Rikonoxximent għal ġieħ l-Imprenditur u ġieħ l-Artiġjan
Jiġu magħżula negozji li għandhom jingħataw rikonoxximent speċjali għal-xogħolhom jew għas-sengħa partikolari tagħhom. B’ħekk is-Segretarjat jinpenja ruħu sabiex jorganizza attività fejn fiha jingħataw “Ġieħ l-Imprenditur” u “Ġieħ l-Artiġjjan”.
X’qed isir
Il-Premju Ġieħ l-Artiġjanat tnieda fil-21 ta’ Novembru, bi preżentazzjoni fiċ-Ċentru tas-Snajja ġewwa l-Belt.
L-għan ta’ dan il-premju hu li l-apprezzament tal-ħila ta’ l-artiġjanat tkun imżewġa mal-ħila imprenditorjali u innovattiva ta’ l-artiġjanat. Dan għaliex il-Gvern irid iwassal il-messaġġ li l-artiġjanat għandu jkollu l-kapaċità li dak kollu li hu tradizzjonali għandu jkun sostnut mill-ħila imprenditorjali u mir-riċerka għall-innovazzjoni.
Permezz ta’ din l-inizjattiva l-Gvern jixtieq li jpoġġi bħala eżempji ta’ suċċess dawk l-artiġjani li jħaddmu sa għaxar persuni, u li s-settur tas-sengħa partikolari tagħhom jista’ jvarja minn preparament ta’ ikel sa xogħol fuq manifattura ta’ għamara jew xogħol fuq metall u ġebel, iżda ma hemm l-ebda limitazzjoni ta’ sengħa jew ħila. Kull applikazzjoni tiġi mistħarrġa individwalment kemm fil-ħila artiġjanali, kif ukoll fil-ħila imprenditorjali u innovattiva.
Il-Bord ta’ l-Għażla, li hu magħmul minn rappreżentant mid-Diviżjoni għall-Kummerċ, mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni (CCD) u mis-Small Enterprise Directorate, għal kull applikazzjoni li jirċievi, għandu l-obbligu li jwettaq proċess ta’ aġġudikazzjoni interna, sabiex jistabbilixxi l-eliġibilità ta’ l-applikant fuq dawn il-kriterji:
Li jkun jaħdem għal rasu, reġistrat regolari bħala self-employed jew li għandu negozju fejn hu/hi huwa s-sid uniku ta’ l-istess negozju, jew li jħaddem b’mod regolari numru ta’ ħaddiema miegħu, li n-numru ta’ ħaddiema ma jaqbiżx l-10 persuni.
Li l-artiġjanat ikollu element qawwi ta’ xogħol ta’ l-id.
Li l-artiġjan jagħraf jaqsam ma’ oħrajn u jgħallem is-sengħa tiegħu bil-ħsieb li din ma tispiċċax.
Li hu msieħeb fil-Kunsill Malti għall-Artiġjanat.
Li f’ħidmietu dejjem jagħraf l-importanza ta’ l-indafa, u l-ħarsien ta’ l-ambjent ta’ madwaru.
Li bħala artiġjan, jekk hu b’xi mod qed iwettaq attività kummerċjali, qed jiġġestixxi din l-istess attività tiegħu f’konformità ma’ l-entitajiet regolatorji u awtoritajiet oħra, fosthom l-ETC, il-VAT, u d-Dipartiment tas-Saħħa (tas-Sanità), fejn ikun il-każ.
Li jekk hu artiġjan li jiġġestixxi attivita’ kummerċjali, u għalhekk ikollu kontinwament kuntatt mal-konsumatur, dejjem għaraf ikun konformi ma’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Li bħala artiġjan juri interess u jinvolvi ruħu f’attivitajiet promozzjonali, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, bħal:
Fuq bażi regolari ser tibqa’ tiġi ppubblikata il-gazzetta “Ħidmitna”. Din il-gażżetta li qed titfassal flimkien ma’ l-istess sidien ta’ negozji li jaħdmu minn ġewwa diversi żoni industrijali, u biha l-Gvern qed ikun kapaċi jwassal dak kollu li jkun qed isir għall-ġid ta’ l-istess sidien ta’ negozji, kif ukoll għall-benefiċċju tal-konsumatur.
X’qed isir
Is-Segretarjat flimkien ma’ sidien ta’ negozji żgħar u self employed f’żoni industrijali kompla jippubblika din il-gazzetta informattiva fuq bażi regolari, u li din, minbarra li titqassam fl-istess żoni industrijali, f’okkażjonijiet specifiċi tqassmet ukoll f’lokalitajiet differenti, fil-viċinanzi tal-istess żoni industrijali.
Inizjattiva 55
Promozzjoni aħjar tal-prodott artiġjanali Malti
Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat ikompli jaħdem fuq il-proġett sabiex jippromwovi aktar l-apprezzament u l-bejgħ ta’ l-artiġjanat Malti, kif ukoll jara kif joħloq kull opportunità biex jippromwovi l-bejgħ ta’ l-artiġjanat Malti barra minn pajjiżna filwaqt li jlaqqa’ setturi differenti ta’ artiġjanat ma’ uffiċjali f’entitajiet governattivi bil-għan li ikunu diskussi problemi burokratiċi li artiġjani jistgħu ikunu qed jiltaqgħu magħhom.
X’qed isir
Ġie ppubblikat id-direttorju tal-Artiġjana u l-Imprendituri reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat
Bħal kull sena, il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat, flimkien mad-Diviżjoni għall-Kummerċ organizza wirja ta’ artiġjanat lokali fil-padiljun tad-Diviżjoni waqt il-Fiera Internazzjonali ta’ Malta, f’Lujlu. It-tema magħżul għal din is-sena kien: Artiġjanat Malti – Wirt ħaj ta’ Pajjiżna
Il-Kunsill għen ukoll numru ta’ artiġjana jipparteċipaw f’fieri oħra bħall-Festival tal-Għana (Ġunju) Mnarja (Ġunju), żewġ attivitajiet tal-BOV Streets Alive (Lulju), fil-Malta Day - UK li saret ġewwa Londra (8 ta’ Settembru) u n-Notte Bianca (f’Ottubru).
Ġew stampati bookmarks li jippromwovu l-artiġjanat Malti
F’ Awissu sar billboard, quddiem l-isptar Mater Dei bħala promozzjoni għall-artiġjanat maħdum lokalment.