Website ġdida u aktar user-friendly għall-Ministeru għall-Kompetittivita u Kommunikazzjoni
Ser tkun imnieda website rinnovata għall-Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni sabiex tkun tista tkompli toffri faċilitajiet ta’ servizzi minn fuq l-internet għal sidien ta’ negozji u persuni self-employed. Is-servizzi kollha tad-dipartimenti u l-awtoritajiet taħt dan il-Ministeru ser ikunu jistgħu jiġu aċċessibbli permezz ta’ l-internet.
X’qed isir
Din l-inizjattiva mistennija titwettaq fil-ġimgħat li ġejjin
Issir ħidma sabiex il-ħlasijiet tal-liċenzi tan-negozju jkunu jistgħu jibdew jsiru online permezz tal-website uffiċjali tal-Ministeru tal-Kompetittività u Komunikazzjoni.
X’qed isir
Din il-proposta għadha f’ fażi preliminari
Inizjattiva 66
Aċċess akbar tal-Informazzjoni Teknoloġika ġewwa żoni industrijali
Filwaqt li 30% tan-negozji ġewwa ż-żoni industrijali diġa jużaw forom ta’ kummerċ elettroniku għandha ssir ħidma sabiex aktar negozji jkollhom aktar aċċess għall-Informazzjoni Teknoloġika. Ghalhekk ser issir ħidma sabiex il-Micro Enterprise Acceleration Program u l-myPotential isiru aktar magħrufa mas-settur kummerċjali.
X’qed isir
Minn stħarriġ li sar nstab li:
55% tan-negozji ż-żgħar li jinsabu fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel għandhom sit elettroniku
26% tan-negozji ż-żgħar li jinsabu fiż-żona industrijali tal-Mosta għandhom sit elettroniku
39% tan-negozji ż-żgħar li jinsabu fiż-żona industrijali tal-Ħandaq għandhom sit elettroniku
Inizjattiva 67
Aċċess akbar tal-Informazzjoni Teknoloġika ġewwa żoni industrijali
Tkun mistħarrġa l-possibilita’ li jkunu offruti skemi ta’ kreditu ta’ taxxa għal min jixtri apparat elettroniku u/jew jinvesti f’forom ta’ sistemi ġodda ta’ informazzjoni tekonoġika.
X’qed isir
Din il-proposta għada qed tiġi mistħarrġa
Inizjattiva 68
Direttorju tal-emails tan-negozji u ta’ servizzi
Is-Segretarjat jistħarreġ il-possibbiltà li jkun ippublikat direttorju ta’ l-emails tan-negozji u ta’ servizzi li jkunu ta’ interess għas-settur kummerċjali.
X’qed isir
Din il-proposta mistennija tiwettaq matul is-sena 2008
G. Aktar minn Suq Wieħed
Inizjattiva 69
Parteċipazzjoni ta’ 300 sid ta’ negozju żgħir fi proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea
Huwa mistenni li f’din is-sena, bil-għajnuna ta’ l-għaqdiet tan-negozju u kooperattivi, l-Gvern, permezz tas-Segretarjat, jerġa’ jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ 300 sid ta’ negozju żgħir fi programmi oħra tal-Unjoni Ewropea.
X’qed isir
Din l-inizjattiva qed tiġi implimentata u sad-data ta’ publikazzjoni ta’ dan ir-rapport ser ikunu pparteċipaw 60 sid ta’ negozju. Qed issir ħidma mal Uffiċċju tal-Programm Leonardo biex sa l-aħħar tas-sena jkunu pparteċipaw 300 sid ta’ negozju.
Jitkompla l-proċess ta’ konsultazzjoni sabiex f’pajjiżna niżviluppaw aktar il-kunċett ta’ export houses bil-ħsieb li f’pajjiżna jkollna negozji li xogħolhom ikun li jaraw kif jesportaw lejn pajjiżi oħra prodotti manifatturati lokalment.
X’qed isir
Saret ħidma mal-Malta Enterprise sabiex negozji Maltin ikunu mgħejjuna jiffurmaw export houses. Kien hemm progress fuq din l-inizjattiva iżda fadal aktar xi jsir.
Inizjattiva 71
Għajnuna finanzjarja għall-esportazzjoni ta’ prodotti lokali
Tkun ikkordinata ħidma mal-Malta Enterprise bil-ħsieb li sidien ta’ negozji żgħar ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja maħsuba biex twassal għal esportazzjoni ta’ prodotti lokali
X’qed isir
Il-Malta Enterprise qed taħdem fuq proġett ta’ Business Networks li l-iskop tagħhom hu li ġġib gruppi ta’ negozji (3 jew aktar) flimkien sabiex jikkoperaw u jaħdmu aktar fuq suq barrani.
L-iskema qed issir fuq bażi pilota għas-sena 2007 sakemm tiġi integrata fil-Liġi tal-Malta Enterprise. Għalhekk, il-fondi ġa allokati għall-2007 ser jiġu utiliizzati.
L-iskema tipprovdi l-assistenza:
L-użu ta’ Business Advisor biex jgħin il-proġett jibda
L-ispejjeż tal-impjieg ta’ Contract Manager ikunu ko-finanzjati (sa 60% bl-limitu ta’ €25,000)
L-spejjeż ta’ vjaġġar jiġu ko-finanzjati (sa 60% u bi kriterji stabiliti)
L-ispejjeż għall-iżvilupp kompetittiv tan-network jiġu ukolll ko-finanzjati
F’Marzu 2007 ħarġet sejħa għal dawk interessati. Kien hemm 8 espressjonijiet li jirrappreżentaw 19-il kumpanija.
F’Novembru 2007 ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawk li kienu wrew interess u xtaqu assistenza taħt din l-iskema. Kien hemm 4 applikazzjonijiet li jirrapreżentaw 19-il kumpanija.