Minn wara l-elezzjoni t'Ottubru 1996, tnax-il Ambaxxatur li offrew ir-riżenja tagħhom minn din il-kariga kellhom l-offerta tagħhom aċċettata. Seba' minn dawn kienu residenti barra minn Malta, filwaqt li l-oħrajn kienu residenti f'Malta. S'issa nħatru Ambaxxaturi sostituti ġodda, residenti barra minn Malta, f'Riyadh u f'Parigi. Sadanittant, peress li l-Ambaxxatur li qabel kien qed iservi f'Ruma intbagħat Bonn, u dak ta' Londra intbagħat fi Brussell, inħatru żewġ Ambaxxaturi sostituti f'Ruma u f'Londra minflokhom ukoll.
Inħatar ukoll Ambaxxatur mhux residenti barra minn Malta għall-Kunsill ta' l-Ewropa u għall-Olanda minflok Ambaxxatur li qabel kien jirrisjedi barra minn Malta, filwaqt li Ambaxxatur ieħor mhux residenti barra li kellu r-riżenja tiegħu mill-kariga aċċettata ġie sostnut ukoll. Ma' dawn it-tnejn, żdiedet il-ħatra ta' Ambaxxatur għal numru ta' organizzazzjonijiet fi ħdan il-Ġnus Magħquda għal wieħed mill-uffiċjali pubbliċi fil-Ministeru tiegħi.
Ħadd mis-seba' Ambaxxaturi appuntati riċentement ma kienu jżommu ħatra bħal din qabel.
Fil-preżent il-Ministeru tiegħi għadu qed jistudja l-aħħar offerti ta' riżenji mill-kariga ta' Ambaxxatur, li kien irċieva l-Prim Ministru, li għadhom ma ġewx deċiżi.
LOCAL COUNCILS CONTRACT UNIT - XOGĦLIJIET
W50. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir mill-Local Councils Contract Unit għal kull kunsill lokali u meta hu mistenni li jispiċċa u kemm hu l-ħlas relattiv?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru W.31 (seduta nru. 30)
KUNSILLI LOKALI - TOROQ
W51. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm għamel resurfacing ta' toroq kull kunsill lokali matul l-1996?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpallant li peress li l-informazzjoni trid tinġabar, nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.
GĦAWDXIN - TRASPORT BIL-VAPUR
W52. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet, indirizzi u ID numbers tal-persuni li waqt li jgħixu Malta kellhom pass tal-Gozo Channel biex jaqsmu għal Għawdex b'fare ridott biex iżuru l-qraba tagħhom?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Ma nħossx li hija etika li jingħataw d-dettalji li talab l-Onor. Interpellant. Jirriżulta, per eżempju, li ċerti persuni li kellhom pass biex jaqsmu għal Għawdex b'fare ridott kienu jagħmlu hekk biex ikunu jistgħu jaraw lir-raġel jew lill-mara tagħhom. Dan ifisser li koppji bħal dawn għal xi raġuni jew oħra qegħdin jgħixu separatament u mhux xieraq minħabba l-provedimenti ta' l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati li jingħataw dettalji li jirriflettu fuq il-kondotta jew il-karattru ta' persuni li ma għandhomx karigi uffiċjali jew pubbliċi.
KAĊĊA - LIĊENZJI
W53. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li l-Gvern idaħħal miż-żieda fil-liċenzji tal-kaċċa?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
PEMBROKE - KWALITA' TA' ILMA
W54. L-ONOR. JOHN VELLA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W18, jista' l-Ministru jgħid jekk kull bejgħ ta' apparat ta' Reverse Osmosis domestiku, li ilu jsir għal żmien twil, huwiex illegali għax imur kontra l-Att ta' l-1991 dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (Att Nru. XXIII ta' l-1991)?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Le, mhux kull bejgħ hu llegali: il-legalita' jew illegalita' tiddependi mill-eżistenza jew nuqqas ta' permess.
PROGRAMM WEEKEND
W55. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress illi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2920 dwar il-Preżentaturi ta' Weekend il-Prim Ministru irripeta li "m'għandu xejn x'iżid għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 824, 2075 u 2501", jista' allura l-Prim Ministru jikkonferma li l-preżentaturi tal-programm Weekend fuq PBS jitħallsu bejn Lm80 u Lm95 kull wieħed għal kull programm minn Jannar li għadda s'issa?
ONOR. ALFRED SANT: Nerġa' intenni minflok nirrepeti f'dak li għidt għall-mistoqsijiet preċedenti.
MLP - WEGĦDIET TA' QABEL L-ELEZZJONI
W56. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-MLP immexxi mill-Prim Ministru tal-lum kienet li jagħmel minn Malta Svizzera tal-Mediterran, u karatteristika ewlenija tas-sistema demokratiku ta' l-iSvizzera hija konsultazzjoni kontinwa permezz tar-Referendum, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li wara li ammetta li żbalja meta naqas li jikkonsulta l-fehma ta' l-Għawdxin dwar in-nollijiet u sostna wkoll li huwa kontra r-Referendum dwar id-divorzju u s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, allura din hija wegħda oħra li mhux qed titwettaq?
ONOR. ALFRED SANT: Kont nippretendi mill-Onor. Membru li jifhem kif l-għajta politika ta' "Malta Bħala Svizzera fil-Mediterran" (li ġabet warajha l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti fl-aħħar elezzjoni) dejjem kienet tfisser li rridu nagħmlu minn Malta stat Ewropew newtrali f'nofs il-Mediterran, pajjiż modern, miftuħ u ħabib tal-ġirien kollha tiegħu. Żgur li qatt ma fhimna li Malta għandha ġġib kull ħaġa li hemm l-Isvizzera f'Malta. M'hawnx post għall-alpi f'pajjiżna! Ċert li l-poplu Malti, bil-maqlub ta' l-Onor. Interpellant, fehem dan kollu bla ebda problema.
DJAR - TISWIJA TA' DJAR
W57. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar: B'riferenza għall-avviżi 2 u 3 li reġgħu ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Frar, 1997 (P. 1028), jista' l-Ministru jgħid liema bini/djar b'soqfa perikolużi se jiġu msewwija?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jinbidlu s-soqfa perikolużi f'dawn il-postijiet tal-Gvern:
Avviż 2:
38, Okella Agius, Qormi Road, Marsa
Block A, Ta' Giorni.
60/1, Independence Square, Valletta.
80/2, Merchants' Street, Valletta.
80/3, Merchants' Street, Valletta.
125/3, St. Paul's Street, Valletta.
125/4, St. Paul's Street, Valletta.
71, Gunlayer Street, Floriana.
Avviż 3:
13,.Windmill Street, Cospicua
5/2, St. Roque Street, Cospicua
No. 4, Block F, Ġuże' Damato Street, Paola.
Block 6, Flat 8, Garden Drive, Santa Luċija.
Door 8, Block 10, Sta. Luċija.
3, Block 8, Triq il-Miġja tal-Papa, Senglea
Flat 4, Door 11, Block 5B, Triq is-Sur, Senglea
No. 13, Block 4, Triq il-Vitorja, Senglea
"Philip", Fishermans's Dwellings, M'Xlokk
No. 13, Block 1, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Vittoriosa
DJAR - KUNTRATTI TA' POSTIJIET
W59. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ il-President's Order biex ikunu jistgħu jsiru l-kuntratti tal-postijiet li għadhom fuq konvenju minn sena ilu bħal dawk fiż-Żurireq Govt. Housing Estate (Nigret)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: L-Awtorita' tad-Djar diġa' ħadet passi mad-Dipartiment ta' l-Artijiet ħalli l-istess Dipartiment ta' l-Art jgħaddi t-titolu legali ta' l-artijiet in kwestjoni lill-Awtorita' tad-Djar ħalli jkunu jistgħu jiġu ffinalizzati l-kuntratti fuq dawn il-postijiet.
SERVIZZ PUBBLIKU - ASSISTENTI DIRETTURI
W67. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2832 , jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-vakanzi li ġew identifikati fil-grad ta' Assistent Direttur? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari li nħarġet lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeri kollha f'Lulju ta' l-1996 u li fiha ssemma l-grad ta' Assistent Direttur?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li sar aktar minn tentattiv wieħed biex jiġi stabbilit in-numru ta' vakanzi fil-grad ta' Assistent Direttur imma dan l-eżerċizzju għadu ma ġiex finalizzat.
Jien informat ukoll li, f'Lulju ta' l-1996, ma ħarġet l-ebda ċirkolari, la mill-OPM u lanqas mill-MPO, li fiha semma l-grad ta' Assistent Direttur.
KUMITAT OLIMPIKU MALTI
W80. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2523, jista' l-Ministru jgħid, issa li l-Estimi tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ġew approvati minn din il-Kamra, b'liema mod se jgħin lill-Kumitat Olimpiku Malti? Bil-Logħob ta' l-Islanda tliet xhur u nofs biss 'il bogħod, jista' l-Ministru jassigura li d-diskussjonijiet dwar il-quantum jiġu tradotti f'xi ħaġa konkreta mill-aktar fis?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Iva, nista' nassigura li d-dikussjonijiet dwar il-quantum ta' l-għajnuna finanzjarja ġew mwegħda mill-Gvern Laburista ġdid lill-Kumitat Olimpiku Malti u se jiġu tradotti f'xi ħaġa konkreta fil-jiem li ġejjin.
ŻVILUPP TAT-TALENT LOKALI
W81. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2760, minflok jagħmel affermazzjonijiet gratuwiti bħal li "il-Gvern preċedenti, bil-politika mħaddma minnu, kien ħafna drabi jenfasizza l-użu tal-barranin minflok talent lokali sempliċement għax dawn kienu barranin", jista' l-Ministru jgħid xi proġetti konkreti għandu l-Gvern ta' llum biex iħeġġeġ u jkattar l-iżvilupp tat-talent lokali? Jista' jgħid dan għal dak li għandu x'jaqsam ma' kull qasam ta' l-arti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Bħala persuna li kellha r-responsabbilta' ta' l-Arti fil-passat nispera li l-Onor. Interpellant jifhem illi l-promozzjoni tat-talent lokali għandu jkun proċess kontinwu.
L-Onor. Interpellant se jkollu biżżejjed okkażjonijiet biex jara dan il-konċett jiġi mpoġġi fil-prattika tax-xogħol li jsir fi ħdan dawn l-oqsma kemm mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali kif ukoll fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti.
KUMMISSJONI REGATTA - MEMBRI
W82. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2764 dwar il-membri tal-Kummissjoni Regatta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tal-ħatra tas-Sur Sammy Busuttil u tas-Sur Frans Dingli bħala membri kooptjati fil-Kummissjoni Regatta?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ma jinħassx il-bżonn li lill-membri kooptjati f'kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Festi Nazzjonali tinħarġilhom sura ta' ħatra u dan minħabba l-fatt li s-servizz ta' dawn il-persuni jkun intiż għall-avveniment speċifiku bħal ma hu f'dan il-każ. Minflok poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-uffiċjali u l-membri tal-Kummissjoni Regatta. L-ismijiet indikati b'asteriska huma l-membri kooptjati, l-oħrajn huma membri tal-Kumitat Festi Nazzjonali li taħtu taqa' l-organizzazzjoni ta' Regatta ta' Jum il-Ħelsien u r-Regatta ta' Jum il-Vitorja.
SPORT FOR ALL - BORD TAD-DIRETTURI
W83. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2767 dwar il-Bord tad-Diretturi tal-programm "Sport for All", jista' l-Ministru jgħid meta se titħabbar il-kompożizzjoni tal-Bord il-ġdid? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' korsijiet wieħed jistenna li l-Bord se jorganizza? Jista' wkoll il-Ministru jgħid x'ifisser għalih u għall-Gvern tiegħu l-programm "Sport for All"?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Meta jitwaqqaf il-Bord tad-Diretturi tal-programm Sport for All, din il-ħatra tiġi mħabbra pubblikament.
Il-Bord il-ġdid ikun jista' jikkonsidra x'tip ta' korsijiet għandhom jiġu organizzati. Naħseb li t-tifsira ta' Sport for All m'għandix tkun waħda ristrettiva iżda għandha tinftiehem kif proprju tindika l-fażi Sport for All.
FIERA TAL-KARRIERI
W84. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi l-Ministru fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2918 qal li "il-Fiera tal-Karrieri se ssir skond il-pjan", jista' l-Ministru jgħid xi pjan seta' kien hemm biex issir il-Fiera meta, fil-fatt, ġimgħa biss qabel, il-Ministru stess stqarr, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2524, li l-Ministeru tiegħu kien qed jikkonsidra jekk din is-sena għandhiex issir il-Careers Convention minħabba li f'Settembru 1996 kienet ittellgħet ukoll attivita' li kellha wkoll element vokazzjonali u edukattiv?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-kliem li qed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant "il-Fiera tal-Karrieri" se ssir skond il-pjan "jirriferi għall-mod kif din il-fiera tittella' kull sena, sena f'Malta u sena f'Għawdex. Għalhekk hu ttamat li tibqa' ssir skond il-pjan eżistenti jiġifieri sena f'Malta u sena f'Għawdex. Il-fiera ta' din is-sena 1997 se ssir f'Għawdex.
KUMITAT GĦALL-MILLENJU L-ĠDID
W85. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2833, dwar it-twaqqif tal-Kumitat għall-Millenju l-Ġdid, ġaladarba l-Ministru qal li s-Segretarju Parlamentari ta' taħtu għandu jkollu l-patroċinju ta' l-idea, jista' l-Ministru jgħid fejn fil-programm elettorali tal-Partit tiegħu, jissemma l-ħsieb, ix-xewqa jew il-pjan li l-Partit Laburista fil-Gvern iwaqqaf Kumitat bħal dan?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ma jidhirlix li biex jitwaqqaf xi kumitat, partikolarment tan-nutara li qed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant, hemm bżonn xi rabta ta' Manifest Elettorali.
MEWT TA' MATTIA PRETI
W86. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 2834 dwar iċ-ċelebrazzjoni tat-300 sena mill-mewt ta' Mattia Preti, jista' l-Ministru jgħid jekk issa huwiex f'qagħda li jagħti l-inforamzzjoni mitluba?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Jidher li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kienu saru xi kuntatti informali ma' diversi reġjuni Taljani - bħal Kalabrija, Napli w Ruma li huma b'mod partikolari interessati fil-kommemorazzjoni tat-tielet ċentinarju mill-mewt tal-pittur Mattia Preti, li miet f'pajjiżna fl-1 ta' Jannar ta' 1699. Dawn il-kuntatti, li kienu saru kemm mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kultura, qegħdin jitkomplew għalkemm għadu ma sar l-ebda ftehim konkret.
FURJANA - LIBRERIJA PUBBLIKA ĊENTRALI
W87. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi, kif jagħmlu wkoll ħafna mill-kollegi tiegħu, il-Ministru uża l-isem "Belissebħ" flok il-"Furjana" fit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2889, jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-isem kien tneħħa b'Avviż Legali xi snin ilu, u li allura anke l-uffiċċju tiegħu stess mhux sitwat f'Beltissebħ (li ma jeżistix) imma fil-Furjana?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li r-riferenza għal-Librerija Nazzjonali ta' Beltissebħ li dehret fid-domanda parlamentari numru 2889 trid taqra "Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana".
GĦAQDIET KULTURALI
W88. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li mit-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari numru 2888 dwar il-faċilita' li l-Gvern prċedenti kien se jagħti lill-għaqdiet kulturali li m'għandhomx sede proprja jidher li l-Ministru fittex l-informazzjoni f'post żbaljat, jista' l-Ministru jerġa' jivverifika l-qagħda dwar il-proġett u jagħti lil din il-Kamra l-informazzjoni ġusta?
ONOR. EVARIST BARTOLO: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2888.
ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI
W90. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Billi ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi hu ssussidjat minn fondi pubbliċi, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas talab iċ-Ċentru lill-Kumitat Organizzattiv tal-konkors "Sportivi tas-Sena" biex dan ikun jista' jagħmel użu miċ-Ċentru għas-serata finali tal-konkors?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
QRATI - GĦAJNUNA LEGALI
W93. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu l-avukati u l-prokuraturi legali appuntati biex jagħtu l-għajnuna legali u kemm każi ġew trattati minn kull wieħed minnhom matul l-1997?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond il-liġi ma hemm l-ebda dritt li għandu jitħallas l-ammont ta' Lm15 għal kull seduta u dan peress li hija diffiċli ħafna li jinsabu avukati ta' għajnuna legali mingħajr ħlas (għajr għall-out of pocket expences).
Ma tinżammx statisika dwar kawżi ttrattati.
QRATI - KAWŻI ĊIVILI
W94. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti kawżi ċivili xahar b'xahar mill-1 ta' Ġunju, 1996 maqsuma skond kull Qorti kompetenti?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:
Imhallef
|
Gun
|
Lul
|
Aw
|
Sett
|
Ott
|
Nov
|
Dic
|
On. Filletti
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
On. Manche
|
1
|
0
|
0
|
0
|
1
|
0
|
0
|
On. Depasquale (Fam Court)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
0
|
On. Depasquale
|
31
|
3
|
0
|
5
|
14
|
14
|
8
|
On. F. Camilleri
|
25
|
0
|
6
|
16
|
25
|
27
|
12
|
On Magri
|
27
|
1
|
0
|
18
|
19
|
12
|
8
|
On Arrigo
|
215
|
147
|
128
|
137
|
172
|
132
|
106
|
On Degaetano
|
19
|
24
|
16
|
22
|
20
|
20
|
22
|
On Valenzia
|
21
|
22
|
0
|
8
|
44
|
22
|
19
|
On Caruana Demajo
|
49
|
37
|
11
|
23
|
32
|
33
|
9
|
On. G. Camilleri
|
81
|
13
|
0
|
2
|
42
|
6
|
25
|
Mag. Scicluna
|
20
|
30
|
44
|
31
|
55
|
58
|
32
|
Mag. Farrugia Sacco
|
19
|
30
|
44
|
33
|
54
|
58
|
33
|
Mag. Mallia
|
19
|
31
|
43
|
33
|
54
|
58
|
33
|
Mag. Montebello
|
20
|
30
|
45
|
32
|
54
|
59
|
33
|
QRATI - ĠURIJIET PENDENTI
W95. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Riferibbilment għall-ġurijiet pendenti, jista' l-Ministru jgħid meta twettaq ir-reat allegat f'kull ġuri?
ONOR. CHARLES MANGION: Risposta tingħata f'seduta oħra wara li tkun inġabret l-informazzjoni.
QRATI - KAWŻI PENDENTI
W96. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kull imħallef u maġistrat kellu kawżi pendenti quddiemu fil-31 ta' Diċembru, 1996?
Dostları ilə paylaş: |