Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə14/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   ...   22



Inizjattiva 50

Żvilupp tal-website www.smemalta.com


Website - www.smemalta.com: Titkompla tiġi aġġornata il-website www.smemalta.com, is-sit elettroniku li jrid ikompli jkun servizz ta’ marketing aħjar lill-istess sidien ta’ negozji li jaħdmu minn ġewwa żoni industrijali, kif ukoll għaldaqstant utli għal konsumaturi li jkunu jridu jagħżlu dawn iż-żoni industrijali bħala il-post minn fejn ikunu jistgħu jinqdew aħjar.

X’qed isir

  1. Din il-website ġiet mnedijja fl-20 ta’ Novembru 2007.

  2. www.smemalta.com huwa one-stop-shop portal bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar ‘who’s who’ tan-negozji żgħar fiż-żoni industrijali ta’ pajjiżna. Din hija website li se tkompli tevolvi maż-żmien u hija kontinwazzjoni tax-xogħol li diġà sar fiż-żoni industrijali msemmija, fejn kien hemm żvilupp infrastrutturali, u għalhekk titjib sostanzjali tal-loġistika minn fejn qegħdin jaħdmu ħafna negozji żgħar. Bl-iżvilupp ta’ din il-website, il-Gvern qiegħed, għall-ewwel darba, iwettaq eżerċizzju ta’ marketing favur dawn il-bosta sidien ta’ negozji żgħar, bil-ħsieb li jipprovdi l-aħjar informazzjoni possibbli kemm għal konsumaturi li jżuru ż-żoni industrijali, kif ukoll għal sidien ta’ negozji żgħar li joperaw minn dawn iż-żoni biex ikollhom l-aħjar informazzjoni possibbli dwar dak li jaffettwa s-settur kummerċjali.

  3. L-informazzjoni f’din il-website tiswa wkoll għal negozji oħrajn li jissupplixxu servizzi lil dawn in-negozji. Għalhekk, fiha nfisha, din il-website hija għodda li tgħin fil-komunikazzjoni anke ta’ business to business, u l-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Self Employed ser ikompli jsegwi l-iżvilupp ta’ dan l-esperiment permezz ta’ din il-website, sabiex dak li nitgħallmu minn dan l-eżerċizzju nkomplu ntejbuh maż-żmien. Bħala Gvern miftuħin għal kull suġġeriment f’dan il-kuntest u fil-ġejjieni ser inkunu qegħdin nevalwaw il-possibilità li din il-website tagħti lok għal numru ta’ websites oħrajn li jkunu qegħdin isostnu l-corporate image ta’ kull żona industrijali. Aħna ser inkunu qegħdin naħdmu flimkien mal-GRTU biex intejbu s-sit u nipprovdu l-aħjar servizzi. Permezz ta’ dan is-sit, konsumaturi li jixtiequ jkunu jafu fejn isibu negozju li jkollhom bżonn, bħal, eżempju, mastrudaxxa jew xogħol ta’ aluminium, jista’ jagħmel dan bl-aktar mod faċli billi jfittex fuq is-sit. Fis-sit hemm ukoll mapep taż-żoni, ritratti mill-ajru u ritratti oħra, kif ukoll direttorju komplut tan-negozji żgħar kollha li jinsabu fiż-żoni industrijali.

  4. It-tnedija ta’ dan is-sit elettroniku hi parti minn inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed biex ikun hemm branding aħjar ta’ negozji żgħar. Eżerċizzji oħra ta’ branding ta’ żoni industrijali inkludew propju l-pubblikazzjoni tad-direttorji, t-twaħħil ta’ tabelli biex il-konsumaturi jkollhom aċċess aħjar għal din iż-żona, u l-pubblikazzjoni regolari ta’ gazzetta li tagħti l-aħħar informazzjoni dwar iż-żoni industrijali.4



Inizjattiva 51

Jiġi aġġudikat il-kuntrattur tal-iżvilupp ġewwa Ta’ Qali


Ta’Qali: Wara li issa tlesta x-xogħol kollu fuq il-preparamenti tat-tenders, li għandhom x’jaqsmu mal-villaġġ il-ġdid ta’ l-artiġjanat f’Ta’Qali, imiss issa li ngħaddu għall-fażi ta’ l-għoti tal-kuntratt għall-bini. Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji |għar u s-Self Employed ser joffri sehmu fil-ħidma k-koordinata kemm mal-Malta Enterprise kif ukoll mal-Ministeru għat-Toroq u Investiment Urban fil-bini ta’ dan il-proġett.

X’qed isir

  1. Wasal fi tmiemu il-proċess ta’ preparazzjoni ta’ dokumentazzjoni bħala parti mit-tenders li għandhom jinħargu b’konnessjoni ma’ dan il-progett, u fil-fatt dan il-proċess tlesta u d-Dipartiment tal-Kuntratti rċieva d-dokumenti kollha neċessarji. Wara li ftit tal-ġimgħat ilu nħarġet is-sejħa għat-tender li jkopri l-binjiet ta’ dan il-villaġġ il-ġdid, issa jmiss li fil-ġranet li ġejjin toħroġ is-sejħa għal-bini tat-toroq tal-istess villaġġ.

  2. Progett ambizzjuż li ser jiswa lil Gvern xejn inqas minn LM 12,000,000 (€ 27,952,481) investiment li ser jiggarantixxi mal-400 impjieg.



Inizjattiva 52

Tisbiħ u manutenzjoni ġewwa ż-żona industriajli ta’ Ħ’Attard


Ħidma biex jitnaqqas l-impatt u kull inkonvenjent li ż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard jista’ jkollha fuq ir-residenti tal-madwar. Sadanitant ser nieħdu ħsieb nagħtu facelift liż-żona, b’kisi ta’ tarmak lit-toroq eżistenti, introduzzjoni ta’ sinjali tat-traffiku, kif ukoll twaħħil ta’ tabelli b’informazzjoni.

X’qed isir

  1. F’din iż-żona industrijali insibu mat 18-il negozju joperaw u li bejniethom iħaddmu mal-183 persuna.

  2. Twaħħlu 28 bozza ġdida bħala parti minn upgrading tas-sistema ta’ l-istreet lighting taż-żona industrijali.

  3. Bdiet tingħata attenzjoni speċjali lill-istat ta’ l-indafa taż-żona

  4. Twaħħlu żewġ tabelli kbar li jagħtu identifikazzjoni liż-żona industrijali. Twaħħlu wkoll tabelli oħrajn b’appelli biex tinżamm l-indafa kif ukoll bin-numru ta’ emrġenza 112.

  5. Beda ix-xogħol amministrattiv, u qed jiġu konklużi pjanti ta’ kif il-ħajt li jdawwar iż-żona industrijali jingħata dehra aħjar kemm għall-istess sidien li joperaw minn ġewwa din iż-żona, kif ukoll biex inaqqas l-inkonvenjent lir-residenti tal-madwar.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin