Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə6/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22



Inizjattiva 11

Għajnuna finanzjarja u loġistika lil għaqdiet taż-żgħażagħ


Tingħata għajnuna finanzjarja u loġistika aktar iffukata lill-għaqdiet taż-żgħażagħ, bħalma huma SCOOPS, Young Enterprise, Start Up Malta, SIFE u AIESEC bil-ħsieb li dawn l-għaqdiet ikunu il-mezz li permezz tagħhom jitwassal il-messaġġ fost studenti żgħażagħ favur kultura imprenditorjali

X’qed isir

  1. Is-Segretarjat ħa diversi inizjattivi fejn ipparteċipa fi proġetti li jirrapreżentaw iż-żgħazagħ fil-qasam edukattiv, sabiex b’dan il-mod ikun jista’ jtaffilhom l-ispejjez involuti fil-proġetti tagħom. Is-Segretarjat irid ikompli jaħdem ma’ dawn l-entitajiet biex il-messaġġ favur kultura imprenditorjali jkompli jasal fost l-istudenti fil-qasam edukattiv.

  2. Fl-20 ta’ Novembru saret laqgħa ma’ l-għaqdiet ta’ l-istudenti dwar il-Valur tas-servizz biex tirbaħ fil-Kompetizzjoni.

  3. L-għaqdiet preżenti, li kienu AIESEC, SIFE UMT u Young Enterprise, qegħdin jaħdmu fil-qrib mas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed biex jiġu implimentati l-inizjattivi tal-Pjan ta’ Ħidma li jiġi ppubblikat kull sena u li permezz tiegħu jiġi mwettaq iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo stieden lir-rappreżentanti ta’ l-organizazzjonijiet biex jibgħatu s-suġġerimenti tagħhom fuq l-inizjattivi, biex b’hekk il-ħidma fis-settur ta’ l-edukazzjoni fl-imprenditorija tissaħħaħ.

  4. Karl Gouder, mill-Young Enterprise, spjega kif din is-sena l-Young Enterprise introduċew premju għal Corporate Social Responsibility (CSR), li huwa l-bażi tad-dokument dwar l-etika ppubblikat mis-Segretarjat Parlamentari, u qal li b’dan il-mod huma qegħdin jibdew jindirizzaw dan l-aspett ta’ l-imprenditorija.

  5. Carl Grech, mis-SIFE UMT qal li huma wkoll huma konxji ta’ l-importanza ta’ dan is-suġġett u l-proġetti li jsiru kollha jridu jittrattaw l-etika fin-negozju. 2



Inizjattiva 12

Konferenza nazzjonali dwar l-imprenditorija


Tkun organizzata konferenza nazzjonali bil-ħsieb li nġibu flimkien lil dawk kollha involuti fil-qasam edukativ, industrijali u kummerċjali li għandhom interess li jaraw li f’pajjiżna tkun żviluppata kultura imprenditorjali. Minn din il-Konferenza, li isservi bħala bażi ta’ konsultazzjoni, s-Segretarjat ikun jista’ jidentifika listrateġija fil-ħidma tiegħu b’risq l-iżvilupp tal-kultura imprenditorjali f’pajjiżna

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva diġa ġiet implimentata, fejn kienu mistiedna counsellors kif ukoll għalliema tal-business studies, iżda hija ix-xewqa tas-Segretarjat li fis-sitt xhur li ġejjien jerġa jkun hemm konferenza oħra fuq dan is-suġġett.



Inizjattiva 13

L-Istituti tal-MCAST żviluppati f’ċentri ta’ referenza għal adult training


Fl-MCAST għandha issir attività minn numru ta’ istituti bħala proġett pilota fejn sidien ta’ negozji fil-qasam rispettiv jiltaqgħu kemm ma’ eks-studenti preżenti u l-għalliema tagħħom sabiex ikun diskuss l-iżvilupp innovattiv, kif ukoll riċerka f’dak il-qasam industrijali partikolari. B’hekk f’kull istitut tal-MCAST maż-żmien ikun żviluppat f’ċenru ta’ referenza għal karriera imprenditorjali, kemm għall-istess studenti, kif ukoll għal eks-studenti fejn jistgħu jiltaqgħu u jiddiskutu l-aħħar innovazzjonijiet fil-qasam tal-ħidma tagħhom.

X’qed isir

  1. L-organizzazzjoni ta’ din l-inizjattiva għadha fil-proċess ta’ implimentazzjoni.



Inizjattiva 14

Taħriġ ta’ adulti għal setturi differenti fil-qasam tan-negozju


Il-Forum għal l-Imprenditorija għandu jara li jkunu organizzati laqgħat ta’ taħriġ ta’ adulti għal setturi diffferenti li diġa qegħdin fin-negozju.

X’qed isir

  1. Minn Jannar sa Frar huwa maħsub li jsiru laqgħat ta’ taħriġ għal adulti li jkunu ffukati fuq il-pubblikazzjoni maħruġa minn dan is-Segretarjat tad-dokument ta’ kodiċi ta’ l-etika.



Inizjattiva 15

Flimkien ma’ l-ETC ikunu organizzati korsijiet fl-imprenditorija


Is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self-Employed għandu jibda proċess ta’ konsultazzjoni miftuħa ma’ setturi differenti ta’ negozji u l-għaqdiet tagħhom, kif ukoll koordinazzjoni ma l-ETC sabiex tkun mistħarrġa il-possibilta li fil-ġejjieni qabel ma’ persuna tapplika għal liċenza ta’ negozju, tgħaddi minn fażi ta’ taħriġ jew turi li għandha abbilta bażika kemm fis-sengħa partikolari li ser tkun taħdem fiha kif ukoll fil-kultura imprenditorjali.

X’qed isir

  1. Flimkien ma’ l-ETC ġie organizzat seminar fuq il-mara fin-negozju u l-imprenditorija

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin