Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 0,68 Mb.
səhifə8/11
tarix03.01.2019
ölçüsü0,68 Mb.
#88945
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11

ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li l-ħlas lill-Assistenti Kummissjonarji li ħadmu fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali sar.

XOGĦOL - KUNTRATTI TA' XOGĦOL

3242. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa mid-Dipartiment tax-Xogħol biex jiġi limitat l-użu ta' kuntratti ta' xogħol għal żmien definit?
ONOR. EDWIN GRECH: Il-kuntratt tax-xogħol għal żmien definit huwa regolat bl-Artiklu 30 ta' l-Att li jirregola l-Kundizzjonijiet tal-Impieg u bl-Artikoli oħrajn ta' l-istess Att, fosthom l-Artiklu 34 (11) u l-Artiklu 34 (12).
Ma sar xejn dawn l-aħħar għaxar snin mid-Dipartiment tax-Xogħol biex jillimita dan it-tip ta' kuntratt li huwa approvat mill-Liġi. Madankollu, id-Dipartiment jistħarreġ kull ilment li jirċievi minn ħaddiema li għandhom dan it-tip ta' kuntratt ta' xogħol, u fejn jinstab li hemm ksur tal-Liġi, jittieħdu l-passi neċessarji.
Bħalma kien imwiegħed mill-Partit Laburista mill-oppożizzjoni fil-fuljett 'Inizjattiva għall-Viżjoni ta' Malta Moderna', paġna 8; numru 37, fejn inkiteb li 'L-użu tal-kuntratti ta' xogħol għal żmien definit ikun limitat għal ċerti tipi ta' xogħol biss u fejn kuntratti definiti jibqgħu jiġġeddu, jibdew jitqiesu bħala kuntratti indefiniti', illum il-Gvern Laburista għadu kommess li jirranġa din il-parti tal-Liġi.


SKEJJEL - B'KARA - KINDERGARTEN

3248. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Minħabba li B'Kara hi territorju estiż ħafna u allura hemm distanzi relattivament kbar mill-periferiji għall-iskola prinċipali ta' Triq Brared, jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jitwaqqfu ċentri ta' kindergartens fil-periferiji, per eżempju, n-naħa tal-Knisja l-Qadima u n-naħa ta' B'Kara Bypass biex tiffaċilita l-aċċess tal-ġenituri b'dawn it-tfal żgħar?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Għalissa m'hemmx ħsieb li jinfetħu ċentri ta' Kindergarten fin-naħat f'Birkirkara li semma l-Onor. Interpellant.

SKEJJEL - B'KARA - TRASPORT LILL-ISTUDENTI

3249. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal minn B'Kara li huma provduti bi trasport għall-iskejjel primarji ta' B'Kara minħabba li joqogħdu 'l bogħod ħafna? Minn liema toroq jiġu dawn it-tfal? Kien hemm talbiet minn ġenituri għal trasport u ma ġiex milqugħ? Kemm kienu dawn it-talbiet?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Dawn it-tfal minn B'Kara huma provduti bit-trasport:
School 'A' 95

School 'B' 137

Total 232
Huma joqgħodu f'dawn it-toroq:
Sqaq il-qattus, Olaf Gollcher, l-Aħwa Hyzler, Borg, il-Vittmi tal-gwerra, Virginio Monti, iż-Żernieq, Mro Camillerei, Ġ Camilleri, G Vella, Għargħur, Laqxija, il-Wegħdiet, Għar il-Ġobon, Karm Sammut, Mamo, Victory, sqaq il-Vitorja, Tumas Fenech, Nazju Falzon, Dun Karm, Ganu, Dom. Cachia, Ċensu Busuttil, Serracino Inglott, Naxxar, S. Sommier, Casolani, l-Aħwa Cannatici, Paris, Mules, Mannarino, Tumas Galea, is-Sienja, Pjazza Eroj, Mons. Ġius. Camilleri, il-Qalb Imqaddsa, Grech Delicata, Grazzija, St. Julians', St Mary, Calcidon Gatt, Mose' Gatt, Msida, Ġuże' Dimech Debono.
Qatt ma kien hemm talbiet mill-ġenituri għat-trasport u dawn ma ġewx milqugħa.

SKEJJEL - IKLIN - ĊENTRU TAL-KINDERGARTEN

3250. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett li kien hemm fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li jitwaqqaf ċentru tal-kindergarten fl-Iklin? Meta hu maħsub li jiftaħ dan iċ-ċentru? Xi spiża hemm ippjanata għal dan iċ-ċentru l-ġdid?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-proġett ta' ftuħ ta' Kindergarten fl-Iklin qed jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-Planning Authority Local Plans.
RABAT - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA

3267. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa/kampanja fl-inħawi ta':-
Tas-Salib - Buskett;

Landrijiet - Mtaħleb;

Bieb ir-Ruwa - Baħrija;

Għamiri - Lunzjata;

Raba' Memel - Wied ta' l-Isqof;

Tar-Rużarju - Kunċizzjoni;

Santa Katerina - Wied il-Qlejja;
kollha limiti tar-Rabat, Malta, u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l-iskop għall-1997?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l-elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.

B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.




MĠARR - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA

3268. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa fil-kampanja fl-inħawi ta':- Binġemma; Mġarr ta' Ġewwa; Lippija, Żebbiegħ; Tbatija; Is-Santi; lkoll limiti ta' l-Imġarr, Malta u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l-iksop għall-1997?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l-elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.

B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.



MARFA - PERMESSI GĦAL BINI TA' BOATHOUSES

3270. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga jekk ħarġux permessi ta' bini ta' boathouses fil-Marfa, fin-naħa fejn hemm il-moll il-qadim tal-vapur ta' Għawdex fuq in-naħa tar-Ramla Bay Hotel peress li reġgħu qegħdin jinbnew il-kmamar f'dawn l-inħawi? Jekk ma ħarġux permessi, jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li dawn ma jinbnewx u li dawk li qed jinbnew jitwaqqgħu?
ONOR. GEORGE VELLA: Ma nħareġ l-ebda permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' boathouses fil-Marfa, fin-naħa fejn hemm il-moll il-qadim tal-vapur ta' Għawdex u fuq in-naħa tar-Ramla Bay Hotel. F' din l-area speċifika ma ġie nnutat l-ebda bini ta' kmamar ġodda.
Pero', f' inħawi oħra ta' l-Armier, ittieħdu l-passi skond il-liġi kontra t-tlugħ ta' boathouses ġodda. L-Awtorita' hija mpenjata li tieħu azzjoni diretta fuq dawn il-każi.

NAĦAL - TROBBIJA

3271. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati li jrabbu naħal f'Malta? X'hemm ipproġettat għal dawn il-persuni sabiex dawn ikollhom safety measures aħjar minn dawk preżenti?

ONOR. NOEL FARRUGIA: F'Malta hemm 214-il-persuna reġistrata bħala bee keeper sa l-aħħar ta' Jannar 1997.

Rigward safety measures l-Onor. Interpellant huwa mitlub jispjega xi jrid jgħid eżatt, peress li kull min jiftaħ kaxxa naħal jaf li jrid ikollu lbies protettiv.




MELLIEĦA - TOROQ TAL-BDIEWA - TISWIJA

3272. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi ħsebijiet għandu għal tiswija ta' toroq tal-bdiewa/kampanja fl-inħawi ta':-
Belliet Selmun

Manikata naħa ta' l-Armier

L-Aħrax Marfa

Għerbulin

lkoll limiti tal-Mellieħa u x'vot hemm fil-Ministeru tiegħu għal dan l-iskop fl-1997?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Kif diġa' spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3259, il-Ministru ta' qabli, peress li kienet waslet l-elezzjoni nefaq flus bla ebda kontroll b'riżultat li hemm ħafna kontijiet pendenti li jridu jitħallsu mill-vot ta' din is-sena u s-sena d-dieħla.

B'danakollu qed isir sforz biex minkejja din is-sitwazzjoni kerha li ħalla warajħ il-Ministru ta' qabli, isir dak ix-xogħol meħtieġ fid-dawl ta' prijoritajiet oħra li hemm.




MELLIEĦA - BINI TA' BOATHOUSES

3273. L-ONOR. TONY ABELA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ħarġux xi kirjiet fil-limiti tal-Mellieħa ċioe' fil-kontrada tal-Marfa (ħdejn il-moll il-qadim tal-vapur ta' Għawdex) sabiex jinbnew boathouses? Jekk le, għaliex id-Dipartiment ta' l-Artijiet qed jippermetti persuni li japproprjaw ruħhom minn tali art u jibnu fuqha?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nikkonferma li d-dipartiment ta' l-Artijiet dan l-aħħar snin ma ħareġ l-ebda kirja biex jinbnew boathouses fl-area msemmija mill-Onor. Interpellant.
Il-Gvern flimkien ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar qed jara x'passi għandhom jittieħdu biex il-problema ta' dawn l-istrutturi li telgħu bla permess tiġi mtaffa.

PITKALIJA - BEJGĦ

3290. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru issa jgħid kemm kien il-valur ta' bejgħ mill-Pitkalija xahar b'xahar minn Novembru 1996 sa Jannar 1997 u kemm kien l-istess bejgħ fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti?
ONOR. NOEL FARRUGIA:




Jannar

Novembru

Diċembru




Lm

Lm

Lm

1991

444,237

364,481

393,755

1992

336,906

399,056

414,099

1993

328,288

401,277

367,736

1994

402,624

376,009

482,990

1995

479,989

472,613

384,713

1996

475,396

360,287

407,624

1997

415,230






Dawn il-figuri ma jinkludux il-Ko-Operattiva t'Għawdex.




ĦABS ĊIVILI - SEJBA TA' DROGA

3291. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga saret fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin meta, u kemm kien l-ammont misjub, mit-28.10.96 sal-lum?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li mit-28 ta' Ottubru 1996 sal-lum kien hemm erba' każi ta' sejba ta' drogi fil-ħabs ta' Kordin.
Id-dati ta' meta nstabet id-droga hu kif jidher hawn taħt.
18.11.1996
10.12.1996
16.01.1997
15.02.1997
Tagħrif dwar l-ammonti tad-droga jinstab fil-proċessi relattivi u jkunu jridu jiġu elevati għall-finijiet tat-tweġiba.


ĦABS ĊIVILI - ĦARBA

3292. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li riċentement saret ħarba, jew tentattiv ta' ħarba mill-Ħabs ta' Kordin, u li ġew sparati tiri ta' arma tan-nar f'dan l-inċident?
ONOR. ALFRED SANT: Ma nikkonferma xejn minn dan kollu.


TARZNA TA' MALTA - TISWIJA TA' VAPURI

3322. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet globalment il-parteċipazzjoni tal-Malta Drydocks f'ship repair expositions f'pajjiżi barranin, (1994, 1995, 1996)? F'liema pajjiżi saru dawn l-expositions? Kemm swiet kull parteċipazzjoni u kemm kien hemm persuni sabiex imwieġbu il-queries u min kienu dawn il-persuni?
ONOR. ALFRED SANT: Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

SAĦĦA - TOBBA

3323. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2544 u s-sejħa għal General Pracitioners, jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet sa l-ewwel sejħa u kemm wara li ġie estiż iż-żmien? Kemm minnhom ġew impjegati? Min huma t-tobba u x'etajiet għandhom?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab infurmat li minn mindu ħarġet is-sejħa għat-tobba biex jaħdmu part-time fid-dipartiment tal-Kura Primarja, id-dipartiment irċieva 32 applikazzjoni. Sa llum ġew kkuntrattjati biex jaħdmu 15-il tabib . Dawn huma:
Zammit Calcidon 77 sena

Zammit Stanley 58 sena

Ellul Joseph 66 sena

Vella Mary 41 sena

Patiniott Raphael 68 sena

Bonello Louis 60 sena

Wright Frances 41 sena

Micallef Stafrace Kirill 26 sena

Fiorini Aldo 37 sena

Stabile Henry 71 sena

Mallia Martin 35 sena

Mallia Susan 30 sena

Portelli Alexandra 30 sena

Scerri Josanne 30 sena

Baldacchino Andrew 37 sena
RESIDENZI TA' BARRANIN F'MALTA

3324. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jżomm l-istess kondizzjonijiet li kien hemm fl-Amministrazzjoni preċedenti għal residenti barranin li jagħżlu li jkollhom residenza permanenti f'Malta? Kemm kien l-ammont ta' persuni barranin li stabbilixxew ir-residenza permanenti tagħhom f'Malta matul is-snin 1988 sas-sena 1996 (sena b'sena)?
ONOR. ALFRED SANT: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.
Dwar it-tieni parti, l-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn

taħt :


SENA NUMRU TA PERSUNI*
1988 48

1989 53


1990 122

1991 146


1992 136

1993 189


1994 189

1995 290


1996 248
* Dan in-numru jinkludi n-nisa, t-tfal jew xi ġenitur/ġenituri tal-persuna li tkun applikat għall-permess ta residenza permanenti.


ZABBAR - TISWIJA TA' TOROQ

3334. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Peress li Triq il-Baħrija u Triq Papa Alessandru VII, Zabbar, issa saru toroq mimlija djar residenzjali, u dawn it-toroq qatt ma ngħataw tarmac, u ma' kull ħalba xita jimtlew b'għadajjar kbar, jista' l-Ministru jara li dawn it-toroq jingħataw l-attenzjoni xierqa?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment tat-Toroq għandu diversi toroq privati bħal dawn imsemmija mill-Onor. Interpellant għall-asfaltar. Dawn isiru skond il-prijoritajiet lid-Dipartiment tat-Toroq għandu f'dan ir-rigward. Sadanittant kull sid li għandu ftuħ fuq triq privata huwa obligat li jżommha fi stat tajjeb sakemm tiġi asfaltata.

ŻEJTUN - PROVVISTA TA' ILMA

3336. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3089, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma hemmx sistema ta' ilma fi Triq Ġdida off Gidwat Lane, Bajja ta' San Tumas, l/o Zejtun? Għaliex dawk ir-residenti qed idumu daqshekk mingħajr il-provvista ta' l-ilma? Meta hemm il-ħsieb li jkollhom dan is-servizz?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li ż-żewġ toroq qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet fejn irid isir estensjoni ta' mejnijiet ġodda. Dawn ix-xogħlijiet jitkomplew meta jiġi ċċarrat l-fond kapitali tal-Korporazzjoni u skond programm fuq skala ta' prijoritajiet.

GĦAQDIET FILANTROPIĊI

3337. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3090 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet filantropiċi li d-dipartiment għandu financial agreements magħhom? Kemm huwa l-ammont ta' għajnuna li dawn ħadu kull sena għas-snin 1994, 1995 u 1996? Hemm xi għaqdiet filantropiċi oħrajn li japplikaw għal din l-għajnuna finanzjarja u għadu ma sarx ftehim magħhom? Liema huma dawn l-għaqdiet?
ONOR. LINO SPITERI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.

VAT - REFUND LILL-BDIEWA

3343. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' refund fuq il-VAT li tħallas (jew dovut) lill-bdiewa fulltime fis-snin 1995 u 1996, sena b'sena, u kemm kien in-numru ta' bdiewa kull sena li rċevew jew għad iridu jirċievu l-istess refund?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess dettalji fir-rigward ta' sajjieda?
ONOR. LINO SPITERI: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.


DĦUL TAL-GVERN - QASAM TAL-BIEDJA

3344. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Gvern daħħal bħala taxxa mill-qasam tal-biedja (jiġifieri mingħand il-bdiewa fulltime kollha) fis-snin 1993, 1994 u 1995 sena b'sena?
ONOR. LINO SPITERI: Dan it-tagħrif qatt ma nġabar u mhux possibbli li jinġabar billi s-software tal-computer mhuwiex imfassal b'mod li jista' jagħti din l-informazzjoni.

SAĦĦA - SERVIZZ TAL-HOME HELP/CARE

3350. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqafx xi bord biex imexxi is-servizz tal-Home Help/Care u jekk fl-affermattiv kif inhu kompost dan il-bord?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ilu li nħass il-bżonn li jitwaqqaf bord biex jitħaddem aħjar is-servizz tal-Home Help. Il-pass li jitwaqqaf issa ttieħed u qed jagħmel evalwazzjoni tas-servizz biex isiru rakkomandazzjonijiet.
Dan il-bord huwa kompost hekk:
- Mr. Victor Scerri

- Mr.Antoine Pullicino

- Ms.Emma de Lucca

- Mr.Vincent Tonna




SPTAR SAN VINĊENZ DE PAULE

3351. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża attwali sena b'sena matul l-1994, 1995 u 1996 f'San Vinċenz de Paule: (a) f'pagi u salarji; u

(b) f'overtime?


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-ispiża, sena b' sena matul l-1994, 1995 u 1996, f'pagi u salarji u overtime, f' San Vincenz de Paule, kienet hekk:

1994 1995 1996


Pagi u Salarji 2,841,418 2,989,551 3,138,967

Overtime 192,451 319,755 521,366


DIPARTIMENT TA' L-ANZJANI - IMPJEGATI

3352. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-salarju u overtime li tħallsu lil kull impjegat mill-grad ta' Principal sal-grad ta' Clerk fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u fid-Dipartiment tal-Familja u Affarijiet Soċjali matul l-1994, 1995 u 1996 sena b'sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Qiegħed hawnhekk nagħti breakdown tas-salarju u overtime li thallsu lill-impjegati mill-grad ta'Principal (AO) sal-grad ta' Clerk fid-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u fid-Dipartiment tal-Familja u Affarijiet Soċjali matul l-1994,1995 u 1996.
DEPARTMENT OF ELDERLY & SPECIAL NEEDS
Grades Basic Allowances Overtime
1994 Principals Lm18,541 - Lm 782

Ass. Princ Lm21,464 - Lm 908

Exec. Off. Lm23,357 - Lm 248

Clerks Lm39,501 - Lm 147


1995 Principals Lm23,353 - Lm2,284

Ass. Princ. Lm20,803 - Lm 433

Exec. Off. Lm19,840 - Lm 495

Clerks Lm35,861 - Lm1,210


1996 Principals Lm21,878 Lm240 Lm 74

Ass.Princ Lm13,403 Lm113 Lm -

Exec. Off Lm21,641 Lm569 Lm 678

Clerks Lm47,861 Lm380 Lm3,000


DEPARTMENT OF SOCIAL & FAMILY AFFAIRS
Grades Basic Allowances Overtime
1994 Principals Lm6,634 Lm2,441 -

Ass. Princ Lm5,602 Lm 916 Lm 36

Exec. Off. Lm8,644 Lm 988 -

Clerks lm26,410 Lm2,998 Lm375


1995 Principals Lm9,788 - Lm 477

Ass. Princ Lm4,761 - Lm 492

Exec. Off Lm10,647 - Lm -

Clerks Lm20,772 - Lm2,226


1996 Principals Lm7,623 - Lm1,436

Ass. Princ - - -

Exec.Off Lm4,312 Lm232 -

Clerks Lm17,701 Lm247 Lm3,237



BORMLA - DAR TA' L-ANZJANI

3353. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat nhar is-7 ta' Frar 1997 bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali u l-Awtoritajiet tal-Knisja dwar id-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla u jgħid jekk kienx hemm xi varjazzjoni fuq l-abbozz oriġinali li kien miftiehem fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fil-fatt kien hemm numru ta' abbozzi ta' ftehim bejn l-Awtoritajiet tal-Knisja u d-Dipartiment għall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali dwar id-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla.
L-ewwel abbozz sar fl-14 ta' Frar, 1996 waqt li t-tieni abbozz sar fis-27 ta' Marzu, 1996. It-tielet abbozz sar fis-6 ta' Settembru, 1996. Ir-raba' abbozz sar fid-19 ta' Settembru, 1996. Qatt ma sar ftehim finali dwar l-ebda wieħed minn dawn l-abbozzi.
L-Att tal-Konvenju ġie ffirmat fis-7 ta' Frar, 1997, wara laqgħa li saret fejn ħadu sehem il-partijiet kollha flimkien. Kien hemm nuqqas ta' ftehim dwar punti legali fl-Att tal-Konvenju li kienet wasslet għal stalemate bejn l-avukat ta' l-Awtoritajiet tal-Knisja min-naħa waħda u l-Avukat Ġenerali u n-Nutar tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, stalemate li baqa' għal snin bla ma kien solvut.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ġie ffirmat nhar is-7 ta' Frar, 1997.

SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELP/CARE

3354. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid: (a) x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996? (Malta biss) (b) X'kien in-numru ta' CSAs li kienu qed jagħtu s-servizz fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996? (Malta biss) (c) X'kienet l-ispiża attwali ta' dan is-servizz matul l-1994, 1995 u 1996? (Malta biss)
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li jirċievu s-servizz ta' għajnuna fid-dar u n-numru ta' CSA's li kienu jagħtu dan is-servizz (għal Malta biss) matul l-1994, 1995 u 1996, kienu:
SENA BENEFIĊJARJI CSA'S
1994 2,259 392

1995 2,457 425

1996 2,569 443
L-ispiża attwali għas-servizz ta' għajnuna fid-dar matul l-1994, 1995 u 1996 kienet:
SENA SPIŻA
1994 669,438

1995 658,670

1996 712,802

SAĦĦA - SERVIZZ TA' HOME HELP/CARE

3355. L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid:- (a) x'kien in-numru totali ta' anzjani li kienu qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996? (Għawdex biss) (b) x'kien in-numru ta' CSAs li kienu qed jagħtu s-servizz fl-aħħar ta' kull sena fis-snin 1994, 1995 u 1996? (Għawdex biss) (c) x'kienet l-ispiża attwali ta' dan is-servizz matul l-1994, 1995 u 1996? (Għawdex biss)
ONOR. ALFRED SANT: In-numru totali ta'anzjani li kienu qed jircievu s-servizz ta' kura u ghajnuna fid-dar f'Ghawdex kienu hekk:

Dicembru 1994 - 773

Dicembru 1995 - 785

Dicembru 1996 - 790


In-numru ta' assistenti socjali kazwali li kienu qed jaghtu dan iz-servizz f'Ghawdex kien hekk:

Dicembru 1994 - 135

Dicembru 1995 - 136

Dicembru 1996 - 135


L-ispiza attwali ta' dan is-servizz f'Ghawdex kien hekk:

1994 - Lm 198,637.00*

1995 - Lm 198,370.00*

1996 - Lm 235,243.00*


1) * Dan it-total jinkludi l-hlas tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta Socjali li kien hekk:

1994 - Lm 42097.00

1995 - Lm 43997.00

1996 - Lm 46960.00


2) * Ir-rata tal-hlas tal-paga kien ta' Lm 1.20 is-sieġħa matul is-snin 1994, 1995 u ta'

Lm 1.50 is-sieġħa matul is-sena 1996.



MARSA SHIPBUILDING

3356. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2784 u 3044, peress li hemm aktar minn xhud wieħed li raw l-inċident li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija, jiġifieri li kien hemm tliet tankijiet taż-żebgħa bojod u seratizzi ta' l-injam li ħarġu meta nfetaħ il-kexxun nhar it-3 ta' Frar 1997 viċin is-silo tal-qamħ, jista' l-Prim Ministru jindaga mill-ġdid?
ONOR. ALFRED SANT: M'għandix aktar xi nżid ma dak li diġa għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3044.

PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP

3357. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli tal-Pulizija u surġenti ġewwa Għawdex illi: (i) tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum; u (ii) fuq liema kriterju ġew magħżula dawk il-membri fil-Korp tal-Pulizija milquta minn dawn it-transfers?
ONOR. ALFRED SANT: Mill-1 ta' Novembru 1996 sas-17 ta' Frar 1997 kien hemm ħames surġenti u disa' kuntistabbli ġewwa Għawdex li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom. It-transfers fil-Korp tal-Pulizija jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz u saru fuq l-istess kriterji użati qabel Novembru 1996.


ENEMALTA - 'PETROLEUM PRODUCTS

3358. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi emendata t-tender tal-Korporazzjoni Enemalta Transportation of Petroleum Products in Bulk by Road and Sea li kienet ippubblikata fit-28 ta' Ġunju, 1996 skond avviż numru T/P/10/96 u li għalih iż-żmien għall-offerti għalaq fil-31 ta' Lulju 1996?
ONOR. LEO BRINCAT: It-Tender li qed jirreferi għaliha l-Onor. membru diġa' ġiet aġġudikata u qiegħda fl-istadju li toħroġ il-Letter of Acceptance.

