Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə19/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22



Inizjattiva 72

Formazzjoni ta’ koperattivi għal esportazzjoni akbar


Diversi negozji li pparteċipaw fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea jiġu mgħejjuna jiżviluppaw f’Kooperattivi biex dawn is-sidien ta’ negozji, ġejjin minn oqsma differenti, jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala membru fl-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jitkattar negozju bejn negozji Maltin u negozji oħra Ewropej.

X’qed isir

  1. Ġew iffurmati 47 koperattivi permezz tal-ħidma tal-APEX u Bord tal-Koperttivi. Dawn il-koperattivi ġodda huma maħsuba li jaħdmu aktar għal esportazzjoni

  2. Dawn huma:

  • Koperattiva Gomriza Maltese Agri Products Limited

  • Koperattiva Maltese Kitchen Ltd

  • Koperattiva Rurali Manikata Ltd

  • All 4 One Co-operative Society Ltd

    1. Koperattiva Gomriza Maltese Agri Products Limited - Il-koperattiva topera minn Ħ’Attard. 109 membri jiffurmaw parti min din il-koperattiva. L-attivitajiet prinċipali ta’ din il-koperattiva huma l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli provduti mill-membri tal-koperattiva. Kif ukoll, li tesporta u tikseb taħt kwalunkwe titolu prodotti lokali għall-esportazzjoni.

    2. Koperattiva Maltese Kitchen Ltd - Il-koperattiva topera minn Ta’ Xbiex. 9 membri jiffurmaw parti min din il-koperattiva. Il-koperattiva tiġbor flimkien kumpaniji involuti fil-manifattura ta’ l-ikel u x-xorb f’Malta. L-idea ta’ din il-koperattiva hi li kollettivament jibbenefikaw minn prezzijiet aħjar meta jimportaw il-materja prima. L-għan tal-koperattiva hi li tipprovdi servizzi effiċjenti u vijabbli lis-soċjeta’ Maltija, inklużi dak li timmanifattura u tbiegħ prodotti ta’ ikel u xorb f’Malta u barra minn Malta.

    3. Koperattiva Rurali Manikata Ltd - Il-koperattiva topera mill-Manikata. 10 membri jiffurmaw parti minn din il-koperattiva. Il-koperattiva hija intenzjonata li tgħin bix jinħolqu inizjattivi favur il-bdiewa u l-familji tal-Manikata, Għajn Tuffieħa, Għajn Żnuber, il-Ballut, il-Bajjad, ix-Xagħra l-Ħamra u l-Miżieb. Se jsir taħriġ għall-bdiewa, u jinbiegħu prodotti tipiċi lokali, inkluż inbid, żejt taż-żebbuġa, ġammijiet tal-frott li jikber fil-lokal, għasel, ġulepp, ħaxix u frott organiku, u prodotti ta’ artiġjanat lokali. Il-koperattiva tgħin biex il-bdiewa joħolqu proġetti ta’ produzzjoni kollettiva (fosthom it-tkabbir ta’ żebbuġ ta’ oriġini Maltija b’sistemi organiċi). Tgħin ukoll biex tinħoloq tikketta (brand name) ta’ prodotti lokali u tfittex mezzi għall-marketing u l-bejgħ tagħhom fis-suq lokali u possibilment f’dak Ewropew u internazzjonali.

    4. All 4 One Co-operative Society Ltd - Il-koperattiva topera minn Marsaxlokk. 6 membri jiffurmaw parti minn din il-koperattiva. L-għanijiet ta’ din il-koperattiva huma li tipprovdi servizzi effiċjenti u vijabbli lis-socjeta’ Maltija inklużi proviżjoni ta’ servizz ta’ trasport fit-terminal tal-Malta Freeport Terminals Limited.



Inizjattiva 73

Imsaħħa l-istruttura tan-Netwerk favur aċċess aħjar tal-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea


Bil-għajnuna tal-iSmall Enterprise Directorate ikompli jiġi żviluppat in-Netwerk favur aċċess aħjar għal proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex dawk in-negozji u sidien ta’ negozji żgħar li jkollhom idea u li jixtiequ jġibu fondi tal-Unjoni Ewropea għar-realizzazzjoni ta’ l-idea jkunu mgħejjuna jagħmlu dan.

  1. X’qed isir

  1. Illum sar aktar magħruf li s-Small Enterprise Directorate jgħin negozji fi proġetti tal-Unjoni Ewropea



Inizjattiva 74

Inqarrbu lill-konsulenti tal-UE ma’ negozji żgħar sabiex jippartecipaw fi progetti tal-UE


Permezz ta’ ħidma ta’ l-iSmall Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise tkompli tkun ikkordinata ħidma bejn il-konsulenti li jipprovdu servizzi ta’ konsulenza fuq programmi ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex dawn ikomplu jiġu mgħarufa u mgħejjuna jiġu eqreb lejn negozji żgħar u persuni self-employed. B’dan il-mod ikun hemm marketing aħjar għal proġetti li għalihom jistgħu japplikaw negozji zgħar u self-employed filwaqt li nassiguraw li jkun hemm pooling aħjar ta’ riżorsi.

X’qed isir

  1. Saret ħidma minn konsulenti fejn dawn iltaqgħu ma’ għaqdiet tan-negozju sabiex jgħinuhom fil-applikazzjonijiet.

  2. F’Ottubru saret konferenza organizzata flimkien mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Forum Malta fl-Ewropa, sabiex tinħoloq aktar kuxjenza fuq dawn il-programmi.

  3. Konferenza oħra bħal din mistennija issir f’Jannar li ġej



Inizjattiva 75

Intaffu mill-burokrazija marbuta ma’ mili ta’ applikazzjonijiet għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea


Is-Segretarjat, flimkien mal-iSmall Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise, ser ikompli jaħdem biex janalizza l-proċeduri burokratiċi marbuta ma’ mili ta’ applikazzjonijiet għal fondi tal-Unjoni Ewropea. Prijorita li ser tinagħat fis-sena ta’ ħidma li ġejja ħija l-‘fattur ta’ żmien’ li fil-proċess ta’ applikazzjoni, ippjanar u evalwazzjoni jista’ faċilment itellef jew irebbaħ allokazzjoni ta’ fondi. Is-Segretarjat beħsiebu jaħdem fil-qrib ta’ entitajiet governattivi u ta’ l-applikanti nfushom bil-ħsieb li jara kif inaqqas id-diffikultajiet li joriġinaw mill-fatt li fl-applikazzjoni u s-sottomissjoni għal fondi tal-Unjoni Ewropea irid isir fl-inqas żmien possibli. Dan ifisser li jekk xi ħadd jaqa’ lura mit-target dates li jkollu, Malta tkun qed titlef mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.

X’qed isir

  1. Il-Proġett Equal hu proġett ta’ l-Unjoni Ewropea, li hu maħsub li joffri opportunità ta’ taħriġ sabiex persuni li kienu bla impjieg jiftħu in-negozju tagħhom. Dan il-programm kien ikkoordinat mill-iSmall Enterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise. Il-parteċipazzjoni f’dan il-programm kienet miftuħa għal kull min xtaq japplika u kien bla impjieg.

  2. Għall-proġett Equal applikaw 139 persuna, li minnhom ġew magħżula 50. Kull min applika kellu jattendi sensiela ta’ laqgħat ta’ taħriġ, u minn dawk kollha li ġew magħżula kienu 28 li finalment temmew it-taħriġ kollu. Kull min temm it-taħriġ tiegħu kellu l-opportunità li jingħata għajnuna finanzjarja għall-ftuħ ta’ negozju. Sabiex jieħu dawn il-fondi, kull parteċipant kellu jissottometti business plan. 11-il persuna ssottomettew business plan u b’hekk ħadu għotjiet ta’ flus (grants). Fost dawn il-persuni kien hemm seba’ nisa u erba’ rġiel.

  3. Dawk kollha li ppreżentaw business plan bejniethom ser ikunu qegħdin igawdu minn Lm44,000 (€102,492). Dan ifisser li dawn il-11-il persuna ser ikunu qed jingħataw għotja li tvarja minn Lm2,000 (€4,659) – Lm6,000 (€13,976) kull wieħed. Il-proġett b’kollox sewa madwar Lm189,321 (€441,000), u kien ko-finanzjat bejn l-Unjoni Ewropea (75%) u l-Gvern Malti (25%).8

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin