Dibattiti tal-kamra tad-deputati


ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə12/12
tarix13.12.2017
ölçüsü0,86 Mb.
#34668
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   12

ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti fejn il-Gvern baqa’ ma wettaq xejn fir-rigward ta’ Selmun Palace Hotel, dan il-Gvern midd idejh u fix-xhur li ġejjin se jkun qed iħabbar soluzzjoni sabiex jinħareġ proċess kompetittiv. Il-pjan huwa li din il-lukanda terġa’ tiġi operata u takkwista rilevanza fis-settur turistiku Malti.

ĊERTIFIKATI DWAR L-ENERĠIJA FIL-BINI
W333. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn persuni awtorizzati li joħorġu ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini? Meta hu mistenni li jiġu organizzati korsijiet ġodda għall-persuni li jixtiequ jkunu akkreditati biex jagħmlu dan ix-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn reġistrati lokalment:
· 165 assessur li jista’ jiċċertifika bini residenzjali

· 28 assessur sabiex jiċċertifika kull bini ieħor

· 11-il Air-Conditioning Systems Inspector

· 11-il Heating Systems Inspector.


Kif kienet u għadha l-prassi, qed tinġabar lista ta’ min hu interessat li jsegwi tali kors u ladarba jkun hemm numru suffiċjenti biex jagħmluh finanzjarjament vijabbli għall-parteċipanti, dan ikun organizzat.

FERTILIZER PLANS
W334. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fertilizer plans f’Malta u f’Għawdex humiex kollha kompluti? X’diffikultajiet hemm biex dawn jitlestew?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari dan, huwa proċess ongoing skont kif stipulat fl-Avviż Legali 321 tal-2011.

PROGRAMM GĦALL-BIEDJA U L-IŻVILUPP RURALI
W335. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess li permezz tiegħu għandu jiġi ffinalizzat il-programm għall-iżvilupp rurali għas-snin li ġejjin? Xi żviluppi kien hemm minn mindu twieġbet il-mistoqsija parlamentari 7032?
ONOR. LOUIS GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara konsultazzjoni pubblika, il-Programm għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali ġie sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2014. Il-Ministeru qed jistenna r-reazzjoni tal-Kummissjoni għall-abbozz mibgħut.

APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI GĦAL KMAMAR TAN-NAR
W336. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi għal dak li jirrigwarda l-ħruġ ta’ permessi għal kmamar tan-nar minn meta twieġbet il-mistoqsija parlamentari 7014? Jekk kien hemm, x’kienu dawn l-iżviluppi li seħħew? Kemm hemm? Fejn qegħdin l-applikazzjonijiet li hemm pendenti bħalissa quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W336, waqt it-Tqegħid ta’ Karti, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. L-ewwel tabella telenka l-applikazzjonijiet msemmija fil-mistoqsija parlamentari 7014 u l-istat preżenti tagħhom peress li l-ebda waħda minnhom għadha ma ġiet deċiża. It-tabella l-oħra telenka kull applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma' kmamar tan-nar (inklużi dawk ġà elenkati f'mistoqsija parlamentari 7014) bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.

BDIEWA – TALBIET GĦAL AGRITURIŻMU
W338. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6130, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni minn dawk li għandom 60 tomna raba’ jew iktar, li talbu lill-Ministeru biex ikunu jistgħu jorganizzaw xi forma ta' agrituriżmu? Jekk iva, f'liema lokalitajiet jinsabu dawk li talbu li jseħħ dan l-iżvilupp? X'kienet il-pożizzjoni li ħa l-Ministeru dwar tali talbiet, jekk kien hemm?
ONOR. LEO BRINCAT: Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-Rural Policy and Design Guidance daħal fis-seħħ fit-22 t’Awwissu 2014. Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant japprezza li għadu kmieni wisq biex jingħataw aktar dettalji.

TRANSPORT MALTA – POLICY DWAR SPEED CAMERAS
W339. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Billi diversi drabi ntqal li Transport Malta qed tfassal policy dwar speed cameras madwar Malta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk din il-policy tfasslitx? Jekk iva, jista’ l-Ministru jippubblika din l-istess policy? Jekk mhux lesta, jista’ jagħti tagħrif fuq liema bażi ġew stallati l-cameras fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar?
ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li l-Awtorità tat-Trasport ħejjiet Speed Management Policy li tinkludi l-metodoloġija ta' kif jiġu eżaminati talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras kif ukoll il-Posted Speed Limit tat-toroq arterjali u dawk distributorji. Il-polza tinsab fuq il-website uffiċjali tal-Awtorità tat-Trasport.

(Informazzjoni addizzjonali: Ara dokument Nru 3345 li tpoġġa fis-Seduta 186 ta' nhar it-Tlieta, 14 ta' Ottubru 2014)

SAN PAWL IL-BAĦAR – TICKETS MILL-ISPEED CAMERA FIL-BYPASS
W340. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu tickets mill-cameras tal-bypass ta’ San Pawl il-Baħar minn mindu ġew stallati sal-mument tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari?
ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li din l-informazzjoni għandha tintalab lill-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana.

PITKALIJA – ĦASIL TA’ KAXXI
W346. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’qed iwassal biex il-ħaddiema li bħalissa huma responsabbli mill-ħasil tal-kaxxi fil-Pitkalija jitneħħew minn hemm u minflokhom jiġu ingaġġati persuni oħra, jekk dan hu l-każ? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li bħalissa qed jagħmlu dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jkun fil-futur? X’tip ta’ arranġamenti ta’ xogħol hu mistenni li jkollhom dawk li jridu jkunu qed iwettqu dan ix-xogħol fil-futur?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari mhu minnu xejn li tneħħew xi ħaddiema li jaħslu l-kaxxi tal-Pitkalija u minflokhom ġew ingaġġati nies oħra. Li sar huwa li bħala parti mill-isforzi biex intejbu l-affarijiet, f’dawn l-aħħar ġimgħat daħħalna reġim iktar serju ta’ kif u meta jinħaslu l-kaxxi billi ma nħallux kaxxi jidħlu u jerġgħu joħorġu mill-Pitkalija mingħajr ma jkunu għaddew mill-proċess ta’ kontroll ta’ ndafa u allura ħasil kif jixraq. Dan qed ngħidu għax kien hemm min kien jidħol bil-kaxxi mimlija u minflok jirritornahom għall-ħasil, jgħabbihom bi prodotti, jew addirittura jżommhom għandu vojta, mingħajr ma jgħaddu għall-ħasla. Dan kien jikkawża nuqqas fil-kaxxi disponibbli għall-Pitkalija u nuqqas ukoll ta’ iġene. B’riżultat tal-miżura li ħadna però, żdied b’mod konsiderevoli l-ammont ta’ kaxxi li qed ikun hemm bżonn li jinħaslu. Għalhekk bħala miżura ta’ urġenza u sakemm nagħmlu arranġamenti fit-tul, qabbadna kuntrattur sabiex żiedna l-ammont ta’ ħassiela b’ħamsa oħra, ’il fuq mill-għaxra li diġà kien hemm, biex b’hekk it-total disponibbli llum huwa ta’ ħmistax u foreman fuqhom. Ovvjament dan ma jfissirx li dawn kollha jkunu hemm kuljum u dan għal raġunijiet ta’ vacation leave u ta’ sick leave. Nispera li l-Onor. Interpellant jaqbel magħna li dak li għamilna hija xi ħaġa li hija tajba u ta’ ġid kemm għall-bidwi kif ukoll għall-konsumatur.
Sadanittant irrid ngħid li dawn il-ħassiela huma ħaddiema tal-kuntrattur u wara assessment finanzjarju, kien konkluż li jkun ferm irħas jekk il-Gvern jimpjega hu numru ta’ ħaddiema. Bħalissa għaddej proċess ta’ reklutaġġ tramite l-proċeduri tal-ETC li hija solita f’tali każi. Id-deċiżjoni s’issa hija li jiddaħħlu 10 impjegati iżda jista' jagħti l-każ li dawn jiżdiedu jekk jinħass il-bżonn. Ovvjament kull persuna li tkun tikkwalifika skont il-proċeduri tal-ETC, inkluż jekk ikunu eliġibbli dawk li jaħdmu mal-kuntrattur, tkun trid tgħaddi minn proċess ta’ għażla skont ir-regolamenti applikabbli.

