Mal-ETC issir ħidma ta’ mentoring ikkoordinata bil-ħsieb li jkun hemm evalwazzjoni ta’ x’setturi ta’ negozji qed joħolqu impiegi ġodda u liema setturi tan-negozji ikunu qegħdin jitilfu mill-abiltà kompetittiva tagħhom. L-objettiv ta’ din il-ħidma huwa li jwassal sabiex persuni li ikunu qegħdin japplikaw għal-liċenza ġdida ta’ negozju f’dak il-qasam rispettiv ikunu mgħarrfa rigward l-istat kompetittiv ta’ dak is-settur partikolari.
X’qed isir
Permezz tal-ESF 47, l-ETC, flimkien mal-Malta Mentoring Society, organizzat taħriġ fil-mentoring.
Huwa maħsub li fil-ġejieni jsiru laqgħat mal-Malta Mentoring Society sabiex tiġi esplorata l-possibiltà li dawn ikunu jistgħu jagħtu taħriġ lil uffiċjali taċ-civil u nies li qegħdin f’attività kummerċjali
Ħidma sabiex inqarrbu lill-konsumaturi lejn lil-koperattivi billi ikun ippublikat direttorju u informazzjoni dwar iill-Koperativi.
X’qed isir
Hekk kif obbligat bil-liġi, il-Bord tal-Koperattivi baqa’ jiġbor u jżomm l-istatistika u l-informazzjoni neċessarja fuq il-koperattivi.
Il-Bord baqa’ jkun ta’ sostenn għal studenti Universitarji li għażlu li jagħmlu t-teżi tagħhom fuq il-koperattivi.
Sadanittant, l-Uffiċċju Ċentrali tal-Koperattivi ġabar l-informazzjoni kollha sabiex jiġi aġġornat id-direttorju dwar il-koperattivi.
Dan id-direttorju se jitpoġġa fuq il-website www.smemalta.com
Inizjattiva 29
Roħs fil-liċenzi tan-negozju
Is-Segretarjat jaċċerta transizzjoni effettiva u effiċjenti bejn is-sistema l-antika, li tistipola il-prezz tal-liċenzi tan-negozji, u dik ġdida kif imħabbar fil-Budget 2007. Dan ser iwassal għal roħs sostanzjali fil-liċenzi tan-negozji.
X’Qed isir
Din l-inizjattiva ġiet implimentata
Il-Gvern approva proċeduri ġodda li jirregolaw il-proċess tal-ħruġ tal-licenzi tan-negozju. Dawn il-proċeduri ġodda jissru roħs sostanzjali li minnu ħafna sidien ta’ ħwienet żgħar,kemm dawk li diġa huma miftuħin, kif ukoll dawk li għad iridu jiftħu, ser ikunu qegħdin igawdu minnhom. Dan it-tibdil prinċipalment qiegħed iwarrab għal kollox id-differenza bejn lokalità u toroq fl-istess lokalitajiet u joħloq sistema sempliċi bbażata fuq id-daqs tan-negozju. Dan ir-roħs fil-liċenza tan-negozju huwa eżempju ieħor ta’ tnaqqis ta’ spejjeż lis-sidien tal-ħwienet. Ir-reviżjonijiet ser isiru b’dan il-mod:
Daqs tal-ħanut (footprint) Ħlas annwali LM (€)
inqas minn 200m2 30 (69.88)
201 – 400 m2 60 (139.76)
410 – 800 m2 180 (419.29)
Iżjed minn 801 m2 5% tal-valur tal-kiri, bi ħlas minimu ta’ Lm500 (€1,165)
Fil-każ ta’ negozji f’Għawdex, ser ikun qiegħed japplika roħs addizzjonali ta’ 25% fuq il-ħlas annwali dovut skond il-footprint sabiex b’hekk in-negozju f’Għawdex ikun mgħejjun aktar u r-roħs li jgawdu negozji Għawdxin fl-industrija tat-turiżmu jkun issa qed jiġi estiż għan-negozji kollha f’Għawdex.
Il-Gvern seta jikkonkludi fuq dawn il-proposti wara li temm l-eżerċizzju ta’ tnaqqis ta’ burokrazija li wassal sabiex il-liċenzji tan-negozju issa qegħdin joħorġu fi żmien għaxart ijiem.3
D. Liġijiet u Regolamenti aħjar
Inizjattiva 30
Tnaqqis tal-burokrazija f’livell ta’ start-up, transfer of business u cancellations
Prijorita fil-ħidma kontra burokrazija żejda ser tkun iffukata lejn tlett stadji fil-ħajja tan-negozju li ħuma;
(iii) Cancellation of business licence - tmiem ta’ liċenza ta’ negozju.
Għalhekk, is-Segretarjat ser jara li jikkoordina ħidma ma’ l-entitajiet kollha kkonċernati li huma nvoluti fil-proċess ta’ ħruġ ta’ liċenzi tal-kummerċ sabiex tkun mistħarrġa il-possibiltà li f’dawn l-istadji ta’ applikazzjoni ikun hemm proċess issimplifikat minn kif inhu fil-preżent.
X’qed isir
Saru laqgħat bejn l-entitajiet kollha li joħorġu l-liċenzi u s-Segretarjat, meta ngħatat d-direzzjoni politika sabiex dawn l-entitajiet jiffaċilitaw l-proċeduri burokratiċi għal start-up, transfer u cancellation of business. Fil-ġimgħat li ġejjin għandha ssiru l-kontinwazzjoni tal-laqgħat ma’ l-entitajiet sabiex ikun irrapurtat x’deċizjonijiet ittieħdu dwar tnaqqis ta’ proċeduri dwar din l-inizjattiva.
Fir-rigward tal-koperattivi: Il-Bord tal-Koperattivi kompla jsaħħaħ il-website tiegħu sabiex issir akar faċli li wieħed jikseb l-informazzjoni li twasslu sabiex iwaqqaf Koperattiva f’Malta u Għawdex. Il-lum sar possibbli li wieħed jikseb din l-informazzjoni u l-formoli kollha fuq din il-website, u dan kollu jelimna ħafna skariġġar u jqassar il-ħin li qabel kien ittellef jew jiddemotiva sabiex titwaqqaf koperattiva.
Il-Bord tal-Koperattivi wasal wkoll fi stat avvanzat li jibda jippubblika r-rapporti finanzjarji abridged fuq il-Website tiegħu.
Fir-rigward ta’ Liċenzjar, l-Environmental Health Department pprepara sett ta’ kundizzjonijiet għal-liċenzjar ta’ beauty salons, hairdressers u nail technicians. L-iskop ta’ dan l-eżerċizzju hu li jiffaċilita l-ħruġ ta’ liċenzji u jipprovdi gwidi ċari għal min irid jidħol f’dan it-tip ta’ negozju.