Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə13/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   22



Inizjattiva 45

Manutenzjoni u proviżjoni ta’ neċessitajiet f’żoni industrijali


Jingħata bidu għal proġett sabiex jiġu introdotti neċessitajiet u manutenzjoni oħra li bihom intejbu l-kompetittività, u nipprovdu aċċess aħjar għall-konsumatur fuq l-istess pariri ta’ min qed jaħdem ġewwa iż-żoni industrijali.

X’qed isir

  1. Bħalissa qed issir l-fażi amministrattiva sabiex issir applikazzjoni għall-fondi tal-UE biex ma ssirx biss manutenzjoni ta’ dawn is-siti imma titjib il-kompetitività u nipprovdu aċċess aħjar għall-konsumaturi.

  2. Fost dawn l-inizjattivi ser ikun hemm il-bini ta’ entrepreunership research centres, waste collection facilities, kif ukoll fire hydrants f’kull żona. Ser jiġu wkoll żviluppati websites speċifiċi għal kull żona industrijali, titjib fis-sinjali tat-traffiku u tabelli indikattivi li jwasslu lill-konsumaturi jsibu aħjar in-negozji ta’ dawn iż-żoni.

  3. Dan il-proġett (għas-sena 2008 biss) huwa maħsub li jkun jiswa ma’ € 2.1miljun (Lm900,000) minn fondi Ewropej.



Inizjattiva 46

Liġi li tirregola ż-żamma ta’ l-ordni ġewwa żoni industrijali


Is-Segretarjat ser ikun qed jistħarreġ il-possibiltà li jressaq liġi li tirregola kemm iż-żamma ta’ ordni ġewwa żona industrijali kif ukoll il-waqfien ta’ tenants association.

X’qed isir

  1. Din il-proposta qiegħda f’fażi ta’ konsultazzjoni.

  2. Diġa saru laqgħat mal-MEPA, Awtorità dwar it-Trasport kif ukoll ma’ diversi kunsilli lokali dwar dan is-suġġett.



Inizjattiva 47

Installati s-servizzi ta’ dawl, ilma u dranagg li jagħtu għal ġoż-żoni industrijali ġodda


Siti Industrijali Ġodda: Issa li ġew stabbiliti liema huma s-sitt siti ġodda sabiex fuqhom jiġu żviluppati mill-privat żoni industrijali oħra, jmiss li bħala Gvern naċċertaw li dawn is-siti ikunu fornuti bis-servizzi essenzjali kollha, sa l-entraturi tagħhom, għas-spejjeż ta’ l-istess Gvern. F’dawn is-siti, li jkopru medda ta’ madwar 80 tomna art, hu stmat li ser ikun hemm investiment ta’ LM10,000,000 (€23,293,733) mill-privat, u bini ta’ madwar 400 spazju industrijali li fihom ser ikunu qed jilqgħu mal-1,500 impjieg.

X’qed isir

  1. Gie approvat il-partial review ta’ l-istructure plan mill-Parlament sabiex sitt siti jingħataw permess għall-iżvilupp u fuqhom jinbnew industrial parks għal negozji żgħar.

  2. B’investiment mill-privat ta’ ‘l fuq minn LM10 miljun (€23.29 miljun), ser ikun qed jirnexxielna noħolqu potenzjal għal 400 spazju ġdid, li jilqgħu fihom mal-500 impjieg.

  3. Dawn is siti huma:

    • Ħal-Ghaxaq – Santu Kristu,

    • In-Naxxar – t’Alla w Ommu,

    • l-Imgarr – tal-Ballut,

    • Ħaz-Żabbar – ta’ Maġġi,

    • il-Mellieħa, u

    • x-Xewkija Għawdex.

  1. L-aktar sit industrijali li qiegħed fi stadju avvanzat li jinħariġlu l-permess huwa dak ta’ Ħaż-Żabbar (ta’ Maġġi). Fil-fatt fil-jiem li ġejjin il-bord tal-MEPA hu mistenni li jieħu d-deċiżjoni finali.



Inizjattiva 48

Bini ta’ Entrepreneurship Research Centres


Entrepreunership Research Centres: Jibda ix-xogħol ta’ preparazzjoni fuq pjanti għall-bini ta’ żewġ Entrepreunership Research Centres fiż-żoni industrijali ta’ Ħal-Luqa u Ħ’Attard, wara li jiġu stabbiliti is-siti b’ koordinament mal-iSmall Business Directorate tal-Malta Enterprise.

X’qed isir

  1. Dawn iż-żewġ research centres qed jiġu inklużi ma’ l-applikazzjoni li bħalissa qed tinħadem sabiex jinġiebu fondi għalihom mill-Unjoni Ewropea.

  2. F’dan l-istadju, flimkien mal-Malta Industrial Parks qed isir eżerċizzju sabiex isiru l-costings u jiġu ppreparati l-pjanti taż-żewġ binjiet.



Inizjattiva 49

Direttorji ġodda li jippromwovu żoni industrijali


Ktejjeb-Direttorju: Tiġi miġbura fi ktieb wieħed, u tiġi ippubblikata u mqassma ma’ Malta kollha, l-informazzjoni li ġbarna s’issa u ippubblikajna taħt forma ta’ direttorji ta’ kull żona industrijali.

X’qed isir

  1. Gew ippubblikati tlett direttorji, f’forma ta’ gazzetta, li jinkludu l-ismijiet kollha ta’ negozji li jiġġestixxu l-attività kummerċjali u industrijali tagħhom minn gewwa iż-żoni industrijali tal-Ħandaq, Mosta, u l-Imrieħel. F’dawn il-tliet direttorji nsibu xejn inqas minn 500 negozju irregistrat.

  2. Ser jiġi ppubblikat direttorju bl-ismijiet tan-negozji kollha f’Ħal Farruġ.

  3. Hu il-ħsieb tas-Segretarjat, li direttorji oħra simili jiġu ppubblikati fix-xhur li ġejjin.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   9   10   11   12   13   14   15   16   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin