Ħidma lejn tenders għal kull item minflokk bħala ‘turnkey’
Tkun mistħarrġa l-possibilta li fil-qasam tal-kostruzzjoni jkun hemm aktar tenders li jinħarġu speċifikament għal kull item minnflokk bħala proġett turn-key. Din il-proposta qed tkun mistħarrġa għaliex iżgħar ma jkunu t-tenders iktar jista’ jkollok parteċipazzjoni ta’ negozji żgħar.
X’qed isir
Qed issir konsultazzjoni ma’ entitajiet li joħorġu t-tenders.
Inizjattiva 77
Faċiliżazzjoni ta’ kreditu għal negozji żgħar
Tibqa’ tiġi segwita l-ħidma tal-banek kummerċjali fl-iżvilupp ta’ proċeduri li jwasslu għal aktar faċilitizzazzjoni ta’ kreditu għal negozji żgħar.
X’qed isir
Qed issir ħidma mal-BOV u l-HSBC u diġa hemm aktar effiċjenza f’dan il-proċess biss irrid isir iktar xogħol sabiex din l-effiċjenza tkompli tiżdied.
Inizjattiva 78
Finanzjament għal proġetti ta’ valur miżjud akbar
Aktar negozji jkunu ggwidati sabiex jaħsbu aktar f’ħidma li fiha aktar valur miżjud, għaliex il-finanzjament mill-banek isir iktar relatat ma’ proposti ta’ kummerċ li jħallu valur miżjud akbar.
X’qed isir
Qed issir iktar konsultazzjoni fuq din it-tema.
Din mistennija ukoll tiġi diskussa f’ konferenza dwar aċċess għall-finanzi li mistennija ssir fil-bidu tas-sena 2008.
Inizjattiva 79
Skema ‘Ixtri l-Post minn fejn Taħdem’
Tkun mistħarrġa l-possibilta ta’ kif jistgħu jiġu mgħejjuna negozji li ser ikunu qegħdin jixtru l-post tan-negozji fiż-żoni industrijali. Dan b’ħidma mal-banek u l-Malta Enterprise.
X’qed isir
Din il-proposta qiegħda f’fażi ta’ konsultazzjoni
Inizjattiva 80
Analizzat l-effett ta’ ċaqliq fil-prezzijiet fuq l-ispiża tan-negozju
Jibqa’ jiġi mistħarreġ l-effett taċ-ċaqliq fil-prezzijiet għall-konsumatur biex ikun mgħaruf aktar liema huma dawk is-setturi fejn qed jiġi irrappurtat li hemm ċaqliq tal-prezzijiet. Bl-istess mod issir analiżi ta’ x’hinuma l-ispejjż tan-negozji u minn fejn qed joriġinaw.
X’qed isir
Qed issir ħidma bejn il-GRTU u l-UĦM fejn qed jiġu analizzati r-rapporti tal-UĦM dwar l-ispejjeż tal-konsumatur.
Inizjattiva 81
Ħidma flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex tkompli tkun simplifikata l-Liġi tal-VAT
Issir koordinazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex tibqa’ tiġi analizzata l-liġi tal-VAT bil-ħsieb li din tkompli tiġi ssimplifikata fil-proċeduri tagħha u għalhekk issir anqas burokratika.
X’qed isir
Il-liġi tal-VAT tagħmel distinzjoni bejn negozji żgħar u dawk kbar fil-proċeduri tagħha li diġa huma ssimplifikati u anqas burokratici fil-konfront tan-negozji żgħar (eżempju dawn għandhom għażla jekk jidħlux fis-sistema tar-rifużjoni, denunzja tintbagħat darba fis-sena, etc). Iżda hemm obligazzjonijiet li dawn in-negozji għandhom d-dover li josservaw. Uħud minnhom huma obligatorji sabiex titrażżan l-evażjoni, fil-waqt li oħrajn huma obligatorji u joriġinaw mid-Direttiva tal-VAT ta' l-Unjoni Ewropeja. Wieħed irid iżomm f’moħħu li l-liġi tal-VAT hija armoniżżata mad-Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropea.
Inizjattiva 82
Rapportaġġ eħfef ta’ accounts
Tkun mistħarrġa il-possibilta li l-obbligazzjonijiet ta’ rapportaġġ simplifikat għal finijiet ta’ accounts jagħmilha faċli għal kumpaniji u negozji żgħar u persuni self-employed sabiex jiġu konformi mal-liġi u ma’ rikjesti tad-Dipartiment tal-Income Tax u VAT.
X’qed isir
Ir-rapportaġġ li huwa mitlub min-negozji żgħar li huma rreġistrati barra mis-sistema tar-rifużjoni huwa diġa simplifikat hafna meta mqabbel ma' dak ir-rappurtaġġ li huwa mistenni minn negozji oħra u huwa l-minimu neċessarju biex id-Dipartiment tal-VAT ikun jista’ jagħmel il-kontrolli meħtieġa.