Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni


C. Mezz irħas u eħfef biex jgħin in-negozji jibdew jaħdmu



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə8/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   22


C. Mezz irħas u eħfef biex jgħin in-negozji jibdew jaħdmu




Inizjattiva 22

Sinerġija fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzi


Issir konsultazzjoni mal-Awtorità tat-Turiżmu, AWTORITÀ DWAR IT-TRASPORT u l-Awtorità tar-Riżorsi sabiex ikun mistħarreġ kif jista’ ikun hemm aktar sinerġija fil-proċess ta’ ħruġ tal-liċenzi kumerċjali li jinħarġu minn dawn l-entitajiet rispettivament. Permezz ta’ din il-konsultazzjoni għandu jkun mistħarreġ fejn għad hemm proċeduri burokratiċi li jistgħu jiġu ssimplifikati.

X’qed isir

  1. Saret laqgħa ta’ konsultazzjoni bejn is-Segretarju Parlamentari, l-Awtorità dwar it-Trasport, l-Awtorità tar-Riżorsi u l-Awtorità tat-Turiżmu fejn ġiet mogħtija l-proposta mis-Segretarju Parlamentari sabiex dawn l-Awtoritajiet jemendaw il-liġijiet rispettivi dwar il-ħruġ tal-liċenzi tagħhom sabiex jirregolarizzaw l-ħruġ tal-liċenzi tagħhom mat-Trading Licences Act u hekk ikollna proċess b’metodu wieħed, anki jekk fl-leġislazzjonijiet differenti taħt Awtoritajiet differenti. L-Awtoritajiet konċernati ħadu l-proposta u qegħdin jistħarrġuha.



Inizjattiva 23

Programmi flimkien ma’ l-ETC għal min irid jiftaħ in-negozju tiegħu


Tkun mistħarrġa il-possibiltà flimkien mal-ETC sabiex naraw kif jistgħu ikunu żviluppati programmi ta’ taħriġ għal aktar inovazzjoni għal min ikun irid jiftaħ in-negozju tiegħu.

X’qed isir

  1. Matul is sena 2007, 24 persuna ħadu sehem fil-Programm INT (Ibda n-Negozju Tiegħek) ta’ l-ETC u minnhom 7 ingħataw il-grant għax fetħu n-negozju tagħhom

  2. L-ETC tikkordina l-fondi ta’ żewġ skemi ta’ taħriġ: it-Training Subsidy Scheme u l-fondi tat-Taħriġ tal-Business Promotion Act.

  3. F’kollaborazzjoni bejn l-ETC, Diviżjoni għall-Kummerċ u d-Dipartiment tal-VAT saret laqgħa għal nies li qed jirreġistraw u jixtiequ jsiru jafu aktar dwar il-possibbilità li jiftħu negozju. Mat-80 persuna attendew din il-laqgħa, fejn uffiċjali tad-Diviżjoni għall-Kummerċ, VAT u ETC taw preżentazzjonijiet dwar is-servizzi tagħhom.



Inizjattiva 24

Proġett - Start Your Business Online


Tkun żviluppata il-website Start Your Business Online sabiex tassisti lin-negozji fil-proċess tal-ftuħ tannegozji b’informazzjoni, regolamentazzjoni u l-applikazzjonijiet kollha li n-negozji ikollhom bżonn minn fuq l-internet. Dan għandu jwassal sabiex negozji jkunu aktar magħrrfa dwar fejn l-applikazzjoni tagħhom waslet għal ftuħ tan-negozju tagħhom għand l-awtoritajiet relattivi.

X’qed isir

  1. Sar ix-xogħol preparatorju fuq is-sistema li issa ġiet żviluppata u bħalissa qed tiġi ttestjata mill-MITTS



Inizjattiva 25

Promossa kooperazzjoni bejn negozji ġewwa żoni industrijali


  1. Sabiex in-negozji f’pajjiżna jaslu li jnaqsu ċertu spejjeż amministrattivi, l-Gvern, permezz tas- Segretarjat għandu jara li jwassal l-messaġġ, speċjalment lil dawk li diġa qegħdin jaħdmu f’żoni industrijali, lejn il-ħtieġa ta’ għarfien ta’ kultura ta’ kooperazjoni fis-suq. Koperazzjoni bejn numru ta’ negozji ġirien tista’ twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi.

  2. Issir ħidma sabiex ikun spjegat aħjar il-kunċett ta’ koperattivi bħala mod ieħor ta’ kif isir in-negozju. l-ħsieb f’din il-ħidma hu li l-Gvern ifiehem kif il-ħolqien ta’ koperattiva bejn diversi negozji diġa eżistenti jista’’ jwasal biex ikun hemm cost cuttnig exerise f’ċertu spejjeż li jeħtieġu n-negozji biex jitmexxew fuq ivell individwali.

X’qed isir

    1. Huwa maħsub li fix-xhur li ġejjin issir ħidma ma’ l-APEX biex dan il-messaġġ jasal għand dawk li jaħdmu f’żoni industriajli biex jinħolqu aktar Koperattivi



Inizjattiva 26

Aktar nisa self-employed


Issir ħidma sabiex aktar nisa jkunu imħajra jifftħu negozji f’oqsma innovattiv filwaqt li permezz ta’ din il-ħdma aktar nisa jkunu konxji mill-iskema imħabbra mill-Gvern fil-Baġit 2007 fejn issa huwa possibli li mara taħdem ukoll mar-raġel tagħha fin-negozju tal-familja, fejn l-ispiża tal-paga u l-ħlas tan-national insurance ikunu aċċettati mid-dipartiment tat-taxxi interni bħala spiża tan-negozju.

X’Sar

  1. L-ETC kkordinat proġett taħt l-ESF 47 li jippromwuovi n-nisa imprendituri. F’dan il-programm, li ġie fi tmiemu f’ Diċembru 2007, ħadu sehem 20 parteċipant. Minn dawn 15 kienu bla impjieg jew mhux attivi.

  2. Il-proġett kien jinkludi taħriġ fl-imprenditorija, taħriġ fil-mentoring kif ukoll l-publikazzjoni ta’ manwal (li jinkludi DVD) għal imprendituri ġodda

  3. Is-Segretarjat qiegħed ikompli jwassal il-messaġġ sabiex l-iskema tal-Baġit 2007 tkun aktar magħrufa għax hija inizjattiva li tnaqqas l-ispiża tat-taxxa, din l-inizjattiva tagħti l-opportunità lill-mara biex hija wkoll tkun regolata bil-ħlas tan-National Insurance u hekk ma’ l-età tal-irtirar ikollha wkoll il-pensjoni.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin