Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə16/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   12   13   14   15   16   17   18   19   ...   22



Inizjattiva 56

Xogħolijiet fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa


Fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa jitkompla ix-xogħol fuq twaqqiħ ta’ ħuts antiki. Fl-istess ħin jitkompla jiġi iffaċilitat il-proċess sabiex ikunu jistgħu jinbnew aktar binjiet ġodda fejn sidien ta’ negozji żgħar ikunu jistgħu jkabbru u jiġġeneraw aktar xogħol u joħolqu aktar impjiegi. Jitkompla il-proċess sabiex jitlestew aktar xogħolijiet infrastrutturali fuq toroq li għadhom ma sarux. Jitkompla wkoll il-proġett ta’ installazzjoni ta’ sistema ta’ street lighting maż-żona kollha. Jitkompla ix-xogħol ta’ manutenzjoni, u jiġu introdotti neċessitajiet oħra.

X’qed isir

  1. F’din iż-żona industrijali insibu mal-85 negozju

  2. Bdew jitwaqqgħu binjiet li kienu fi stat perikoluż, sabiex issa fuq l-istess siti jkunu jistgħu jinħargu il-permessi ghal binjiet ġodda

  3. Beda programm intensiv ta’ tindif ta’ illegal dumping li kien jinsab mifrux maż-żona kollha.

  4. Fil-jiem li ġejjin ser ikunu qed jitwaqqgħu binjiet oħra sabiex jagħtu aktar spazju għal binjiet godda.

  5. Twaħħlu tlett tabelli kbar li jagħtu identità liż-żona industrijali ta’ Ħal-Luqa.

  6. Sar asphalt patching temporanju f’diversi toroq madwar iż-żona

  7. Bdew jitnaddfu b’gafef u inġenji oħra diversi postijiet madwar iż-żona industrijali sabiex jiġu kkreati spazji għal-parkeġġ ta’ karozzi

  8. Fuq bażi regolari qed jinqata’ l-ħaxix ħazin minn madwar il-huts eżstenti

  9. Bdew jinżabru sigar li kienu qed jigguffaw iż-żejjed, u b’hekk kienu qed joħlqu inkonvenjent lill-istess sidien ta’ negozji f’din iż-żona.

  10. Sar eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni mingħand it-tenants kollha li jinsabu jaħdmu bħalissa miż-żona ta’ Ħal-Luqa sabiex intejbu il-komunikazzjoni bejn is-Segretarjat u l-istess sidien.

  11. Ser jigi ippubblikat direttorju bl-ismijiet tan-negozji kollha f’Ħal Farruġ.

  12. Sar ix-xoghol kollu amministrattiv sabiex għall-ewwel darba jibda proġett ta’ installazzjoni ta’ dwal fit-toroq taż-żona. Fil-fatt s’issa tlestiet l-ewwel fażi ta’ dan il-progett, fejn twaħħlu u inxtegħlu mat-32 bozza mifruxa fuq sitt toroq. Fil-futur mhux il-bogħod għandha tinbeda it-tieni u l-aħħar fażi ta’ dan il-proġett biex b’hekk iż-żona industrijali kollha tkun mixgħula.

  13. Bl-għajnuna tal-Koperattiva tas-Sinjali u Tabelli, twettaq proġett ta’ twaħħil ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku, kif ukoll inżebgħu ma’ l-art sinjali oħra tat-traffiku, sabiex sar titjib fl-organizzazzjoni taż-żona.

  14. Hi l-intenzjoni tas-Segretarjat li issa il-pass li jmiss hu, li b’konsultazzjoni sħiħa mal-istess sidien ta’ negozji taż-żona, tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex kull triq taż-żona tingħata isem.

  15. Twaħħlu numru ta’ tabelli mifruxa maż-żona kollha sabiex jappellaw għaż-żamma ta’ l-indafa.

  16. Tkompla ix-xogħol fuq komunikazzjonijiet ġodda tas-servizz tad-dranaġġ, li jissupplixxu binjiet ġodda li bħalissa b’ritmu mgħaġġel qed jinbnew f’din iż-żona industrijali. Dawn ix-xogholijiet qegħdin isiru għas-spejjeż tal-Gvern, u t-tenants mhux qed jintalbu jħallsu għal dawn ix-xogħolijiet.

  17. Qed isir aktar infurzar tal-liġi, u bil-koperazzjoni tal-istess tenants, qed jitneħħew karozzi u vetturi li kienu qed jitħallew mitluqa f’diversi siti tal-istess żona industrijali

  18. B’kordinament sħiħ ma’ l-Environment Landscaping Consortium (E.L.C.), tranġat l-entratura taż-żona industrijali, u fuq bażi regolari dan l-ispazju qed jinżamm nadif, u ittrimjat mill-ħaxix ħażin. Il-pass li jmiss hu li l-istess spazju jingħata dehra aktar attrajenti bi fjuri u pjanti staġjonali.

  19. Sar xogħol sabiex issewwew il-ħsarat li kien hemm fis-sistema ta’ l-underground service culverts, li nsibu f’diversi toroq taż-żona.



Inizjattiva 57

Promozzjoni aħjar tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Dbieġi


Fil-Villaġġ tal-Artiġjanat ta’ Ta’ Dbiegi, Għawdex, jitkompla ix-xogħol fuq binjiet ġodda. Dan il-proġett għandu jkompli joffri spazju għal-negozji differenti ta’ manifattura ta’ artiġjanat. Fl-istess waqt, b’koordinament mal Kunsill Lokali ta’ l-Għarb, għandu jitfassal programm ta’ kif l-istess villaġġ jiġi marketed aħjar.

X’qed isir

  1. Permezz ta’ ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, flimkien mad-Direttorat għall-Intrapriżi Żgħar u l-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb, prodotti mmanifatturati fil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Dbieġi, Għawdex, ġew esebiti fl-Italja. Dan sar permezz ta’ żjara li dan id-Direttorat (Small Enterprise Directorate), bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb, għamel fl-Italja.

  2. Il-kampanja ta’ marketing ġiet miftehma fil-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb, is-Segretarjat Parliamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, u s-Small Enterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise.

  3. Il-Memorandum of Understanding, li ġie ffirmat lejn l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena, u li kellu bħala objettivi:

    • Il-promozzjoni ta’ l-artiġjanat u tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Dbiegi fl-Għarb, Għawdex.

    • Il-promozzjoni ta’ dan il-Villaġġ bħala destinazzjoni turistika.

    • Li tingħata għajnuna lill-assoċjazzjoni tas-sidien tan-negozji fil-Villaġġ.

    • Li jingħata marketing opportun lill-Villaġġ.

    • Li tingħata opportunità lil sidien biex jesebixxu il-prodott tagħhom barra minn Malta.

  4. Ġie ppublikat fuljett informattiv li qiegħed iservi biex issir aktar promozzjoni ta’ dan il-Villaġġ ma’ turisti li jixtiequ jaraw mill-viċin l-artiġjanat Malti u Għawdxi. B’dan il-mod qegħdin inkomplu nwettqu l-proċess ta’ marketing imsemmi fil-Memorandum of Understanding.

  5. Il-Gvern qiegħed jaħdem id f’id mal-Kunsill Lokali ta’ l-Għarb u ma’ l-iSmall Enterprise Directorate biex il-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Dbieġi jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa. Wara t-titjib infrastrutturali f’dan il-Villaġġ, permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea, issa qegħdin naħdmu biex ikun hemm promozzjoni aħjar tal-Villaġġ u tan-negozji li jinsabu fih.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   12   13   14   15   16   17   18   19   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin