Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə21/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22



Inizjattiva 83

Jinġiebu flimkien partijiet interessati għal aċċess tal-finanzi aħjar


L-aċċess għal finanzi aħjar għandu jkun l-objettiv ta’ konferenza li ssir sabiex ikun diskuss kif jista’ jkun żviluppat is-servizz bankarju lejn negozji żgħar.

X’qed isir

  1. Din il-konferenza ser issir fil bidu tas-sena li ġejja



Inizjattiva 84

Aċċess għal finanzi u proġetti tal-Unjoni Ewropea


Issir ħidma sabiex il-banek isiru miftuħa aktar għal negozji innovattivi u anke jgħinuhom jipparteċipaw fuq proġetti tal-UE.

X’qed isir

  1. Din il-proposta għadha f’fażi ta’ konsultazzjoni



Inizjattiva 85

Flimkien ma’ l-MACM u l-Ministeru għall-Ġustizzja ssir leġislazzjoni għal credit rating aħjar


Tkun mistħarrġa il-possibiltà flimkien mal-MACM, il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Finanzji rigward il-possibiltà li ikollna leġiżlazzjoni li tirregola credit rating.

X’qed isir

Il-Malta Association of Credit Management qed taħdem fuq livelli differenti:



  1. Edukazzjoni: L-MACM taħdem sabiex ikun hemm ambjent ekonomiku aħjar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti u t-tiġdid ta’ kreditu. Edukazzjoni tajba twassal sabiex tinbidel il-kultura. MACM torganizza numru ta’ seminars, workshops u konferenzi mmirati beix jedukaw l-komunità kummerċjali Maltija. Isiru wkoll lectures għal studenti tal-credit management. Dawn iwasslu għal Diploma u Certifikat fil-Credit Management.

  2. F’ħidma mal-Ministeru għal Gustizzja u l-Intern, l-MACM qed taħdem sabiex tippubblika ktieb li ser jispjega kif negozji ikunu jistgħu jużaw l-Qrati b’ mod effettiv biex jiġbru krediti dovuti lilhom. Dan il-ktieb jinkludi numru ta’ kapitli dwar kif tagħti jew testendi l-kreditu b’mod responsabbli u bi profitt. Isemmi wkoll issues pertinenti ma’ credit management u jagħti suġġerimenti validi għall-kredituri.

  3. Leġislazzjoni: Peress li issa n-negozji Maltin m’għadhomx joperaw biss fis-suq lokali imma f’suq Ewropew, irid ikun hemm leġislazzjoni bħal f’ta’ pajjiżi oħra. Fost dawn insibu:

  • Ċekkijiet mhux onorati – Din il-prattika qed taffettwa ħażin il-cash flow ta’ ħafna negozji. Minn kemm ilha mwaqqfa l-MACM qed tagħmel pressjoni sabiex issir Liġi dwar ċekkijiet mhux onorati. Il-pressjoni tal-MACM wasslet biex il-banek ikunu iktar stretti fil-proċeduri tagħhom u fl-2004 il-Malta Bankers Association (MBA) ħarġet Codiċi ta’ Prattika li tejjeb is-sitwazzjoni. Madankollu xorta waħda għadu jinħass il-bżonn ta’ liġi formali li tnaqqas ir-riskji li jġibu l-pagamenti permezz ta’ ċekkijiet.

  • Reġistratur tal-Kumpaniji – Huwa importanti li negozji jkollhom l-informazzjoni kollha sabiex jibbażaw kull deċiżjoni dwar kreditu. Ħafna kumpaniji ma jissottomettux l-accounts tagħhom kif stipulat mill-Att dwar il-kumpaniji u l-istess Att jagħti ċans li kumpaniji jissottomettu abridged accounts li ma jagħtux stampa ċara tal-istat tal-Kumpanija. L-MACM tissuġġerixxi li jingħataw multi meta ma jiġux sottomessi l-accounts u r-Reġistratur ikollu poter ixolji kumpanija li ma tissottomettix l-accounts għal 3 darbiet konsekuttivi. Ir-Reġistratur għandu wkoll ikollu poter li jiskwalifika diretturi li jkunu għamlu kummerċ frawdolent.

  • Credit Rating Regulation – L-MACM temmen li l-credit rating għandu jiġi regolat għall-benefiċċju ta’ dawk li jridu jinvestu fil-komunita kummercjali lokal kif ukoll għal dawk li jkunu mitluba jagħtu jew jestendu kreditu. L-MACM ppreżentat Kodiċi ta’ prattika lill-membri tagħha u lil Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.

  • L-Assoċjazzjoni ħadmet ukoll biex tinforma u tispjega lill-membri tagħha liġijiet u regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ credit management u għamlet lobbying ma’ l-awtoritajiet rispettivi dwar numru ta’ leġislazzjonijiet u miżuri regolatorji.

  1. Data Protection – l-MACM hija favur l-protezzjoni tad-Data u li data subjects ikunu protetti. Madankollu temmen li informazzjkoni dwar kreditu għandha tkun pubblika u għall-benefiċċju tal-kreditur u d-debitur sabiex ikun hemm self aktar responsabbli. B’dan il-mod ikun hemm qafas leġislattiv li jġib aktar koperazzjoni bejn il-banek u l-komunità kummerċjali u programmi ta’ edukazzjoni. Il-Gvern għandu joffri servizzi ta’ ppjanar finanzjarju għall-komunita kummerċjali. Il-Kunsill tal-Konsumaturi jista’ jiġi involut ukoll.



Inizjattiva 86

Niffaċilitaw it-tranzizzjoni lejn il-munita EWRO


Issir ħidma mal-NECC u l-Ministeru tal-Finanzi sabiex isiru laqgħat biex jiffaċilitaw it-transizzjoni aħjar għall-munita EWRO.

X’qed isir

  1. Il-bidla għall-Ewro kienet diskussa fil-laqgħat organizzati mis-Segretarjat flimkien mad-Diviżjoni għall-Kummerċ fil-Kunsilli Lokali.

  2. Uffiċjali mill-NECC kienu preżenti għal dawn il-laqgħat sabiex jispjegaw il-proċess u biex jisimgħu dwar xi problemi seta kien hemm.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin