħlim ta' l-Ingliż f'pajjiżna, ħalli ma jerġax ikollna l-istess problemi fis-sajf li ġej?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

DROGA - TRAFFIKANTI
436. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'verita' hemm f'rapporti ta' ġurnali internazzjonali li pajjiżna qed jintuża mit-traffikanti tad-droga biex imexxu l-kummerċ tagħhom? X'arresti saru f'din is-sena ta' persuni barranin konnessi ma' traffikar tad-drogi?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ninsab infurmat illi matul din is-sena s’issa kien hemm 12-il persuna ta’ nazzjonalita' barranija li ġew arrestati matul investigazzjonijiet marbuta ma' traffikar ta’ droga. Għar rigward l-ewwel parti tad-domanda l-Onor. interpellant huwa mitlub jipprovdi aktar dettalji.

GĦAWDEX – ATTIVITA’ GOZO 1, 2, 3, 4
437. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid b'liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt lill-kumpannija privata biex tmexxi l-attivitajiet 1, 2, 3, 4 f'Mejju 2008 f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt kienx jinkludi li ikel u xorb jiġi provdut mill-kumpannija li ngħatat il-kuntratt u mhux mill-ħwienet Għawdxin?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.

DIPARTIMENT TAT-TAXXA - REFUNDS
438. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2008 kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - TOBBA
440. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Dan l-aħħar kien rappurtat li numru konsiderevoli ta' tobba li se jilħqu houseman se jmorru barra minn Malta. Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jagħti lill-poplu s-servizz u t-training meħtieġ kif ukoll jipprovdi career structures għat-tobba tagħna biex titnaqqas il-brain drain?
ONOR. JOHN DALLI: Informat li kien hemm 46 applikazzjoni għall-post ta' houseman minn fost it-52 student li se joqogħdu għall-eżami sabiex jiggradwaw bħala tobba ix-xahar id-dieħel. Kien hemm ukoll 8 tobba barranin li applikaw għall-post ta' houseman, għal total ta' 54 applikazzjoni.
Informat ukoll li fil-ġranet li ġejjin jitħabbru u jinħatru il-konsulenti li ser ikunu training co-ordinators tal-programmi lokali ta' taħriġ post-graduate skond il-kriterji stabbiliti mill-iSpecialist Accreditation Committee.
Bħala parti mill-job plans tal-konsulenti kollha ġew identifikati ħinijiet speċifiċi li kull konsulent ser jiddedika għal taħriġ post-graduate. Qed jiġu proċessati l-applikazzjonijiet għal basic specialist trainee f'iktar minn 12-il speċjalita'. Mistenni wkoll li nkomplu bil-proċess tal-ħatra tal-higher specialist trainees.
Konvint li dan kollu joffri possibilitajiet konkreti ta' programmi ta' taħriġ post-graduate ta' l-ogħla livell għat-tobba Maltin li jixtiequ jispeċjalizzaw f'Malta.

FTEHIM DAWR IT-TIFTITX GĦAŻ-ŻEJT
441. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Peress li jidher li l-prezz taż-żejt se jibqa' tiela' u jaqbeż l-130 dollaru l-barmil, x'inhi s-sitwazzjoni rigward it-tiftix għaż-żejt speċjalment fid-dawl ta' dak li kien miftiehem mal-Gvern Tuneżin u dan l-aħħar mal-Gvern Libjan?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Kif qal il-Viċi Prim Ministru fis-seduta ta’ Nhar it-Tlieta 20 ta’ Mejju 2008, il-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja se tiltaqa’ iktar tard din is-sena bi ftehim bejn iż-żewġ naħat u fuq l-aġenda hemm it-tiftix konġunt għaż-żejt.
Mat-Tuneżija hemm diskussjonijiet fuq l-istess linji.

RABA' - RIFORMA FIL-QBIELA
445. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri amministrattivi se jittieħdu biex tkun tista' tinħadem r-riforma fil-qbiela tar-raba' kif spjegat fl-indirizz tal-President li ma jkunx hemm dewmien?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.


WIND FARMS
446. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward wind farms fil-baħar (offshore)? Il-gvern għandu f'idejh xi rapporti dwar dan is-suġġett u x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Il-gvern qiegħed f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet governattivi barranin biex imexxi ’l quddiem proġetti ta’ mtieħen tar-riħ fil-fond ta’ aktar minn 50 metru. Sadanittant qed jirrevedi l-iStrateġija għal Enerġija Nadifa (Renewable Energy Policy) għal pajjiżna, ġaladarba nbidlu t-targets indikati lilna.

MOSTA – BANKINA FI TRIQ DURUMBLAT
447. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jara li bankina li qed issir f'dawn il-ġranet quddiem iċ-ċimiterju tal-Mosta, fi Triq Durumblat, tkun mibnija mill-ġdid f'disinn ieħor sabiex ma tibqax il-bankina preżenti . Jekk din se tibqa' kif inhi se tkun qed tnaqqas ħafna mill-ispazju li fih kienu jipparkjaw l-vetturi ta' persuni li jkunu qed jinvistaw iċ-ċimiterju. Ladarba Triq Durumblat hija triq arterjali din it-tali bankina li qed tinbena fil-preżent qed toħloq periklu għal dawk li qed jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-carriage way ta' l-istess triq?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta’ gvern lokali b’personalità legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.

MALTA STANDARDS AUTHORITY - INFURZAR TAR-REGOLAMENTI
448. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari Nru. 11 u jieħu l-miżuri kollha possibli sabiex jinforza r-regolamenti tal-Malta Standards Authority fejn klijent minflok jiddikjara li xtara d-dgħajsa mingħand l-manifattur jiddikjara li kien hu stess li bnieha u dan sabiex jevita li jgħaddi mill-proċess ta’ akkreditazzjoni ta’ CE mark fuq id-dgħajsa?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.





Yüklə 434,86 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin