Kamra tad-deputati



Yüklə 0,6 Mb.
səhifə5/6
tarix12.08.2018
ölçüsü0,6 Mb.
#70034
1   2   3   4   5   6

ONOR. JASON AZZOPARDI: Lil Lino Mintoff ili ma narah għomor, tlifna l-kuntatt.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Jiġifieri ma ħassejtx il-ħtieġa...
ONOR. JASON AZZOPARDI: Jekk m’iniex sejjer żball, Lino Mintoff jaħdem x’imkien fil-privat, tgħidlix fejn, imma I haven’t seen him for ages. Il-ħajja hi li hi, Onor. Farrugia Portelli, u mill-2013 tlift il-kuntatt. Lanqas tgħid joqgħod in-naħat tiegħi forsi kont narah.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Fix-xhieda tiegħek smajna li t-tort waqaf mal-public servant. Jiġifieri jista’ ikun li nies li kienu preżenti miegħek f’din il-laqgħa u allura nies viċin tiegħek – persuna li tkun fis-segretarjat ikollok fiduċja fiha – forsi kienu jafu u ma qalulekx? Jiġifieri ma ħassejtx il-ħtieġa li tara...
ONOR. JASON AZZOPARDI: Le, Onor. Farrugia Portelli, u se ngħidlek għalfejn qatt ma seta’ ikun jaf, però din il-ħaġa tista’ tiġi vverifikata indipendentement minni. Ma setax ikun jaf – u din ħarġet ċara mir-rapport tal-Awditur u dan ukoll huwa nuqqas kbir –....
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Li xiex?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Li kien hemm żewġ files. Meta kien jitla’ l-file għand il-Ministru jew għand is-Segretarju Parlamentari ma kienx jitla’ l-file li fih kien hemm il-proċedura tal-qorti. Dan ikkonfermah l-Awditur u inti qrajtu r-rapport. Jien hawnhekk qiegħed nitkellem dwar dak li naf jien, però jekk tippermettili, għal ftit sekondi nipprova nassumi – se nkun kawt ħafna għax wieħed irid dejjem jixhed fuq dak li jaf hu u li jiftakar hu, ma tistax tixhed għal ħaddieħor –... Jien naraha diffiċli ħafna, biex ma ngħidx impossibbli, li Lino Mintoff kien jaf, għax knowing him, li kien arkużin, kieku kien jaf kien jinfurmani żgur għax kellu reputazzjoni ta’ a stickler for detail. Però jekk għal ftit sekondi nipprova mmur lura f’dak iż-żmien tenendo conto r-Rapport tal-Awditur, ngħid li le, ma setax ikun jaf għax bħalma ma kontx naf jien u ma stajtx inkun naf jien għax il-file kien maqsum fi tnejn u għandi u għand Tonio Fenech kien jitla’ l-file mhux tal-qorti, apparti li l-file ma jkunx indirizzat lill-kap tas-segretrarjat imma jkun indirizzat lili jew lill-Ministru – rarament ikun hemm file indirizzat lill-kap tas-segretarjat u f’dan il-każ żgur ma kienx – u allura I find it very difficult to see how he could have ever known. Having said this, knowing him u kif konna naħdmu, ngħid illi kieku kien jaf, kien jinfurmani żgur. Onor. Farrugia, nerġa’ ngħidlek li jien ma kontx infurmat.
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Onor. Azzopardi, jien bqajt naħseb fuq Minuta 150 li għamilt aċċenn għaliha inti qabel fejn għedt li mkien fiha ma kien hemm riferenza għal Minuta 140.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Bartolo, jien m’għedtlekx hekk. Għalfejn qed iddawwar il-kliem?
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Jew jien attendejt għal laqgħa differenti, jew ma nafx!
ONOR. JASON AZZOPARDI: Sinċerament ngħidlek li għandek abilità ineċċepibbli, għax jien m’għedtx...
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: U ejja! Qed nuru diżrispett. Qed tgħajjar kollega!
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Farrugia Portelli, jien kont fuq dak is-siġġu and I never ever dreamt li nagħmel domanda lil xi ħadd, partikolarment Membru Parlamentari, li jkun qiegħed jixhed u nitfa’ f’ħalqu kliem li ma jkunx qal.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Imma għaliex qed tgħajru? Wieġbu, imma tgħajrux.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Farrugia Portelli, this is wrong. (Interruzzjonijiet) No, not you.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Jiena qed niġbidlek l-attenzjoni biex ma tgħajjarx kollega.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Farrugia Portelli, taf li nirrispettak.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Anke jien, Onor. Azzopardi, imma tgħajrux.
ONOR. JASON AZZOPARDI: M’iniex qed ngħajru; jekk qed ngħajru niskuża ruħi.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Se nipprova nkun referee bejnietkom għax għamiltha t-tielet darba. Mentally retarded jonqsok tgħidlu għax hekk kważi għedtlu.

ONOR. JASON AZZOPARDI: Le mhux hekk...
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Mela skuża ruħek.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Bartolo, inti ma tafnix. Jien ma nsibx diffikultà niskuża ruħi.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Trid titlob apoloġija għax too much.
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Ma nafekx, però...
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Ejjew nagħtu eżempju.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ma nsibx diffikultà niskuża ruħi u nagħmilha pubblikament. Onor. Bartolo, niskuża ruħi jekk jien inqast b’xi mod f’xi rispett lejk, però it’s not fair fuqi li tgħidli kliem li m’għedtx, ħabib tiegħi.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Wieġbu imma tgħajrux, dak li tlabt jien.
IĊ-CHAIRPERSON: Bħalissa mhu qed isegwina ħadd u ħadd mhu qed jifhem xejn.
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Onor. Azzopardi, l-ewwel għamilt riferenza għal Minuta 150 fejn għedt li ffirmajtha u ma qrajtx il-Minuta ta’ qabel għax ma kienx hemm riferenza għaliha f’dik il-Minuta.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Le, Onor. Bartolo. Ħu paċenzja bija u ppermettili nerġa’ nispjega forsi nkun iktar ċar. Jien għedt li f’Minuta 150 – and you have to agree with me on this għax il-Minuta hija ċara – Iman Schembri, li għamel il-Minuta lili, at no point ma qalli li jekk jien se napprova l-option tas-sale, il-Gvern kien se jdaħħal “tant” u l-Knisja kienet se ddaħħal “tant” ieħor. Jekk għandi tort, għidli li għandi tort.
ONOR. ROBERT ABELA: Ippermettili ftit. Inti qed tgħid li ma qalulekx x’kienu se jkunu l-konsegwenzi jekk tagħżel l-option tal-bejgħ. Oriġinarjament l-ewwel rakkmandazzjoni li kellek mid-dipartiment kienet li tmur għal option 2, jiġifieri taċ-ċens. Din ir-rakkmandazzjoni li tmur għal option 2 tawhielek fl-arja, jew tawhielek għax kienet iktar favorevoli għall-Gvern minn option 1? Id-dipartiment lilek għamillek rakkmandazzjoni speċifika u qallek biex tmur għal option 2 u mhux għal option 1, jiġifieri għal ċens u mhux għal bejgħ.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Correct.
ONOR. ROBERT ABELA: Allura inti m’għamiltx id-domanda għalfejn qallek biex tmur għal option 2 u mhux għal option 1?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Le, Onor. Abela.
ONOR. ROBERT ABELA: Għaliex?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Għax il-Minuta li għamilli s-Sur Iman Schembri kienet self-explanatory as far as I could see, u allura I could never have doubted.
ONOR. ROBERT ABELA: Qed taqbeż pass. Fil-Minuta oriġinali fejn qallek biex tmur għal option 2 u mhux għal option 1, ma staqsejtx għalfejn qallek hekk?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Le, Onor. Abela, għax as far as I could see, il-Minuta kienet ċara biżżejjed. I agreed with the option being recommended to me u warajja ffirma wkoll il-Ministru Fenech.
ONOR. ROBERT ABELA: Meta r-rakkmandazzjoni wara dak il-famuż meeting inbidlet u qalulek fuq option 1, ma staqsejtx almenu jekk kenitx se tinbidel xi ħaġa kontra l-interessi tal-Gvern jekk wieħed jimxi minn option 2 għal option 1 qabel iffirmajt?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Abela, ir-risposta hija le għax jiena kont nifhem...
ONOR. ROBERT ABELA: Ħażin.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Il-ministru jifhem li l-public servant konċernat huwa attent biżżejjed li jekk se jagħtih rakkmandazzjoni li biha se jkun hemm b’xi mod xi interess tal-Gvern mittiefes ħażin, jiġbidlu l-attenzjoni. Onor. Abela, this is a very important point.
ONOR. ROBERT ABELA: Il-public servant kien diġà għamilha għax qallek biex tmur għal option 2 mhux għal option 1. Kien wara l-meeting li sar miegħek li b’xi mod mortu għal option 1.
ONOR. JASON AZZOPARDI: U ma kien hemm xejn ħażin li tinbidel ir-rakkmandazzjoni min-naħa tad-dipartiment. Ma kenitx l-ewwel darba li saret.
ONOR. ROBERT ABELA: Ħażin, as in illegali, nikkonċedi li ma kienx hemm, imma jekk kienx hemm xi żvantaġġ għall-Gvern li minn option 2 tmorru għal option 1 staqsejt, jew le?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ir-risposta hija li ġaladarba l-public servant m’attiralix l-attenzjoni, jien ma fhimtx li kien hemm xi interess tal-Gvern li b’xi mod kien se jkun mittiefes negattivament.
ONOR. ROBERT ABELA: Imma staqsejt?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Qed ngħidlek le, u qed ngħidlek x’inhi r-raġuni.
ONOR. ROBERT ABELA: Almenu d-domanda bażika ta’ għalfejn tak option 2, imbagħad tak option 1 m’għamilthiex?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Negative.
ONOR. ROBERT ABELA: Negative, as in m’għamilthiex?
ONOR. JASON AZZOPARDI: M’għamilthiex għax la l-Minuta kienet ċara min-naħa tad-direttur ġenerali, ma kienx hemm...
ONOR. ROBERT ABELA: F’liema sens kienet ċara? L-ewwel Minuta fejn qallek biex tmur għal ċens ukoll kienet ċara.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Iva, u Minuta 150 kienet daqstant ieħor ċara.
ONOR. ROBERT ABELA: Wara l-meeting.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Hekk hu.

ONOR. ROBERT ABELA: Jiġifieri inti qed tgħid li s-Sur Iman Schembri ma qallekx il-konsegwenzi bejn li tmur għal option 2 u li tmur għal option 1.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ma qallix li bil-bejgħ, €525,000 neqsin ftit se jmorru għand il-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja u ma nafx kemm-il elf oħra se jmorru għand il-Gvern.
ONOR. ROBERT ABELA: Naqblu li meta ssuġġerilek li tmorru għal option 2, jiġifieri b’ċens, qallek li dik, lill-Gvern tagħtih the full amount?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Il-Minuta li kienet saret lili f’Novembru, 2011 kienet tgħid “Option 2 is being recommended”.
ONOR. ROBERT ABELA: Naqblu li kien qallek li option 2 tassiguralu the full amount lill-Gvern?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Nikkonferma l-kliem li hemm f’Minuta 140.
ONOR. ROBERT ABELA: U naqblu li dik l-istess dikjarazzjoni, jiġifieri li option 2 tassigura the full amount lill-Gvern, ma kitibhiex fir-rigward ta’ option 1?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Jien iffirmajt Minuta 140 skont rakkmandazzjoni...
ONOR. ROBERT ABELA: Mhux hekk staqsejtek. Naqblu li fil-każ ta’ option 1, l-indikazzjoni li dik l-option was going to give the full amount lill-Gvern, ma kitibhiex? Jiġifieri kitibha rigward option 2 u ma kitibhiex rigward option 1.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Nikkonferma.
ONOR. ALEX MUSCAT: Fir-rapport tiegħu, l-Awditur semma r-responsabilità politika. Onor. Azzopardi, fl-opinjoni tiegħek fuq dan il-każ, fejn ħareġ ċar li finalment il-Gvern ma daħħalx l-ammont ġust li kellu jdaħħal, min taħseb li għandu jġorr ir-responsabilità politika għal ħaġa bħal din?
ONOR. JASON AZZOPARDI: L-Awditur, fir-rapport tiegħu, jgħid ċar u tond li ma kien hemm l-ebda involviment jew pressjoni indebita politika. Dik hija l-verità sagrosanta. Fil-ħames snin li għamilt f’dik il-pożizzjoni – u nikkonferma anke għall-Ministru li kelli sakemm kont Segretarju Parlamentari – qatt ma eżerċitajt xi pressjoni indebita.
ONOR. ROBERT ABELA: L-Awditur ma qalx hekk. Ejjew inkunu fair lejn x’qal l-Awditur.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Abela, qed inwieġeb lill-Onor. Muscat.
ONOR. ROBERT ABELA: Imma trid tkun fair lejn x’qal l-Awditur.
ONOR. JASON AZZOPARDI: I stand to be corrected, imma dan huwa l-ewwel rapport li qrajt fl-aħħar snin fejn l-Awditur qal li l-politiku kien żgwidat. Semmuli rapport wieħed fl-aħħar seba’ snin fejn l-Awditur qal li l-politiku kien mislead. I stand to be corrected, imma ma jidhirlix li hemm.
ONOR. ROBERT ABELA: Qed tkun selettiv ħafna għax l-Awditur ma qalx li ma kienx hemm political pressure, imma qal ma kienx hemm direct evidence of political pressure, jiġifieri hemm differenza enormi. Ma qalx li ma kienx hemm political pressure, imma qal li ma kienx hemm evidenza diretta. Ma nippresumix li fil-file se jkollok evidenza li kien hemm political pressure!
ONOR. JASON AZZOPARDI: Però x-xhieda li xehdu quddiem dan il-Kumitat hekk qalu wkoll.
ONOR. ROBERT ABELA: Però l-Awditur Ġenerali qal ukoll li:
“...the NAO is of the opinion that value for money was not ascertained in this transaction. Responsibility for shortcomings relating to Government’s failure to ascertain value for money rests, to varying degrees, with the GPD officials involved, the architects engaged by the GPD and the Minister MFCC.”,
jiġifieri inti.
Mela allura hawnhekk l-Awditur Ġenerali qed jgħid b’mod ċar li l-fatt li l-Gvern ma ġabarx flus tajba tal-proprjetà tiegħu, fost l-oħrajn huwa tort tiegħek. Iva jew le?
ONOR. JASON AZZOPARDI: It-tweġiba tiegħi hija li jien ma nsib ebda diffikultà, anzi kburi li l-flus marru għand il-Knisja u ma marrux fil-but ta’ xi ħadd privat.
ONOR. ROBERT ABELA: Kburi biha din.
ONOR. ALEX MUSCAT: Allura fl-opinjoni tiegħek, li kieku kellek terġa’ tiddeċiedi fuq l-istess każ, kont tiddeċiedi bl-istess mod.
ONOR. ROBERT ABELA: Onor. Azzoaprdi, biex ngħaqqad mad-domanda tal-Onor. Muscat, għax l-Awditur Ġenerali – ħalli nkunu fair ukoll għax inti erġajt immiżinterpretajt x’qal l-Awditur Ġenerali – ma qalx li ma kienx hemm good value for money għax il-flus ma marrux għand il-Gvern imma marru għand il-Knisja, imma għax il-proprjetà telqet bi prezz ħafna inqas milli kienet tiswa. Xi tgħid dwar dik?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Għad-domanda li għamilli l-Onor. Muscat ngħid li jekk jien ikolli l-istess informazzjoni – li issa tirriżulta parzjali u skorretta – li kelli fil-każ in kwestjoni u li ġie ppruvat mill-Awditur li dak kien il-każ... Huwa ġustifikat li kull politiku, mhux jien għax jien ma jien ħadd speċjali, jekk jingħata informazzjoni skorretta jew parzjali ma jista’ qatt jiġi preżunt li jieħu deċiżjoni differenti. Aħna għandna prinċipju fil-ħajja, li naħseb huwa minn ewl id-dinja, li ħadd mhu preżunt li jaf l-impossibbli. I think it is grossly unfair and unrealistic li wieħed jippreżumi l-impossibbli minn xi ħadd, hu min hu, anke jekk hu politiku, sakemm dak l-iżball ma jkunx intenzjonat, ma jkunx malizzjuż, iżda frott ġenwinament l-informazzjoni li tirriżulta parzjali u skorretta li tkun ingħatatlu. Għax allura nneħħu kull kunċett mhux biss ta’ accountability, imma anke ta’ realiżmu. Il-politiku jwieġeb għal dak li jkun konsapevolment, konxjament, forsi malizzjożament għamel, iżda jekk ikun irriżulta li jkun ġie żgwidat, allura jkun in good faith. U allura altru li jien m’għandi ebda diffikultà ngħid li abbażi tal-informazzjoni li kelli ħadt id-deċiżjoni li ħadt. Having said this, m’għandi ebda diffikultà nirrimarka li l-flus marru għal skop tajjeb li huwa allura għall-istudenti u l-iskejjel tal-Knisja, li żgur huwa skop soċjali, għax il-Gvern, kull gvern, in any case jgħinhom, kull sena.
Onor. Abela, inti staqsejtni dwar il-quantum. Il-punt huwa jekk il-politiku għandux ikun mistenni jidħol fejn ma jesgħux. Il-politiku għandu jibqa’ at arm’s length, ‘il bogħod ħafna minn qualsiasi organu – hawnhekk qiegħed nitkellem dwar id-Dipartiment tal-Artijiet – fejn hemm valuations fin-nofs. Jekk politiku jkun konxju, jew tkun aċċessibbli għalih ċerta informazzjoni, he or she will be inviting trouble. Le, ma naħsibx li politiku għandu jkun privy għal din l-informazzjoni, u għalhekk hemm il-periti. Onor. Abela, xi ħaġa li tgħallimt fil-ħames snin li domt fil-kariga kienet l-avarija – u jekk m’iniex sejjer żball l-Awditur jirrimarka dwar dan fir-rapport – enormi li kien hemm bejn żewġ periti u tliet periti. Aħna l-avukati mgħallmin li ftit li xejn jista’ ikollok inċertezza fejn għandek id-depositive law, imma jien tgħallimt li fejn jidħol il-perit arkitett, id-differenza fejn tidħol il-valutazzjoni tal-proprjetà tkun enormi. U allura jekk għandek din id-differenza bejn żewġ stimi u hemm prassi ta’ 40 sena li mbagħad ikun hemm mod ekwu u ġust u trasparenti li jkun hemm min, bħal Salamun, jaqsam it-tarbija minn nofs, min jien jien...? Ikkritikani kemm trid, ma nsib ebda diffikultà li tibqa’ tikkritikani.
ONOR. ROBERT ABELA: Mhux jien qed nikkritikak, ikkritikak l-Awditur. Jien qed nifhem li inti m’intix qed taqbel mal-Awditur fejn qed jgħidlek li inti responsabbli li ma nġabx good value for money.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Yes.
ONOR. ROBERT ABELA: Qed nifhem li ma taqbilx miegħu.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Correct. Onor. Abela, jien ma nsib ebda diffikultà niġi kkritikat, però nippreferi nkun ikkritikat għaliex ma ndħaltx fejn ma jesanix, milli nkun ikkritikat għax indħalt fejn ma jesanix.
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Onor. Azzopardi, fuq dan il-punt nirriferik għal paġna 97 tar-Rapport tal-Awditur, fejn f’paragrafu 3.3.19 jgħid hekk:

The NAO did not find direct evidence of political pressure exerted in the process reviewed. Notwithstanding this, the involvement of the Minister MFCC and the Head of Secretariat MFCC in the latter stages of the process of disposal drew the Office’s attention. It was not possible for the NAO to precisely establish the developments that took place prior to the minute submitted by the DG GPD...”,



qiegħed jirriferi għal Minuta 150 li ħafna mill-mistoqsijiet illejla kienu proprju ffukati fuqha,
...wherein he advocated disposal through outright sale, when he had previously recommended that disposal was to be effected through perpetual emphyteusis. This Office’s limited understanding was conditioned by the absence of any documentation retained with respect to this key stage of the process.”,
jiġifieri hawnhekk anke l-Awditur Ġenerali qed jgħid li żgur hawn xi ħaġa nieqsa.
In the NAO’s opinion, the context of this change from perpetual emphyteusis to sale indicated an element of ministerial involvement, for it was after a meeting held with the Minister MFCC, Head of Secretariat MFCC and the Permanent Secretary MFCC that the DG GPD recommended disposal through outright sale.”.
Jiġifieri hawnhekk huwa ċar li l-Awditur qiegħed jikkritikak. Inti għedtilna li ma kkritikakx. Fil-verità fl-aħħar paragrafu...
ONOR. ALEX MUSCAT: Qallek li ma jaqbilx miegħu.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Le, m’għedtlekx ma kkritikanix, Onor. Bartolo.
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Anyway, ejjew naqblu li ma naqblux fuq din, imma hawnhekk l-Awditur qiegħed jgħid ċar li wara li sar dan il-meeting, li m’hemmx Minuti tiegħu, l-affarijiet inbidlu. Se nagħmel din il-mistoqsija u nieqaf hawnhekk għax onestament għajjieni dan il-każ. Kif tista’ inti tiġi quddiemna u tgħidilna li kieku terġa’ tagħmel dak kollu li għamilt?
IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Bartolo, m’iniex qed inwaqqfek, imma l-argument ta’ x’qal l-Awditur għamilnih ma nafx kemm-il darba, jekk se terġa’ tagħmel l-istess mistoqsija se jerġa’ iwieġbek bl-istess mod. Tista’ taqbel u tista’ ma taqbilx, imma jekk se nagħmlu sad-9:15 p.m...
ONOR. CLAYTON BARTOLO: Mela nagħlaq b’dan l-istatement, li għalija huwa damning ħafna, u nieqaf hawnhekk.
IĊ-CHAIRPERSON: Onor. Azzopardi, terġax tirrepeti l-istess ħaġa. Inti weġibt x’taħseb dwar jekk hemmx responsabilità politika u jekk kontx se terġa’ tagħmel l-istess ħaġa, u issa, jekk baqa’ xi ħadd qed jismagħna hemm barra, jagħmel il-ġudizzju hu, però ma nistgħux nibqgħu nirrepetu l-istess ħaġa ad nauseam, inkella... Għalija nistgħu ndumu kemm tridu. L-istatements li ridtu tagħmlu għamiltuhom...
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Aħna mistoqsijiet għamilna mhux statements. Mhux kompitu tagħna li nagħmlu statements.
IĊ-CHAIRPERSON: Imma hemm limitu għall-mistoqsijiet.
ONOR. ALEX MUSCAT: Sur President, xtaqt nagħmel mistoqsija. Onor. Azzopardi, mir-risposta li tajtni inti tħoss li m’hemmx responsabilità politika x’tinġarr. Fhimtek sew?
ONOR. ROBERT ABELA: Anzi, qed jgħid li hu kburi b’li għamel!
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ħalli nkun aktar ċar. Jien qed ngħid li r-responsabilità politika qdejtha għax imxejt doverożament, korrettement u skruplożament skont il-liġi, skont prassi ta’ 45 sena u skont rakkmandazzjonijiet li saru lili mill-uffiċjali pubbliċi. At no point whatsoever did I in any way kelli laqgħat jew kuntatt jew komunikazzjoni ma’ terzi li mhux suppost kelli, jew qlibt xi deċiżjoni ta’ xi uffiċjal pubbliku, jew eżerċitajt xi pressjoni indebita. Having said this, Onor. Muscat, jien nikkonferma li għandi l-kuxjenza nadifa li mxejt kif kelli nimxi abbażi tal-informazzjoni li ngħatatli, però I must admit li ħassejtni betrayed, meta mort għand l-Awditur sentejn ilu u sirt naf li kien hemm informazzjoni importanti ħafna li ma ġietx murija jew mogħtija lili. Yes, I felt betrayed.
ONOR. ALEX MUSCAT: Allura f’dak is-sens temmen li għandha tinġarr tip ta’ responsabilità oħra?
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Mr Chairman, qed tiddejjaq li se nibqgħu għaddejjin bil-mistoqsijiet għax qed narak tgħolli għajnejk ‘il fuq, tinnervja....
IĊ-CHAIRPERSON: Jien m’iniex qed niddejjaq, imma ili nisma’ l-istess risposta mingħand l-Onor. Azzopardi ad nauseam.
ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI: Kulħadd ilu ġurnata xogħol, imma aħna qegħdin hawnhekk biex nagħmlu...
ONOR. ALEX MUSCAT: Imma issa din mistoqsija differenti.
IĊ-CHAIRPERSON: Jekk għandek mistoqsijiet differenti nistgħu nagħmlu hawn sa nofs il-lejl, però ma noqogħdux nistaqsu l-istess mistoqsija. Onor. Azzopardi, tweġibx bl-istess mod għax li kellek tgħid, għedtu. Jekk tridu mmorru fi new pastures, nistgħu nagħmlu hawnhekk sa nofs il-lejl.
ONOR. ALEX MUSCAT: Onor. Azzopardi fuq responsabilità politika weġibtni, issa togħġobni u ma togħġobnix dik hija r-risposta tiegħek, però mill-ġist tar-risposta tiegħek qed nifhem li inti ħassejtek li bl-informazzjoni kollha li ġejt ippreżentat, ħadt l-aqwa deċiżjoni li stajt tieħu fiċ-ċirkostanzi.
ONOR. JASON AZZOPARDI: Iva.
ONOR. ALEX MUSCAT: Int ħassejtek betrayed meta sirt taf li kien hemm affarijiet li lilek ma ġibdulekx l-attenzjoni dwarhom.
ONOR. JASON AZZOPARDI: U li kellhom jgħiduli bihom.

ONOR. ALEX MUSCAT: Allura f’dak is-sens tħoss li hemm responsabilità x’tinġarr minn ħaddieħor?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Onor. Muscat, jien qiegħed hawnhekk nixhed għalija fuq dak li naf jien u fuq dak li għamilt jien. Poġġejt lili nnifsi għall-iskrutinju tagħkom. Dak li messu għamel ħaddieħor iwieġeb hu fil-kuxjenza tiegħu u fejn suppost. Naħseb li r-Rapport tal-Awditur fuq dawk l-istanzi huwa ċar ħafna u m’għandi għalfejn inżid xejn miegħu min-naħa tiegħi. Having said this, dejjem hemm room for improvement u waħda mill-ħolmiet, pjanijiet konkreti li kont bdejt u nixtieq ġenwinament, ‘il hinn mill-misħuta politika partiġġjana li ssir fid-dipartiment – u hawnhekk għandu raġun l-Awditur – hija biex ikun hemm better documentation kept safeguarded permezz ta’ sistema tajba ta’ informatika intelliġenti fejn il-files ma jogħsfrux u ma jintilfux. Jiena kont ixxukkjajt ruħi meta sirt naf li fil-Baviera kien hemm lift iddedikat, mhux għan-nies, iżda għall-files. Kif jaf kull min jaħdem mal-Land Department, every now and then jintilef jew jiġi misplaced xi file. Għalhekk jien kont bdejt il-proġett tal-Land and Estate Management Information System (LEMIS), u waħda mill-konsegwenzi ta’ dan il-proġett ta’ digitization ta’ kważi 25 miljun paġna li kellu jieħu madwar tmien snin, kienet tkun proprju, Onor. Muscat, li jiġu evitati każijiet fejn tintilef dokumentazzjoni u jkun hemm accountability u audit trail ħafna aħjar. Hawnhekk l-Awditur għandu raġun.
Yüklə 0,6 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin