Isiru laqgħat ma’ ġenituri ta’ l-istudenti tal-primarja fejn fl-iskejjel rispetivi jkun introdott t-taħriġ fl-imprenditorija sabiex ġenituri jkunu mgħarrfa bil-vantaġġi ta’ l-iskema li ser igawdu minnha wliedhom, u hekk f’dan il-proċess ta’ diskussjoni jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni tal-ġenituri.
X’qed isir
Din l-inizjattiva għadha fi stat ta’ proċess bil-ħsieb li tiġi implimentata fix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu.
Inizjattiva 17
Taħriġ għall-membri tal-koperattivi flimkien mal-APEX
Is-Segretarjat, flimkien mal-APEX, ser jorganizzaw programm ta’ taħriġ għall-membri ta’ koperattivi kif ukoll għal dawk in-negozji li jixtiequ jiffurmaw koperattivi.
X’qed isir
L-APEX, filwaqt li qed tikkommemora is-sittin sena mit-twaqqif tal-Bord tal-Koperattivi, u l-għaxar snin mit-twaqqif tagħha, qed tikkordina din l-inizjattiva.
Inizjattiva 18
Skema Discover Enterprise flimkien ma’ l-iSmall Enterprise Directorate, Malta Enterprise
Ikunu mgħejjuna skejjel primarji, sekondarji u terzjarji u għaqdiet taż-żgħażagħ sabiex jagħmlu l-aħjar użu mill-iSkema ‘‘Discover Enterprise’’ li jippromwovi kultura imprenditorijali fost l-istudenti.
X’qed isir
Fis-sena 2006 gie mniedi programm ta’ għajnuna edukattiva bit-titlu ta’ Discover Enterprise. Dan il-programm kien primarjament immirat biex tiġi promossa l-kultura imprenditorjali fost l-istudenti ta’ l-iskejjel primarji, sekondarji, terzjarji u għaqdiet taż-żgħazagħ. Is-sena l-oħra sittax-il entità edukattiva ingħatgħu din l-assistenza/għajnuna finanzjarja. Din l-għajnuna tista’ tingħata kemm taħt forma finanzjarja kif ukoll taħt servizzi oħra. Uħud mill-għajnuna u opportunitajiet li qed jigu offruti lill-istituzzjonijiet edukattivi Maltin ivarjaw, bħal:
Servizzi edukattivi bħal attivitajiet imprenditorjali għal ġurnata;
Sponsorjar ta’ kotba u materjal relatat għal prize days;
Ħargiet edukattivi f’istituzzjonijiet bħal Kordin Business Incubator;
Materjal edukattiv li jippromwovi l-imprenditorija.
Sittax-il skola primarja u sekondarja bbenefikaw mill-Proġett tad-Discover Enterprise filwaqt li għadu għaddej il-proġett fl-MCAST u l-Università.
Inizjattiva 19
Entrepreneurship Week
Tkun organizzata ‘Entrepreneurship Week’ bħalma qed tiġi organizzata ‘Science Week’ fl-iskejjel, fl-MCAST u fl-Universita’. Ma’ din il-ħidma s-Segretarjat għandu jikkordina ħidma sabiex aktar sidien ta’ negozji ikunu imħajjra jżuru diversi esibizzjonijiet li juru proġetti innovattivi tal-istudenti. Din il-ħidma issir bil-ħsieb li tlaqqa’ aktar negozji mal-istudenti.
X’qed isir
Is-Segretarjat, flimkien ma’ Young Enterprise, SIFE UMT u AIESEC qiegħed jaħdem fuq l-organizazzjoni ta’ Entrepreneurship Week li għandha issir fi Frar/Marzu.
Inizjattiva 20
Students Entrepreneurship Office ġewwa l-Universita ta’ Malta
Insaħħu il-ħidma li qed issir ma’ l-AIESEC u mal-BOV sabiex ġewwa l-Universita l-uffiċċju tal-AIESEC ikompli jservi bħala l-ewwel punt ta’ riferenza ġewa l-Unvesita’ għal studenti Univeritarji li jridu assistenza u informazzjoni dwar ftuħ ta’ negozji ġodda (start-ups) u dwar l-operat ta’ entitajiet kummerċjali.
X’qed isir
Permezz tas-Segretarjat qed isiru laqgħat bejn il-BOV u l-AIESEC, anke biex l-AIESEC jirċievu għajnuna finanzjarja fil-proġetti edukattivi tagħhom.
Tkun ikkordinata ħidma mal-fakulta tal-FEMA sabiex jinstab metodu li jagħmilha possibli li rapporti fuq operat ta’ negozji żgħar ikunu jistgħu jiġu eżebiiti lil studenti ta’ klassijiet fi skejel tas-sekondarja f’ħin ta’ diskussjoni dwar il-ħila imprenditorjali ta’ negozji żgħar.
X’qed isir
Fix-xhur li ġejjin se jsiru diskussjonijiet mal-FEMA