ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI W242. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid kif, meta t-tfal kienu fdati taħt il-kura tal-Aġenzija Appoġġ, tħallew waħedhom ma’ żewġ social workers barranin li t-tfal ma kinux fdati f’idejhom mill-qorti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR W243. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid x’kienu d-dokumenti li ġew użati mit-tfal akkumpanjati miż-żewġ social workers biex ħallew Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qrati Maltin skont l-Att tal-Protezzjoni tat-Tfal (Konvenzjoni ta’ The Hague)?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR W244. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal kinux f’idejn l-Aġenzija Appoġġ waqt li l-istess tfal kienu taħt il-kura tal-istess Aġenzija? Jekk le, għand min kienu u għaliex ma talbithomx l-Aġenzija Appoġġ?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
DĦUL U ĦRUĠ TA’ MINORENNI F’MALTA – LOOPHOLES FIS-SISTEMA W245. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10378, jista’ l-Ministru jgħid meta fi ħsiebu jlesti u jippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni ta’ loopholes fis-sistemi dwar ħruġ u dħul minn pajjiżna minn minorenni?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li loopholes fis-sistemi ġew diskussi mal-awtoritajiet konċernati. Dispost li nitkellem mal-Onor. Membru fuq bażi kunfidenzjali.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –ORDNI TA’ ĦARSIEN W246. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma nħassx li għandha tiġi segwita talba għal ordni ta’ ħarsien?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – KOMUNIKAZZJONI MAL-AMBAXXATA ĠERMANIŻA W247. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10380, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ komunikazzjoni saret mall-Ambaxxata Ġermaniża qabel inħatfu t-itfal u wara li nħatfu t-itfal?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –PROTESTI MAL-GVERN ĠERMANIŻ W248. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10380, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġiex involut dwar il-ħtif taż-żewġt itfal? Jista’ jgħid kienx informat jekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ipprotestax dwar il-każ mal-Gvern Ġermaniż? X’tip ta’ protesti saru u x’talab il-Gvern Malti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –ORDNI TA’ ĦARSIEN TEMPORANJU W249. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi li ġew irrappurtati nieqsa minn pajjiżhom u li kienu jinsabu f’Marsalforn ma’ ommhom fit-18 ta’ Ġunju 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma d-dati li pprovda fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10376 fejn qal li l-Qorti ħarġet ordni temporanju fit-18 ta’ Lulju 2014 li ġiet ikkonfermata fid-19 ta’ Lulju 2014? Meta ġiet infurmata l-Qorti mill-Aġenzija Appoġġ li ż-żewġ minuri li kienu taħt il-kura tagħha b’ordni tal-istess Qorti, li huma neqsin minn taħt il-kura tagħha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI W250. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid meta ġie kkonfermat li dawn it-tfal kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorità tal-Aġenzija Appoġġ? Meta kienet infurmata l-Qorti li ż-żewġ minuri kienu ħallew il-pajjiż?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –RAPPORT LILL-PULIZIJA MILL-AĠENZIJA APPOĠĠ W251. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija dwar l-għajbien/ħtif taż-żewġ minuri? Jista’ jgħid x’informazzjoni għandu dwar x’azzjoni qed tittieħed mill-pulizija wara li t-tfal kienu ħarġu mill-pajjiż mingħajr l-awtorizzazzjoni neċessarja?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI –RAPPORT LILL-PULIZIJA MILL-AĠENZIJA APPOĠĠ W252. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista' l-Ministru jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-pulizija dwar l-għajbien/ħtif taż-żewġ minuri?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – AZZJONIJIET MILL-MINISTERI RESPONSABBLI MILL-IMMIGRAZZJONI U PULIZIJA W253. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru responsabbli għall-immigrazzjoni u l-Pulizija u l-entitajiet li jaqgħu taħtu?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni rċevew in-notifika ta’ impediment fuq dawn iż-żewgt itfal fid-9 ta’ Lulju, u ċjoè tlett ijiem wara li dawn kienu diġà telqu minn Malta. Ninforma lill-Interpellant li madankollu, l-istess uffiċjali jimxu mal-provedimenti tal-Kodiċi ta’ Schengen fuq il-Fruntieri u meta l-moviment ikun bejn Stati Membri, għalkemm jistgħu jagħmlu xi kontrolli, dawn ma jistgħux ikunu sistematiċi għaliex persuni li jivvjaġġaw fiż-żona Schengen ma jgħaddux mill-kontrolli tal-immigrazzjoni. Ninsab infurmat li peress li din hi wkoll materja ta’ Ministeri oħra, saret inkjesta u l-proċeduri kellhom jiġu eżaminati biex jigi stabbilit x’jista’ jsir biex okkorrenzi bħal dawn jiġu evitati.
TFAL ĠERMANIŻI LI NĦARĠU MINN MALTA MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI – AZZJONIJIET MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN W254. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi maħtufin minn żewġ social workers Ġermaniżi u meħuda barra minn Malta mingħajr awtorizzazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Ministeru dwar il-każ?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qatt ma ġie avviċinat dwar dan il-każ.
SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-PIJUNIERI - PELICAN LIGHTS W256. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi talbiet pendenti biex jiġu installati pelicanlights fuq zebracrossings li hemm fi Triq il-Pijunieri, f’San Pawl il-Baħar? Jekk għandha, jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċesss ta’ dawn l-applikazzjonijiet? Jekk għad ma hemmx talba, jista' jqis din il-mistoqsija parlamentari bħala talba għal tali pelicanlights?
ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex iz-zebra crossings fi Triq il-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar jiġu upgraded għal pelican crossings. Minħabba li Triq il-Pijunieri mhi la triq arterjali u lanqas distributorja, it-talba għal dan l-upgrading trid tintbagħat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-PIJUNIERI - INĊIDENTI W257. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-aħħar 12-il xahar, kien hemm persuni li ttajru minn fuq (jew ħdejn) iż-zebracrossings li hemm fi Triq il-Pijunieri f'San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid meta seħħew dawn l-inċidenti u kemm mill-persuni milquta ttieħdu l-isptar?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 12-il xahar, id-Distrett numru 9A, Diviżjoni 'V', kellu tliet rapporti fejn weġġgħu xi nies fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar, ħdejn jew fuq iż-zebra crossings.
L-ewwel inċident kien fis-17 ta’ Ottubru 2013 fejn żewġ persuni weġġgħu meta ttajru b’karozza u kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei. Persuna kienet weġġgħet gravi u l-oħra b’feriti ħfief.
Inċident ieħor ġara fil-21 ta' April 2014 fejn vettura laqtet persuna li kienet qed taqsam ftit lil hinn ’il fuq miz-zebra crossing fit-triq imsemmija. Il-persuna li kienet qed taqsam ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn eventwalment ġiet iddikjarata li kienet fil-periklu tal-mewt. L-inċident huwa suġġett għal inkjesta Maġisterjali.
Barra min hekk, kien hemm inċident fis-17 ta' Novembru 2013 fejn vettura u mutur kienu involuti wara li l-vettura waqfet sabiex tifel jaqsam minn fuq iż-zebra crossing u l-mutur baqa’ dieħel fl-istess vettura. Però, f’dan l-inċident kien is-sewwieq tal-mutur li weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei u mhux xi persuni li kienu qed jaqsmu.
MEPA -– APPLIKAZZJONIJIET GĦAL YACHT MARINAS W258. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10488, jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tmien applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fir-risposta tal-mistoqsija indikata? Kemm ilhom pendenti dawn l-istess applikazzjonijiet? Liema applikazzjonijiet huma mill-privat u liema huma minn entitajiet pubbliċi?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Il-MEPA għandha quddiemha tmien applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' yacht marinas.
(Ara tabella fl-aħħar paġna)
SKEMA TA’ TAX CREDIT GĦAL MIN IĦADDEM APPRENTISTI W262. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iskema ta' tax creditjew xi forma oħra ta' għajnuna lil min iżomm miegħu xi apprentisti, li suppost kellha tidħol fis-seħħ matul din is-sena, fil-fatt daħlitx fis-seħħ inkella le? Jekk iva, meta daħlet u liema apprentisti ser ikunu jistgħu jgawdu minn din l-iskema? X'irid jagħmel min iħaddem biex igawdi minn tali skema?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-miżura li qed issir referenza għaliha daħlet fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 179/2014 li ġie ppubblikat fis-27 ta’ Mejju 2014 u tapplika għal apprendistati li bdew mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Din tipprovdi għal deduzzjoni lil min iħaddem ta’ €1,200 għal kull apprentist. L-approvazzjoni għal dan l-apprendistat trid issir mill-ETC.
ĦAL QORMI – PROBLEMA TA’ GĦARGĦAR W263. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9201, wara li f’Mejju 2014 il-Ministru stqarr li ħa nota dwar il-bżonn li max-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi isir ukoll mill-ġdid iċ-ċint ta’ madwar il-wied, b’mod partikolari minn Triq il-Mitħna sa Triq Correa u anke n-naħa ta’ Triq Pawlu Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddeċidiex li jibni mill-ġdid dan iċ-ċint li qed jagħti dehra ta’ telqa, bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tal-ilma tal-għargħar ikun jista’ jsir?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq il-bini mill-ġdid taċ-ċint ta’ madwar il-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
ĦAL QORMI – TISBIĦ TAL-WIED W264. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6771, 8833 u 9202 u x-xogħol li qed isir fuq il-proġett kontra l-ilma tal-għargħar f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk wara li f’Mejju 2014 stqarr li l-proposta ta’ tisbiħ tal-inħawi tal-wied se tiġi kkonsidrata, jinsabx issa kommess li jwettaq dan it-tisbiħ bi spiża relattivament żgħira - fil-kuntest tal-miljuni kbar li nġiebu mill-Unjoni Ewropea fil-leġiżlatura li għaddiet - biex il-proġett tat-tisbiħ tal-wied ikun jista’ jsir?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li x-xogħol imsemmi minnu fuq it-tisbiħ tal-inħawi tal-wied ma kienx inkluż fil-proġett oriġinali kif ġie ppjanat mill-Gvern preċedenti, il-Ministeru sejjer jara li jsiru l-pjanti neċessarji biex issir applikazzjoni lill-MEPA għal dan ix-xogħol. Għalissa l-Ministeru qiegħed isus biex ix-xogħol fuq il-culverts jitlesta kmieni kemm jista’ jkun biex titnaqqas l-inkonvenjenza għar-residenti.
ĦAL QORMI – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI W265. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6773, 8835, 9204 u 9205 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Qormi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt s’issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Qormi?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6773.
IS-SIĠĠIEWI – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI W266. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6775, 8840, 9209 u 9210 fejn b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett il-Ministru ġie mistoqsi biex jelenka b’mod konkret ix-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu fis-Siġġiewi, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt s’issa m’hemm xejn ippjanat għas-Siġġiewi?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6773.
IS-SIĠĠIEWI - ĠNIEN KOMMEMORATTIV W267. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6769, 8831, 9199, jista’ l-Ministru jikkonferma li r-razzett ta’ ħdejn il-Kappella tal-Providenza fis-Siġġiewi fejn kien ippjanat li jsir ġnien ġdid iddedikat lil Annabelle Vassallo, issa se jkompli jintuża bħala razzett għaliex se jiġi mgħoddi lil sidien ġodda proprju għal dan l-użu?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
IS-SIĠĠIEWI – TRIQ L-IMQABBA – CRASH BARRIERS W268. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832 u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014 kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess ta’ procurement? Fiex wasal dan il-proċess?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmi xogħol minn Transport Malta ġie finalizzat. Ix-xogħol involva l-qlugħ tal-crash barrier, bażi tal-konkos fuq il-ħajt eżistenti, tiswija tal-istess ħajt u twaħħil tal-crash barrier fuq il-linja tal-ħajt.
IS-SIĠĠIEWI – TRIQ L-IMQABBA – CRASH BARRIERS W269. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6770, 8832 u 9200 fejn il-Ministru, f’Mejju 2014 kien stqarr li Transport Malta kienet se tibda l-proċess ta’ procurement biex ikun jista’ jsir ix-xogħol marbut ma’ miżuri ta’ sigurtà fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix-xogħol ippjanat?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 268W.
ĦAL LUQA – XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI W270. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6774, 8837, 9207 u 9208 fejn il-Ministru b’mod sempliċi u bl-aktar mod dirett ġie mistoqsi biex b’mod konkret jelenka liema huwa x-xogħol li huwa ppjanat li jsir mill-Ministeru tiegħu f’Ħal Luqa, inkluż toroq, bankini, culverts u xogħol ieħor infrastrutturali jew marbut mat-trasport u sigurtà fit-trasport, jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fil-fatt s’issa m’hemm xejn ġdid ippjanat għal Ħal Luqa?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6773.
TAX CREDITS GĦAL MIN IĦADDEM APPRENTISTI W290. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Billi fid-diskors tal-Baġit għal din is-sena kien hemm referenza għal xi inċentivi biex dawk li jkollhom apprentisti magħhom ikunu jistgħu jingħataw xi forma ta’ tax credits, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din is-sistema hux qed titħaddem mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, jew le? Jekk iva, kemm hemm apprentisti li min qed jagħtihom it-taħriġ fil-fatt qed jibbenefika minn din l-iskema? Jekk le, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlitx xi sottomissjonijiet dwar kif din l-iskema tista’ titħaddem?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta’ tax credits għal min jieħu apprentisti miegħu se titħaddem mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u mhux mill-ETC. Infurmat li l-ETC u d-Dipartiment tat-Taxxi Interni tkellmu dwar kif ser titħaddem din is-sistema u ġie deċiż li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jagħmel l-arranġamenti hu.
SAN PAWL IL-BAĦAR – TRIQ IL-WILEĠ – BUS STOP TEMPORANJU W291. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex isir bus stop temporanju fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar? Min għamel ix-xogħol marbut mal-bidla li saret fil-bankini f'dan is-sit? Kemm ġie jiswa x-xogħol imsemmi? Minn min ġie approvat l-istess xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bus stop li tpoġġa b’mod temporanju fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar ġie mibdul għal wieħed permanenti. Il-bus stop temporanju twaħħal sakemm saret ir-rilokazzjoni tal-bus stop “Wileg”, liema rilokazzjoni kienet meħtieġa minħabba li l-post fejn jinstab il-bus stop oriġinali ma jippermettix illi jiġi installat bus shelter.
Hekk kif kien ġie spjegat fir-risposta illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10320, fis-sit oriġinali m’hemmx spazju biżżejjed fuq il-bankina kif ukoll il-layout tat-triq ma tippermettix li jsir bus shelter.
Għaldaqstant, bi ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il- Baħar, Transport Malta irrilokat il-bus stop “Wileg”. Ix-xogħol sabiex titwessa l-bankina twettaq minn Transport Malta u sar sabiex ikun jista’ jippermetti l-installazzjoni tal-bus shelter. Dan ix-xogħol huwa stmat illi ġie jiswa €1,506.91.
Infurmat ukoll illi Transport Malta qiegħda fil-proċess sabiex toħroġ sejħa li twassal għat-twaħħil ta’ struttura ta’ lqugħ fuq dan il-bus stop.
IN-NAXXAR U L-IMĠARR – MATERJAL UŻAT FIL-PILASTRI FIT-TOROQ W292. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema materjal intuża fil-pilastri li twaħħlu fit-triq li min-Naxxar tagħti għas-Salina, u fi Triq Temi Zammit, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr? Billi f'dawn l-istess postijiet diġà kien hemm xi forma ta' sinjali li tkissru, jista' l-Ministru jassigura li dawn il-poles mhumiex ta' periklu għal dawk li jużaw dawn it-toroq?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il-vertical road signs jaqgħu taħt il-kategorija ta’ portable deformable warning devices and delineators (cylinders). Dawn huma addattati għall-użu fit-toroq skont BS EN 13422.
VETTURI B’LIĊENZJA TAL-UNJONI EWROPEA W293. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li qegħdin fuq it-toroq Maltin? X’tip ta’ spezzjonijiet twettaq Transport Malta, weħidha jew mal-pulizija, biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbużi minn nuqqasijiet ta’ liċenzjar ta’ dawn l-istess vetturi?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta parlamentari 9661, Transport Malta tirreġistra n-numri ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi barranin fejn dawn ikunu ser jiġu reġistrati f’Malta għall-ewwel darba, jew meta jkunu tneħħew mit-triq meta jirriżulta li ma kellhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex jinstaqu fit-toroq ta’ Malta. Il-vetturi li jkunu qed jintużaw temporanjament – per eżempju minn turisti – ma jiġux reġistrati u b’hekk Transport Malta m’għandhiex l-ammont ta’ vetturi b’liċenzja tal-Unjoni Ewropea li preżentament qegħdin fit-toroq Maltin.
Uffiċjali ta’ Transport Malta jagħmlu spezzjonijiet fuq vetturi b’liċenzja barranija fejn jiġu spezzjonati l-logbook tal-vetturi, il-polza tal-assigurazzjoni, id-data ta’ meta l-vettura daħlet Malta u l-liċenzja tas-sewqan tax-xufier tal-vettura.