Promozzjoni aħjar taċ-ċentri kummerċjali prinċipali
Issir ħidma b’koordinazzjoni ma’ Kunsilli Lokali ta’ ċentri kummerċjali sabiex bħalma qiegħed isir f’żoni industrijali hekk isir ukoll mas-sidien ta’ stabilimenti kummerċjali fl-ibliet u irħula tagħna bil-għan li kull belt u raħal jagħrfu l-opportunitajiet ta’ ħidma aktar ikkordinata b’risq l-attivita kummerċjali. Dan bil-għan li kull belt u raħal magħrufin aħjar għal attivitajiet kummerċjali ikunu reklamati aħjar mal-konsumaturi. Din il-ħidma għandha tkun magħrufa bħala Branding taċ-ċentri Kummerċjali.
X’qed isir
Ġie ppubblikat u ddistribwit fuljett informattiv, bit-titlu: Branding Malta & Gozo’s Commercial Centres
Din l-informazzjoni ġiet inkluża fuq www.smemalta.com
Twaħħlu l-ewwel sett ta’ 20 tabella, mifruxa f’diversi lokalitajiet, sabiex jippromwovu iċ-ċentri kummerċjali.
Siti li fihom ġa twaħħlu it-tabelli huma:
Mġarr (2)
Santa Venera/Ħamrun (2)
Gzira/Sliema (2)
Senglea/Cospicua/Vittoriosa (2)
San Pawl il-Baħar/Bugibba/Qawra (2)
Rabat/Mdina (2)
Żebbuġ/Marsalforn (1)
Munxar/Xlendi (1)
Mosta (2)
Naxxar (2)
Iklin/B’Kara (2)
Inizjattiva 42
Inforzata l-ġenwinita’ u l-kwalita’ ta’ prodotti artiġjanali
Ser issir kampanja edukattiva fost il-konsumaturi sabiex titrawwem aktar kuxxjenza lejn il-ġenwinita u l-kwalita tal-prodott artiġjanali lokali li huwa prodott tajjeb u magħmul b’sengħa. Prijorita ser tingħata għal prodotti ta’ għamara u xogħol ieħor fl-injam, prodotti ta’ xorb u ikel, xogħol fuq printing u xogħol ta’ manifattura fid-deheb u l-filugranu.
X’qed isir
Ġiet mwaqqfa Design Malta sabiex tkun tista’ tilħaq dan il-għan.
Inizjattiva 43
Formazzjoni ta’ koperattivi ġodda ġewwa ż-żoni industrijali
Isiru laqgħat ma’ sidien ta’ negozji li jaħdmu f’żoni industrijali bil-għan li jiġu mgħarrfa aktar bil-vantaġġi tal-parteċipazzjoni tagħhom f’koperattiva li huma stess jorganizzaw. Dan bil-possibilta li negozji ġewwa iż-żoni industrijali jisfruttaw aħjar swieq oħra f’pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.
X’qed isir
Din l-inizjattiva qiegħda f’ fażi ta’ diskussjoni biex jiġi stabilit l-aħjar mod ta’ kif din tista’ sseħħ
Inizjattiva 44
Toroq ġodda ġewwa ż-żoni industrijali
Toroq Ġodda b’Manutenzjoni: Jitkompla ix-xogħol kollu amministrattiv li fadallu jsir biex jiġu mibnija aktar toroq ġodda fil-periferijja taż-żoni industrjali fil-Mosta, l-iMrieħel, il-Ħandaq, u Ħaż-Żebbuġ. Jitkompla ix-xogħol għall-manutenzjoni u s-servizz ta’ l-indafa f’dawn iż-żoni industrijali
X’qed isir
Bħalissa għaddejjin taħdidiet ma’ entitajiet, Awtoritajiet, Dipartimenti Governattivi u Ministeri oħra, sabiex jitwettaq pjan ta’ azzjoni ta’ kif ser inkunu qed inkomplu intejbu l-infrastruttura ta’ toroq oħrajn ġodda, li bħalissa qed jiżviluppaw fil-periferijja taż-żona industrijali tal-Ħandaq. F’dan il-proċess hemm inkluża, fost l-ohrajn, Triq il-Handaq li ghalkemm hi triq ġa eżistenti, teħtieg re-contruction kompluta, bi spiza li tammonta għal ‘il fuq minn LM240,000 (€559,000).
Bħalissa għaddejjin ukoll taħdidiet sabiex jitwettaq pjan ta’ azzjoni ta’ kif ser tkun qed tikompli tittejjeb l-infrastruttura ta’ toroq oħrajn. F’dan il-proċess hemm inkluż Triq il-Mitjar ta’ Ta’ Qali, limiti ta’ Xkora, li trid tiġi kostruwita għall-ewwel darba bi spiża ta’ ‘il fuq minn LM62,000 (€144,500).
Twaħħlu aktar tabelli f’kull entratura taż-żona ta’ l-Imrieħel fejn tpoġġew listi ta’ toroq li wieħed jista’ jidħol għalihom, minn kull entratura, f’żona maqsuma f’erbgħa (A, B, C u D).
Bħalissa għaddejjin taħdidiet ma’ entitajiet, Awtoritajiet, Dipartimenti Governattivi u Ministeri oħra, sabiex jitwettaq pjan ta’ azzjoni ta’ kif ser inkunu qed inkomplu intejbu l-intrastruttura ta’ toroq oħrajn ġodda, li bħalissa qed jiżviluppaw fil-periferija taż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel. F’dan il-proċess hemm inklużi Triq l-Intornjaturi, Triq l-Imprendituri, parti minn Triq l-Għadam, parti minn Triq l-Għajn, parti minn Triq it-Tlieta ta’ Settembru, parti minn Triq il-Birerijja, u parti minn Triq l-Industrija.
Għaddejjin ukoll taħdidiet ma’ entitajiet sabiex jitwettaq pjan ta’ azzjoni ta’ kif ser tittejjeb l-intrastruttura ta’ toroq oħrajn ġodda, li bħalissa qed jiżviluppaw fil-periferijja taż-żona industrijali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Tlesta x-xogħol infrastrutturali fuq Triq Għar-Ram f’Ħaż-Żebbuġ.