ONOR. CHARLES MANGION: Kawżi pendenti quddiem kull Imħallef u Maġistrat fil-31 ta' Diċembru, 1996:
Qorti Kriminali
|
90
|
Appelli Kriminali
|
393
|
Appelli Superjuri
|
1098
|
Appelli Inferjuri
|
105
|
|
Ċivili
|
Onor. J. Filetti
|
180
|
Onor. A. Manche'
|
753
|
Onor. F. Depasquale(Family Court)
|
316
|
Onor. F. Depasquale
|
574
|
Onor. F. G. Camilleri
|
681
|
Onor. A. J. Magri
|
1107
|
Onor. N. Arrigo
|
2294
|
Onor. V. De Gaetano
|
419
|
Onor. G. Valenzia
|
522
|
Onor. G. Caruana Demajo
|
683
|
Onor. G. Camilleri
|
753
|
|
Ċivili
|
Kriminali
|
Magt. M. Mallia
|
167
|
11
|
Magt. A. Mizzi
|
-
|
304
|
Magt. J. Padovani
|
146
|
379
|
Magt. S. Meli
|
-
|
212
|
Magt. Apap Bologna
|
-
|
2783
|
Magt. P. Vella
|
-
|
125
|
Magt. C. Peralta
|
-
|
3601
|
Magt. N. Cuschieri
|
-
|
517
|
Magt. D. Scicluna
|
243
|
236
|
Magt. D. Montebello
|
745
|
-
|
Magt. Farrugia Sacco
|
977
|
37
|
Magt. G. Grixti
|
-
|
1624
|
Magt. S. Demicoli
|
-
|
80
|
Magt. Micallef Trigona
|
-
|
1023
|
Magt. A. Lofaro
|
-
|
997
|
REĠISTRU PUBBLIKU - TRASFERIMENTI TA' PROPRJETA'
W97. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti t-totali kull sena mill-1987 sa l-1997 ta' atti dwar trasferimenti ta' proprjeta' reġistrati fir-Reġistru Pubbliku?
ONOR. CHARLES MANGION: It-total ta' kull sena mill-1987 sa l-1997 ta' atti dwar trasferimenti ta' proprjeta' reġistrati lir-Reġistru Pubbliku kienu dawn:
1987
|
7451
|
1988
|
13595
|
1989
|
11203
|
1990
|
12956
|
1991
|
13969
|
1992
|
13055
|
1993
|
10634
|
1994
|
11604
|
1995
|
12013
|
L-istatistika dwar is-sena 1996 ma tistax tingħata għalissa peress li għadha qed tinġabar u peress illi l-istatistika ssir kull sena, huwa ovvju illi dik tas-sena 1997 ma tistax tingħata.
QRATI - KAWŻI
W98. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi f'Jannar 1997 kategorizzati skond il-Qorti li tat id-deċiżjoni u kemm kien hemm kawżi pendenti f'kull Qorti fl-aħħar ta' Jannar 1997?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija din:
QORTI
|
DEĊIŻI
|
PENDENTI
|
Qorti Kriminali
|
2
|
90
|
Appelli Kriminali
|
14
|
407
|
Appelli Superjuri
|
53
|
1067
|
Appelli Inferjuri
|
12
|
104
|
Ċivili Prim'Awla
|
283
|
8318
|
Maġistrati Ċivili
|
160
|
1725
|
Maġistrati Krim.
|
970
|
11150
|
QRATI - MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA
W99. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu u x'allowances għandhom l-imħallfin u l-maġistrati?
ONOR. CHARLES MANGION: Skond l-avviż legali numru 31/96 il-ħlas tal-membri tal-Ġudikatura huwa hekk:
Prim Imħallef Lm10,722 fis-sena
Imħallfin oħra Lm 9,322 fis-sena
Maġistrati Lm 7,920 fis-sena
Ma' dawn l-ammont, wieħed irid jinkludi ż-żidiet imħallsa fl-aħħar budget kif ukoll Expenses Allowance ta' Lm1,100 fis-sena u allowance addizzjonali ekwivalenti għal 15% tas-salarju fis-sena.
GĦAWDEX - SIT TA' GĦAJN ABDUL
W103. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Mużewijiet għandux dokumentazzjoni depożitata fl-arkivju tiegħu dwar is-sit ta' Għajn Abdul f'Għawdex? Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Mużew ta' l-Arkeoloġija m'għandux dokumentazzjoni arkivjata fuq is-sit ta' Għajn Abdul, fejn fis-snin sittin nstabu bċejjeċ tal-fuħħar li jmorru lura għal madwar il-5000 q.K.
Sfortunatament, ma kienx possibbli li ssir dokumentazzjoni, minħabba li l-għar fejn instab dan il-fuħħar kien ġie meqrud għal kollox minn barriera tal-qawwi tal-post. Dawk il-biċċiet tal-fuħħar kienu nġabru waqt spezzjoni li kienu għamlu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, illum jinsabu konservati fil-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija.
ENEMALTA - KONSUM TA' L-ELETTRIKU
W104. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi l-bniedem, għalkemm ma jafx il-ġejjieni, dejjem irid jaħseb u jaħdem lejl u nhar, kemm fid-dawl u kemm fid-dlam, jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 3040 dejjem bejn it-truf li jistgħu jaqtgħulna dawl ħajjitna ħesrem?
ONOR. LEO BRINCAT: Huwa minnu li l-bniedem kif qal l-Onor. Membru, "irid jaħseb u jaħdem lejl u nhar, kemm fid-dawl u kemm dlam". Iżda, biex jaħseb m'għandux bżonn dawl, u wisq jimportah jekk hux għoli jew għadx jogħla. Wieħed mill-egħref kittieba Ingliżi kiteb żewġ opri magħrufa sewwa sew meta kien agħma.
Biex taħdem id-dawl hu bżonnjuż u qed nagħmlu minn kollox biex dan ma jonqosx u biex jitgawda minn kulħadd bla sagrifiċċju.
MOSTA: TRIQ IN-NAĦAL - PROPRJETARJI
W106. L-ONOR EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar minn huma l-proprjetarji ta' plots numri 8 u 9 fi Triq in-Naħal, il-Mosta. jew kif kienet magħrufa (N/S in Bridge Street)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Dawn iż-żewġ plots ma ġewx allokati mill-Awtorita' tad-Djar. Jidher li huma ta' sidien privati.
KUMITAT KONSULTATTIV DWAR L-ARKIVJI NAZZJONALI
W107. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li twaqqaf il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Arkivji Nazzjonali, jista' l-Ministru jafda f'idejn dan il-kumitat it-tifkira li jixraq li ssir tal-patrijotti Maltin li mietu bejn l-1798 u l-1800?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nilqa' s-suġġeriment ta' l-Onor. Membru u se ngħaddih lis-Segretarju tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Arkivji Nazzjonali biex jiġi diskuss fl-ewwel laqgħa tal-kumitat.
SAĦĦA NIES RESPONSABBLI MILL-ISTORES
W108. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2018, jista' l-Ministru jgħid permezz ta' liema sejħa għall-applikazzjoni kienu mpjegati s-Sinjur Josiah Grech, Frank Farrugia, Louis Briffa u Vincent Cauchi li huma responsabbli għall-Main Stores, għall-Provision Stores, għall-Engineering and Maintenance Stores u għall-Bio-Medical Stores rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhu s-salarju annwali gross ta' kull individwu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-Sur Josiah Grech ma kienx impjegat tal-Gvern. Is-servizzi tiegħu kienu qed jinxtraw bir-rata ta' Lm422 fix-xahar. Dan l-arranġament waqaf b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1997.
Il-grad u s-salarju annwali gross tat-tliet persuni l-oħra msemmija mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Frank Farrugia (I.D. 646544M)
|
Assistant Prinċipal
|
Lm4417
|
Louis Briffa (ID 30557 M)
|
Tradesman(Mechanical Fitter)
|
Lm3339
|
Vincent Cauchi (ID 662353M)
|
Assistant Principal
|
Lm4147
|
Iż-żewġ Assistant Principals, jiġifieri s-Sur Farrugia u s-Sur Cauchi, ilhom impjegati mal-Gvern mill-1962 u l-1976 rispettivament. Dawn kienu bdew bħala Clerks u għalhekk daħlu permezz tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet ta' dak iż-żmien.
Is-Sur Louis Briffa nħatar Mechanical Fitter wara li temm b'suċċess tliet snin kors ta' apprentistat fis-suġġett u ottjena l-Journeyman's Certificate kif jinħtieġ qabel ma tradesman jinħatar mis-Servizz Pubbliku. F'każi bħal dawn ma kenitx toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
BOVIS INTERNATIONAL
W110. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija BOVIS International għall-cost auditing li qegħda tagħmel fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid mill-Vot Kapitali -Building of a New Hospital ta' l-1996? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern ta' Malta u BOVIS International flimkien mat-terms of reference li permezz tiegħu minn fondi taħt il-Vot Kapitali tad-Diviżjoni tas-Saħħa qegħdin jitħallsu dawn BOVIS? Jista' l-Ministru jqiegħed kull korrispondenza li kienet stambjata bejn il-Ministeru tal-Finanzi, il-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi, il-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali u d-Diviżjoni tas-Saħħa f'dan ir-rigward?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob li l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija jsiru lill-Ministru kkonċernat.
Il-korrispondenza mitluba hija voluminuża, konfidenzjali u b'effetti kuntrattwali.
MDC - KORRISPONDENZA MA' BOVIS INTERNATIONAL
W111. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti inkluż il-korrispondenza kollha li kienet skambjata bejn il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u BOVIS International biex dawn iħejju rapport dwar Science u Business Park fuq art biswit l-Univerista'/Kalafrana kif ukoll biex iħejju rapport dwar upgrading u management ta' l-oqsma industrijali? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li tħejjew kif ukoll ittri skambjati dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt ta' BOVIS International f'Marzu ta' l-1996?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti, il-korrispondenza mitluba mill-Onorevoli Interpellant, bl-eċċezzjoni li żewġ rapporti bi statistika fuq kumpanniji individwali li hija koperta bid-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita' skond l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.
ATTARD - UFFIĊĊJU ĊENTRALI TAL-PTA
W112. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid b'liema sejħa pubblika inkriet il-villa f'Ħ'Attard li fiha hemm l-uffiċċju ċentrali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kirja li għaliha daħlet l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jien informat li ma kienet saret l-ebda sejħa pubblika mill-Bord ta' qabel, qabel inkera l-post eżistenti li minnu qed topera bħalissa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku f'Ħ'Attard, għalkemm membri ta' dak il-Bord kienu żaru diversi postijiet oħra qabel inkera l-post eżistenti.
Tajjeb li nsemmi li l-Awtorita' bħalissa qed tfittex b'urġenza akkomodazzjoni alternattiva peress li fuq il-post eżistenti ħareġ Avviż ta' Eviżjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li din irrifjutat applikazzjoni għal bidla fl-użu tal-post. Barra minn hekk, il-Bord il-ġdid mhux favur l-arranġamenti li kienu saru mill-Bord ta' qbael dwar il-kera u l-kondizzjonijiet.
Kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
PTA - ĊENTRU AMMINISTRATTIV
W113. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-1991 kien sar kuntratt bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex art maġemb l-iskola primarja ta' San Gwann tgħaddi għand l-awtorita' biex fuqha tibni ċentru amministrattiv? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li kellu jiswa dan il-bini? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'għadhiex interessata f'din l-art u għal-liema raġuni ttieħdet din id-deċiżjoni? Jista' l-Ministru għaldaqstant jgħid meta hu ppjanat li jsir kuntratt ta' rixendiment bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex l-art terġa' tmur lura għand il-Gvern Ċentrali? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux konxju li din l-art hi aktar meħtieġa għal skop edukattiv biex jingħata aktar nifs mill-iskola primarja ta' San Gwann? Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex dan il-kuntratt ta' rixendiment isir immedjatament?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jien informat li l-kuntratt li qed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant kien sar fid-9 ta' Jannar, 1991 dwar art li tinsab bejn il-ground tal-football, l-Iskola Primarja u Triq ir-Riħan. Erba' snin ilu kienu saru l-pjanti u d-disinnji għal dan iċ-ċentru, li kien stmat li se jiswa madwar Lm265,000. Dan l-aħħar saret reviżjoni u l-istima telgħet għal Lm307,000.
Għaddejjin trattattivi bejn iż-żewġ ministeri fuq is-suġġett.
FMSS - SPTAR ĠDID
W114. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Medici jew il-Project Management Office responsabbli mill-bini ta' l-Isptar il-ġdid qattx irrifjutaw li l-konsorzju IRB, jiġifieri l-Impresem ta' Sqallija, Rainbow Mix Co. Ltd u G and P Borg Contractors Ltd. li kienu responsabbli mix-xogħlijiet ta' skavar u tat-toroq li jwasslu għas-sit ta' l-isptar, jingħataw xogħol bħala sub-contractors ta' Skanska fuq il-bini ta' l-isptar? Jista' jikkonferma l-Ministru li l-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi kienet lesta li tippermetti li dawn jingħataw xogħol bħala sottokuntratturi basta jirtiraw il-kawża li kienu għamlu kontra l-Gvern minħabba danni finanzjarji li sofrew kaġun ta' disinji ħżiena u tmexxija batuta tal-proġett?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-kuntrattur Skanska J.V. qatt ma għamel talba biex il-konsorzju I.R.B. jingħata xogħol bħala sub-contractor fuq il-bini ta' l-isptar.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija ma jidhirlix li hemm dokumentazzjoni f'dan ir-rigward.
FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI - PROGRAMM ELDERHOSTEL
W115. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2336, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm Elderhostel li tmexxi l-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali? Jista' l-Ministru jgħid x'tonfoq il-Fondazzjoni fuq dan il-programm u wkoll xi dħul finanzjarju jkollha minnu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif isir il-marketing għal dan il-programm?
ONOR. EVARIST BARTOLO: l-programm Elderhostel huwa programm ta' lectures, field trips u site visits għal perjodu ta' ġimgħatejn intiż għal gruppi ta' Amerikani/Kanadiżi ta' 'l fuq minn ħamsin sena u li għandhom interessi akkademiċi. L-ewwel kors sar f'Jannar ta' din is-sena u matul din is-sena hu mistenni li jsiru disa' courses oħra.
L-ispejjeż kollha tal-programm huma koperti mill-ħlas li jsir mill-organizzazzjoni Elderhostel lill-International Office ta' l-Universita'. L-Elderhostel hi responsabbli għall-marketing ta' dan il-programm permezz tal-katalgu tagħha li joħroġ darbtejn fis-sena u li jitqassam f'diversi eluf ta' kopji mal-kontinent Amerikan.
FONDAZZJONI GĦALL-ISTUDJI INTERNAZZJONALI
W116. L-ONOR. CHIRS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid xi flus irċeviet il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fil-perjodu l-1 ta' Jannar, 1986 sa l-aħħar ta' Jannar ta' l-1997, xahar b'xahar, għall-perjodu msemmi minn entitajiet Maltin jew barranin inkluż ukoll għotjiet jew ħlasijiet li saru mill-Gvern Malti? Jista' l-Ministru jagħti rendikont xahar b'xahar kif intnefqu dawn il-kontribuzzjonijiet kollha xahar b'xahar għal kull sena msemmija? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien il-bilanċ tal-bank tal-Fondazzjoni għal kull xahar tal-perjodu msemmi? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dħul li minnu l-Fondazzjoni ġemmgħet il-flus?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Peress li l-mistoqsija tirrikjedi ħafna riċerka, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Sadanittant kopja ta' l-Audited Accounts mill-1987 sal-1995 tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
MIA - AIR TERMINAL
W117. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tal-bini ta' l-air terminal il-ġdid fil-Gudja li ġie inawgurat fi Frar ta' l-1992? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien il-valur totali tax-xogħol esegwit filwaqt li jgħid ukoll kemm mill-ammont globali mħallas lill-kumpannija NOVITA' kienu "extras and varIations" tal-proġett?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
QRATI - AKKUŻATI FUQ TRAFFIKAR TA' DROGA
W119. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx xi ħaġa biex persuna akkużata bit-traffikar ta' droga ma tingħatax pleġġ u b'hekk jitħallew jiġru mas-saqajn u lanqas ma jinżammu għal żmien tul jistennew fil-ħabs?
Mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet ta' l-akkużat, jista' l-Ministru jwaqqaf xi tribunal speċjali biex jitħaffef il-proċess ta' dawn hekk akkużati biex jew jitneħħa d-dell minn fuqhom jew biex jeħlu il-ħabs jekk ikun ħaqqhom?
ONOR. CHARLES MANGION: Nirriferi lill-Onor. Interpellant li diġa' saret emenda fis-sens illi persuni akkużati b'ċertu reat ta' droga ma jignħatawx il-benefiċċju tal-liberta' proviżorja sakemm jinstemgħu l-provi kollha tal-prosekuzzjoni basta dan isir sa 20 ġurnata. Wara 20 ġurnata il-kwestjoni tiġi fid-deskrizzjoni tal-Qorti.
WARRANT'S BOARD - WARRANT PERMANENTI NRU. 2638
W122. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema kriterji il-Warrant Permanenti Nru. 2638 inħareġ; u jgħid f'liema data ħareġ dan il-warrant permanenti u min kien dak inhar iċ-Chairman tal-Warrant's Board?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-warrant 2638 ħareġ fil-21 ta' Diċembru, 1988.
L-applikazzjoni ġiet proċessata mid-Deputat Direttur skond il-proċedura ta' dak iż-żmien peress li kien għadu ma twaqqafx it-Teachers' Warrants Board.
L-applikant ma kellux il-kwalifika għal warrant permanenti. Jidher li bi żvista ġie rrakkomandat u mogħti warrant permanenti flok wieħed temporanju.
Dostları ilə paylaş: |