MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
GOZO CHANNEL – MANUTENZJONI TA’ APPARAT ELETTRONIKU
10444. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq manutenzjoni tal-apparat elettroniku, inkluż dak tal-arja kundizzjonata, tal-vapuri tal-Gozo Channel minn Marzu 2013 sal-lum?
ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li n-nefqa tal-kumpanija Gozo Channel Company Ltd, minn Marzu 2013 sal-lum kienet ta’ inqas minn €40,000.
GĦAWDEX – TFAL FOSTERED
10445. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal fostered ma’ familji Għawdxin matul is-snin 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
- fis-sena 2012 kien hemm 30 tifel u tifla fostered ma’ 22 familja f’Għawdex;
- fis-sena 2013 kien hemm 29 tifel u tifla fostered ma’ 22 familja f’Għawdex,
- fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2014 kien hemm 24 tifel u tifla fostered ma’ 21 familja f’Għawdex.
GĦAWDEX - ADOZZJONIJIET
10446. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet minn familji Għawdxin matul is-snin 2012, 2013 u fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kienx hemm digrieti t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex, filwaqt li fl-2013 kien hemm digriet wieħed t’adozzjoni għall-familji li jgħixu Għawdex. L-istatistika għall-ewwel sitt xhur tal-2014 għad trid tinġabar.
MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI - PERSONS OF TRUST
10475. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tressaq lista aġġornata li fiha telenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu, is-servizz tagħhom lid-dekasteru tagħha?
ONOR. HELENA DALLI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR –PERSONS OF TRUST
10476. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu, is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
ONOR. CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – PERSONS OF TRUST
10477. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu, is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema perjodu qed tirreferi.
INTRODUZZJONI TAL-MARKA TA’ KWALITÀ
10495. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10342, billi fir-risposta qed jingħad li saru ħames round tables oħra, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ltaqgħu l-istess round tables u x'ħareġ minn dawn ir-round tables? Jista' l-Ministru jagħti wkoll tagħrif dwar meta hu mistenni li jiltaqgħu l-istess round tables?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ir-round tables li nżammu s'issa ltaqgħu fid-dati 2, 3, 9 u 10 ta’ Lulju. Dawn ir-round tables introduċew il-proċess ta' ħidma li jrid jitwettaq sabiex jiġu stabbiliti regoli ta' produzzjoni u standards ta' kwalità għal prodott jew prodotti f'settur, li jkunu jistgħu jsiru eliġibbli għall-marka ta' kwalità fuq bażi volontarja. Kull round table qed titmexxa skont iċ-ċirkostanzi partikolari f'dak is-settur u se jiġu mlaqqgħa skont l-eżiġenzi tal-parteċipanti u l-progress tekniku li jkun qed iseħħ. Waqt dawn ir-round tables ġie spjegat aktar fil-fond kif se tkun qiegħda taħdem l-iskema tal-kwalità u x’se jkun ir-rwol ta’ dawn ir-round tables fl-iżvilupp tal-Marka tal-Kwalità. Waqt dawn il-laqgħat ġie wkoll maqbul kif id-Direttorat se jkun qed jaħdem mar-round tables biex jiġu stabbiliti l-istandards tal-prodotti kkonċernati.
Sensiela ta’ laqgħat qed jiġu ppjanati għall-aħħar ta’ Ottubru.
KUNSILLI LOKALI – LAQGĦAT IMĦASSRA
10496. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10343, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet fejn kunsilli lokali ħassru l-laqgħat tagħhom matul l-aħħar 18-il xahar? Liema kienu l-kunsilli li ħassru dawn l-istess laqgħat? X’kienet ir-raġuni għal dan? X’tip ta’ investigazzjoni għamel id-dipartiment biex jassigura li ma jkunx hemm abbużi ta’ dawn il-posponimenti u tħassir ta’ laqgħat?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta’ Karti.
SPTAR MATER DEI - DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA
10507. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, bejn Jannar u Mejju 2014? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
ONOR. KONRAD MIZZI (Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
SPTAR MATER DEI – PAZJENTI - AVERAGE LENGTH OF STAY
10508. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-average length of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?
ONOR. KONRAD MIZZI: L-average length of stay għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Mejju 2014 jinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Xahar
|
Average length of stay f’jiem
|
Jannar
|
4.3
|
Frar
|
4.5
|
Marzu
|
4.7
|
April
|
4.9
|
Mejju
|
4.7
|
Ġunju
|
4.9
|
SPTAR MATER DEI – BED OCCUPANCY
10509. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy fl-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Jannar u Mejju 2014?
ONOR. KONRAD MIZZI: L-informazzjoni miġbura mis-sistema ta’ CPAS, l-average bed occupancy tas-sodod fl-Isptar Mater Dei li jintużaw għal in-patients hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar 2014
|
% Average bed occupancy for in-patient beds
|
Jannar
|
93.7
|
Frar
|
91.6
|
Marzu
|
91.5
|
April
|
92.7
|
Mejju
|
92
|
SPTAR MATER DEI - OPERAZZJONIJIET
10510. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet bejn Jannar u Mejju 2014, kategorija b’kategorija?
ONOR. KONRAD MIZZI: Bejn Jannar u Mejju 2014 saru 21,151 operazzjoni. Meta mqabbel mal-istess żmien tal-2013, kien hemm żieda ta’ 8%.
SPTAR MATER DEI - OPERAZZJONIJIET
10511. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Jannar u Mejju 2014, konsulent b’konsulent?
ONOR. KONRAD MIZZI: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
SPTAR MATER DEI – PAZJENTI JISTENNEW FUQ STRETCHERS
10512. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Jannar u Mejju 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
ONOR. KONRAD MIZZI: It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
PAZJENTI MIBGĦUTA GĦALL-KURA BARRA MINN MALTA
10513. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta bejn Jannar u Mejju 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
ONOR. KONRAD MIZZI: Bejn Jannar u Mejju 2014 intbagħtu 247 pazjent għall-kura barra minn Malta: f’Jannar 55 pazjent; fi Frar 38 pazjent; f’Marzu 58 pazjent; f’April 55 pazjent u f’Mejju 41 pazjent.
GAS PIPELINE BEJN MALTA U SQALLIJA
10541. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju dwar il-vijabilità ta’ gas pipeline bejn Malta u Sqallija, li l-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet qed taħdem fuqu?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali studju għadu għaddej.
BEACH CONCESSIONS
10542. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk irċeviex talbiet għal beach concessions u jekk iva, fuq liema siti saru t-talbiet ?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qiegħed jitlob din l-informazzjoni.
PERSUNI BARRANIN JGĦIXU F’MALTA
10546. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9933 u jagħti informazzjoni dwar kemm hawn barranin jgħixu hawn Malta, lokalità b'lokalità, u għal kull lokalità, minn liema pajjiż huma dawn il-barranin, inkluż in-numru għal kull pajjiż f'dik il-lokalità?
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 9933 ġiet imwieġba nhar it-22 ta’ Lulju 2014.
IL-QAWRA – BINI TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR BEJN TRIQ PORZJUNKOLA U TRIQ FREJGATINA
10547. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex xi pjan partikolari biex issebbaħ mill-ġdid l-ispazju (bitħa kbira) li hemm bejn il-blokki mibnija mill-istess Awtorità bejn Triq Porzjunkola u Triq il Frejgatina, il-Qawra, San Pawl il-Baħar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa m’hemmx pjanijiet għal tali xogħlijiet fl-inħawi msemmija.
IS-SALINA – XOGĦLIJIET
10548. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tenders/ quotations marbuta max-xogħol li għaddej fis-Salina, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, għad iridu joħorġu u jingħataw lil xi kuntrattur għax-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10156.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10562. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10563. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PERSUNI F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10564. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT - NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10565. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT – NISA F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10566. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT – PERSUNI F’POŻIZZJONI TA’ TEĦID TA’ DEĊIŻJONIJIET
10567. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' teħid ta’ deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni qed tagħmel referenza.
STUDJU DWAR REALTAJIET LI QED JIFFAĊĊJAW IT-TFAL
10580. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar ir-realtajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal, fosthom cyber bullying, imħabbar f’Novembru 2013?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudju msemmi f’Novembru 2013 kellu jsir mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika flimkien mal-Università. Minħabba li din il-Kummissjoni m’għadhiex taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
ARMS LTD – ĠBIR TA’ FLUS
10600. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9913 u jgħid kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-2012 u fl-2013? Jista’ jgħid ukoll kemm ġabret flus l-ARMS Ltd fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena u kemm ġabret flus fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
KUNTRATT MA’ KUMPANIJA
10601. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġaladarba l-Prim Ministru fis-16 ta' Mejju qal li ma jsibx diffikultà li jiġi ppubblikat?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rilevanti tiġi ppubblikata fil-mument opportun.
MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI
10610. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet ħlasijiet lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, kif ġej:
Sena
|
TM Budget
|
RID Budget
|
|
|
|
2010
|
€ 4,170
|
€ 48,183
|
2011
|
€ 61,699
|
|
2012
|
€ 41,811
|
|
2013*
|
€ 10,434
|
|
*bejn Jannar u Marzu
Ix-xogħlijiet relatati ma’ dawn il-ħlasijiet fil-maġġoranza tagħhom kienu jikkonsistu f’servizzi li ngħataw għar-road permit system. Dan ix-xogħol li jammonta għal xejn inqas minn €166,297, ingħata b’direct order b’approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI
10611. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI
10612. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji li qed jissemmew fil-mistoqsija.
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI
10613. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2000 u Marzu 2013 ma ngħataw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji msemmija, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – XOGĦOL MOGĦTI LIL KUMPANIJI
10614. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Dostları ilə paylaş: |