L-IMBORDIN/SAN MARTIN - LINJI FIT-TOROQ
W347. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Transport Malta tinvestiga l-possibilità li fit-triq li tgħaddi minn San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, u twassal saż-Żebbiegħ, limiti tal-Imġarr, jinżebgħu linji biex iservu ta’ indikazzjoni għal dawk li jgħaddu minn dawn l-inħawi, u dan peress li qed ikun hemm numru sostanzjali ta’ inċidenti?
ONOR. JOE MIZZI: Jien infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tal-Awtorità tat-Trasport, irriżulta li f’din it-triq imsemmija hemm installati t-tabelli tat-traffiku meħtieġa u anki crash barriers. Fir-rigward ta’ sinjali tat-traffiku hemm edge line f’parti maġenb culvert iżda minħabba li t-triq hija dejqa m’hemmx lok li jiġi mmarkat is-centre line.

Tabella b’risposta għall-mistoqsija parlamentari W258

Tracking No.

PA No.

Status

Location

Local Council

Proposal

Screening Rec. Date

Val. Date

Type of Entity

 

PA/08201/06

DEP

No. 1, Dock Area, Misraħ Gavino Gulia, Cospicua (Bormla)

Cospicua (Bormla)

Outline application for the rehabilitation & redevelopment of the dock area Bormla, to include residential & mixed use facilities, landscaping, restoration of existing buildings & yacht berthing facilities.

 

15/01/2007

Private

 

PA/04637/07

ZZZ

South Shore, Ix-Xatt Ta' Tignè, Sliema

Sliema

Installations of pontoons for yachts

 

08/08/2007

Private

 

PA/00118/09

ZZZ

Marsascala Bay (various streets), Marsascala Bay, Marsascala

Marsascala

Proposed redevelopment of ex-National Waterpolo pitch into a mixed use development including sports and recreational facilities, residential, tourist accommodation and commercial spaces; and redevelopment of an all-weather yacht marina including reorganisation of mooring, construction of breakwater, placing of pontoons and upgrading of quays and ancillary facilities.

 

19/01/2009

Private

 

PA/04089/10

ZZZ

Barriera Passenger Terminal, Xatt Il-Barriera, Belt Valletta, Malta

National Territory

Extension to Lascaris Wharf for the berthing of ships for passenger and related services, leisure and tourism

 

19/10/2010

Government Entity

146,856

 

ACM

Mgarr Yatch Marina, Triq Martino Garces, Għajnsielem, Gozo

Għajnsielem

Proposed yacht berths and floating pontoon

01/03/2012

 

Private

146,857

 

ACM

Mġarr Yacht Marina, Triq Martino Garces, Għajnsielem, Gozo

Għajnsielem

Proposed organised boat mooring

01/03/2012

 

Private

147,897

 

ACM

Marsamxett Harbour, Triq Sa Maison, Floriana, Pietà

Floriana / Pietà

Sa Maison Marina at Marsamxett Harbour in lieu of existing Ro-Ro berth. Installation of (a) new marina with landside improvements at Sa Maison and (b) new jetty, revetment system and electrical supply trench extension at Pietà.

23/05/2012

 

Government Entity

148,901

 

PAS

N/A , N/A, Fortizza Sant Anġlu, Vittoriosa (Birgu), Malta

Vittoriosa (Birgu)

The proposed extension of the quay and superyacht berths on St Angelo Wharf, including moorings required for the additional berth; and the proposed extension to the existing substation and switchroom and connecting service culverts.

22/08/2012

 

Private




Legend:

ACM - Awaiting Application Compilation by Architect

ZZZ - Awaiting Further Information from Architect for over 6 months

DEP - Drafting of DPA Report



PAS - Pending Assessment







Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   12




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin