MADAM SPEAKER: Dan l-Abbozz ta' Liġi huwa eżenti mill-pubblikazzjoni skond l-Ordni Permanenti Nru. 82 u bis-saħħa tal-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997, jistgħu jittieħdu l-istadji kollha fl-istess seduta.
Il-Ministru tal-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1997.
ONOR. LINO SPITERI: Sinjura President, nipproponi t-Tieni Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997).
MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?
ONOR. EDWIN S. GRECH: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1997" ikun moqri t-tieni darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni (1997) inqara t-Tieni Darba. L-ordni għall-Kumitat ġie moqri. FIL-KUMITAT L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.
THE CHAIRMAN: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 se ngħaddi biex inpoġġi l-mistoqsija fuq kull klawsola ta' dan l-Abbozz ta' Liġi mingħajr diskussjoni.
Klawsola 2 u l-Iskeda, klawsola 1 u t-Titolu għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi. Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta l-Abbozz ta' Liġi mgħoddi mingħajr emendi. MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi jekk jogħġbu jressaq it-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi.
ONOR. LINO SPITERI:Sinjura President, nipproponi t-Tielet Qari ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar l-Approprjazzjoni 1997.
MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?
ONOR. JOE MIZZI: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn erba' mija u tliet miljuni, disa' mija u sebgħa u ħamsin elf, mija u wieħed u ħamsin liri Maltin għas-servizz tas-sena finanzjarja 1997" ikun moqri t-Tielet Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Il-mozzjoni għaddiet u l-Abbozz ta' Liġi nqara t-Tielet Darba u għadda.
ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996
MOZZJONI BIEX IL-KAMRA TMUR F'KUMITAT TA' PROVVISTA GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA' L-ESTIMI SUPPLIMENTARI 1996
MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997, il-Kamra issa tgħaddi għall-Konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari għas-sena 1996 fl-istadji kollha. Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.
ONOR. LINO SPITERI: Sinjura President, għandi Messaġġ mingħand il-President ta' Malta.
MADAM SPEAKER: Se naqra l-Messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu l-President:
UGO MIFSUD BONNICI
PRESIDENT Il-President jirrakkomanda lill-Kamra tad-Deputati n-nefqa mill-Fond Konsolidat ta' somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin (Lm19,703,007) għas-servizz tas-sena finanzjarja 1996 kif dettaljata fl-Iskedi hawn mehmuża.
Il-President jirrakkomanda wkoll l-Abbozz ta' Approprjazzjoni meħtieġ.
21 ta' Frar 1997
ONOR. LINO SPITERI:Madam Speaker, nipproponi:
Illi l-Kamra tmur f'Kumitat ta' Provvista għall-konsiderazzjoni ta' l-Estimi Supplimentari 1996, kif dettaljata fl-Iskedi hawn mehmuża.
MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?
ONOR. CHARLES MANGION: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Il-mistoqsija hi l-mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru tal-Finanzi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
MADAM SPEAKER: Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997 din id-division tittieħed issa stess.
Għandi nifhem li għal din id-division hemm l-istess arranġamenti li kien hemm għad-division ta' qabel, jiġifieri li l-Onor. Mintoff ikun paired ma' l-Onor. John Vella.
VOTAZZJONI NRU. 22 FAVUR: 34 L-Onor.
Il-mozzjoni għaddiet. Kopja ta' l-Iskedi msemmija fil-Mozzjoni kienu tqassmu lill-Onor. Membri waqt is-Seduta Nru. 33 tad-19 ta' Frar, 1997. Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1987 il-Kamra għaddiet mingħajr diskussjoni l-istadji li kien baqa' dwar l-Estimi Supplimentari.
L-ordni għall-Kumitat ġie moqri. FIL-KUMITAT L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi.
ONOR. LINO SPITERI: Mr Chairman, nipproponi:
Illi somma ta' mhux iżjed minn dsatax-il miljun, seba' mija u tlett elef u seba' liri Maltin (Lm19,703,007) addebitata lill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Voti kif dettaljati fl-Iskedi annessi għas-sena finanzjarja 1996.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi r-Riżoluzzjoni kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Ir-Riżoluzzjoni għaddiet. Il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta li r-Riżoluzzjoni ġiet approvata mill-Kumitat ta' Provvista.