ENEMALTA - IMPJEGATI ON LOAN

3359. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega kif impjegati tal-Gvern u li qegħdin on loan mal-Korporazzjoni Enemalta li qed jaslu għall-pensjoni qed jingħataw informazzjoni li mhux se tingħatalhom is-somma dovuta lilhom jew li din se tkun drastikament inqas milli kienu qegħdin jistennew?
ONOR. LINO SPITERI: Mhux il-każ li l-impjegati fil-kategorija li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħdin jingħataw informazzjoni li mhix se tingħatalhom is-somma dovuta.
Iżda billi nqalgħu differenzi legali u amministrattivi dwar l-interpretazzjoni ta' l-Ordinanza tal-Pensjonijiet dwar l-ammont dovut lil dawn l-istess impjegati u oħrajn bħalhom, il-pensjoni u s-somma qegħdin jinħadmu ad interim fuq l-ammont li dwaru m'hemm l-ebda dubju li hu dovut.
Qed isir xogħol biex fi żmien qasir tinstab soluzzjoni għal din il-problema.

PULIZIJA - INKONVENJENT F'ĦAŻ-ŻABBAR

3360. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Peress li f'żewġ toroq ġo Ħaż-Żabbar qed ikun hemm inkonvenjent: (i) fi Triq iċ-Ċulqana kantuniera ma' Triq G Agius Muscat permezz ta' dgħajsa kbira fit-triq; u (ii) fi Triq G Agius Muscat permezz ta' kwantita' kbira ta' kaxxi bi fliexken vojta tal-minerali jimblokkaw il-bankina, u peress li minkejja li saru diversi rapporti s'issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni, jista' l-Prim Ministru jesiġi li jitneħħaw dawn l-inkonvenjenti?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet passi u l-inkovenjenti msemmija mill-Onor. Interpellant tneħħew.


UNJONI EWROPEA - PROGRAMM LEONARDO
3361. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux applikazzjonijiet s'issa da parti ta' Malta għall-parteċipazzjoni fil-programm Leonardo da Vinci ta' l-Unjoni Ewropea għal din is-sena, ġaladarba s-sejħa għall-applikazzjonijiet relattivi tagħlaq fl-1 ta' April 1997 (ara Ġurnal Uffiċjali Nru. C/381 tas-17 ta' Diċembru 1996) u jekk hemmx il-possibilita' li jsiru applikazzjonijiet jew iżjed applikazzjonijiet da parti ta' Malta sad-data ta' l-għeluq ta' din is-sejħa?
ONOR. EDWIN GRECH: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


PENSJONIJIET - PENSJONI TAS-SERVIZZI

3362. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2027 magħmula minni, peress li l-Ministru tal-Ħarsien Soċjali rrisponda li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra, u peress li sal-lum għadha ma ngħatatx risposta, jista' l-Ministru jagħtini risposta mitluba fil-mistoqsija fuq imsemmija?
ONOR. EDWIN GRECH: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3034 dwar l-istess suġġett li dwaru m'għandix xi nżid aktar f'dan l-istadju, ħlief li ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' ex impjegati tas-Servizzi Ingliżi li ser jibbenefikaw mill-miżura mħabbra fl-aħħar diskors tal-Budget hu ta' madwar 4,043 kif indikajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2608.

KONFERENZA EURO TRANSIT '96

3363. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3112 magħmula minni u għar-risposta tal-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi li l-ministeru tiegħu ma kienx involut fit-tħejjijiet tal-konferenza msemmija fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija, peress li jien staqsejtu sabiex jgħid jekk Malta ġietx mistiedna u jekk ġiet ħaditx sehem, f'din il-konferenza u mhux jekk Malta kenitx involuta fit-tħejjiet għaliha?
Jekk Malta ħadet sehem f'din il-konferenza, jista' l-Ministru jgħidilna x'kienet il-pożizzjoni li ħadet Malta fuq is-suġġetti diskussi fiha?
ONOR. LINO SPITERI: Naħseb li hemm nuqqas ta' ftehim. Jien għidt li dal-Ministeru ma kienx involut. Għalhekk l-Onor Sinjur għandu jifhem li mhux lili għandu jirreferi għad-dettalji li qed jitlob, jekk stess huma disponibbli.

KUNSILL TA' L-EWROPA

3364. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Kunsill ta' l-Ewropa addotta rakkomandazzjoni dwar Malta fl-14 ta' Jannar, 1997, dwar id-dritt tal-pulizija f'Malta li jkunu membri ta' trade union? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid eżatt x'kienet tgħid din ir-rakkomandazzjoni u x'beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti biex jottempora ruħu ma' din ir-rakkomandazzjoni?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-Kumitat ta' l-Esperti Indipendenti appuntat taħt l-Artiklu 25 tal-European Social Charter, wara li eżamina t-Tielet Rapport ta' Malta dwar l-applikazzjoni tal-provedimenti ta' dan ic-Charter, li ppreżenta l-Gvern Nazzjonalista fl-1994, adotta konklużjoni negattiva fil-konfront ta' Malta a tenur ta' l-Artiklu 5 Right to Organise u a tenur ta' l-Artiklu 6 paragrafu 2 promotion of machinery for voluntary negotiations għar-raġuni li uffiċċjali tal-pulizija huma obbligati li jingħaqdu fil-Malta Police Association u ma kienux intitolati li jidħlu f'Union oħra jew assoċjazzjoni simili.
Fil-laqgħa numru 581 tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li nżammet fil-15 ta' Jannar 1997, ġie rrikomandat lill-Gvern Malti biex jieħu konsiderazzjoni ta' din il-konklużjoni negattiva tal-Kumitat ta' Esperti u li fir-rapport li jmiss jagħti nformazzjoni dwar x'passi qed jittieħdu f'dan ir-rigward.
Fil-fatt il-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Ħarsien Soċjali flimkien ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali qed jistudja din il-konklużjoni u r-rakkomandazzjoni msemmija u jista' jagħti l-każ li tintalab second legal opinion lid-Direttorat ta' l-Affarijiet Legali tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

TAL-QROQQ - XOGĦLIJIET

3365. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta huma previsti li jitlestew ix-xogħlijiet fis-sistema tat-toroq f'Tal-Qroqq?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: It-toroq f'tal-Qroqq mistenni li jitlestew sa l-aħħar ta' Marzu 1997.
TOROQ - XOGĦLIJIET

3366. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet tat-toroq li hu beħsiebu jesegwixxi huwiex se jżomm l-ispecifications kif tħejjew mill-MSU?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol fit-toroq f'dawn l-aħħar snin dejjem sar skond l-ispecifications tad-Dipartiment tat-Toroq u dawn ser jibqgħu jintużaw sakemm ikun hemm il-ħtieġa li jsiru xi upgrades oħra.


RAĦAL ĠDID - TOROQ

3367. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet huma previsti għal junctions tat-toroq ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata u meta huma ppjanati li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ninsab nfurmat li diġa ntbagħtet applikazzjoni għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jiġu stallati traffic lights f'dan il-lokal. Dan huwa pass short term sakemm jiġu finalizzati u approvati pjanijiet oħra għal bini ta' multilevel intersection f'dan il-lokal.


TAL-QROQQ - MINI

3368. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża ta' Lm240,000 li semma sabiex inxtrat petrol station in konnessjoni max-xogħlijiet tal-mini f'Tal-Qroqq?
ONOR. JOE DEBONO GRECH:

Jiena nfurmat li x-xogħolijiet msemmija mill-Onor. nterpellant huma r-responsabbilita' tad-Dipartiment tat-Toroq. Għalhekk, l-Onor.Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru għax-Xogħolijiet u Kostruzzjoni.


EUROPEAN CIVIL AVIATION CONFERENCE"

3369. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx rappreżentata fil-laqgħa Ministerjali tal-European Civil Aviation Conference li nżammet fl-14 ta' Frar, 1997 f'Copenhagen, id-Danimarka? Jekk Malta kienet rappreżentata, jista' l-Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata u x'kienu l-konklużjonijiet ta' din il-laqgħa u x'pożizzjoni ħadet Malta fuqhom?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Kif jaf l-Onor.Membru minħabba li l-Partit tiegħu rtira l-ftehim dwar il-Pairing bejn il-membri ta' din il-Kamra jiena ma stajtx nattendi għall-ħames laqgħa Ministerjali tal-European Civil Aviation Conference (ECAC) fuq is-sistema ta' traffiku bl-ajru fl-Ewropa, li nżammet fl-14 ta' Frar, 1997 f'Copenhagen, id-Danimarka.
Minħabba l-importanza ta' din il-laqgħa, Malta kienet irrappreżentata minn delegazzjoni komposta mid-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili u mill-Kap ta' l-Air Transport and Operations fl-istess Dipartiment.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista' tal-koklużżjonijiet prinċipali ta' din il-laqgħa kif approvat unanimament mir-rappreżentanti tal-34 Stat Membri tal-ECAC, fosthom Malta.


NAZZJONIJIET UNITI - KANDIDATURA TA' MALTA

3370. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-perjodu minn Marzu sa Diċembru 1997 il-gvern huwiex beħsiebu jippreżenta l-kandidatura ta' Malta jew ta' xi persuna ta' nazzjonalita' Maltija, għal xi pożizzjoni elettiva fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti jew xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tagħha u, jekk iva, għal-liema pożizzjoni u meta?
ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. terpellant li f'dan l-istadju l-Gvern Malti m'għandux il-ħsieb li jippreżenta xi kandidatura ta' Malta jew ta' xi persuna ta' Nazzjonalita Maltija għal xi pożizzjoni elettiva fi ħdan il-Ġnus Magħquda jew xi waħda mill-aġenziji speċjaliżżati tagħha. Kif kien isir qabel, il-Gvern Malti xorta se jkompli jeżamina l-possibilita li l-Gvern jippreżenta xi kandidatura għal xi pożizzjoni li l-Gvern iħoss li din tkun ta' ġid u fejda għal pajjiżna. F'dan ir-rigward, tajjeb li jingħad li Malta din is-sena diġa ppreżentat kandidatura għal wieħed mill-postijiet li jridu jimtlew fuq il-Kummissjoni dwar il-Blata Kontinentali tal-Liġi tal-Baħar fl-elezzjoni li ser tinżamm ix-xahar id-dieħel.

FURJANA - ĠNIEN TA' L-ARGOTTI

3371. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iżvilupp min-naħa ta' l-Universita' li qed isir fl-Argotti? Min hu l-perit inkarigat? Kemm hu stmat li jqum il-proġett u kemm intnefaq s'issa fuq dan l-istess proġett minn mindu beda lejn l-aħħar ta' Settembru ta' l-1996?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-Universita' qegħda tibni Herbarium fl-Argotti. Il-Perit inkarigat huwa Chris Spiteri li jaħdem mal-Malta University Services.
Il-Proġett komplut huwa stmat li jqum LM80,000 (inkluża l-VAT)
S'issa (19.02.97) intnefqu LM31,742 (Inkluża l-VAT).

FURJANA - ĠNIEN L-ARGOTTI

3372. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-intenzjonijiet ta' l-Universita' għall-ġnien botaniku ta' l-Argotti, speċjalment wara li l-Ministru tal-Biedja u Sajd wera x-xewqa li dan il-ġnien igħaddi kollu f'idejn l-Universita'?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Sa ftit ta' żmien ilu l-intenzjoni kienet li l-parti privata ta' l-Argotti u l-erbarju jerġgħu jgħaddu f'idejn l-Universita'. Kien intenzjonat ukoll li fi żmien sentejn minn wara li tittieħed il-parti privata, tittieħed ukoll il-parti pubblika. Hekk il-ġnien kollu jerġa jkun taħt il-kontroll tal-Universita' kif kien qabel 1973.
Sa issa l-proċess jidher li ma jistax jiġi atwat minħabba nuqqas ta':
* Finanzi biex issir ir-riabilitazzjoni tal-ġnien.
* Nies biex jaħdmu f'dan il-ġnien.
L-għanijiet li għalih dan il-ġnien kellu jerġa jgħaddi lura f'idejn l-Universita' huma:
* Li jerġa jibda jiffunzjona l-erbarju u l-ġnien botaniku għal skop ta' riċerka.
* Jiżdied ir-rwol edukattiv fil-livelli kollha iżda speċjalment botaniku u xjentifiku.
* Iservi għal skopijiet ta' attrazzjoni pubblika u xjentifika.

SAJJIEDA - ĦLAS TA' TAXXA

3373. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Rigward il-qasam tas-sajd, jista' l-Ministru jgħid jekk bil-liġi li l-Gvern se jdaħħal minflok il-liġi tal-VAT, is-sajjied fulltimer huwiex se jħallas taxxa fuq makkinarju, inġenji, lixka, eċċ., li l-istess sajjied juża personalment fix-xogħol tiegħu u jekk fl-affermattiv, kemm se jkun il-persentaġġ li s-sajjied se jħallas skond il-White Paper proposta minflok il-VAT?
ONOR. LINO SPITERI: Il-ħsieb hu li tingħata l-għajnuna kollha possibbli lill-bdiewa u s-sajjieda u dan ikun jidher fid-dettal li jrid joħroġ, f'konsultazzjoni mad-Dipartiment konċernat.


BDIEWA - ĦLAS TA' TAXXA

3374. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Rigward il-qasam tal-biedja, jista' l-Ministru jgħid jekk bil-liġi li l-Gvern se jdaħħal minflok il-liġi tal-VAT, il-bidwi fulltimer huwiex se jħallas taxxa fuq xiri/importazzjoni tas-segwenti prodotti (għall-użu personali fix-xogħol tiegħu): a) żrieragħ; b) xtieli u pjanti; c) makkinarju (inġenji); d) pestiċidi; u e) apparat u pompi wżati għad-drip-irrigation, u jekk fl-affermattiv, b'liema persentaġġ se jħallas skond il-White Paper proposta minflok il-VAT?
ONOR. LINO SPITERI: Waqt li nirreferi lill-Onor Sinjur għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 3373 ngħarrfu li d-dettalji jinħadmu flimkien mad-Dipartiment konċernat,fl-aħjar interess tas-settur.


UNIVERSITA' - LECTURE CENTRE

3375. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbena xi Lecture Centre ġdid fl-Universita', b'konsegwenza li aktar spazji miftuħa jiġu mibnija? Il-bini eżistenti, speċjalment dak li nbena f'dawn l-aħħar snin, m'huwiex tajjeb biżżejjed sabiex jaqdi lill-istudenti? Jekk dan m'huwiex funzjonabbli sabiex jilqa' l-bżonnijiet tal-lectures, possibbli li jinbena sular ieħor fuq dawk eżistenti sabiex tiġi salvata aktar art miftuħa?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li hemm il-ħsieb li jinbena Lecture Centre ġdid fl-Universita'. Il-bini eżistenti, għalkemm tajjeb u funzjonabbli biex jaqdi lill-istudenti li jużawh m'huwiex biżżejjed biex jakkomoda n-numru ta' studenti li bħalissa qed jattendu l-Universita'.
Id-deċiżjoni li jinbena Lecture Centre ġdid kienet ibbażata fuq il-bżonn immedjat ta' Lecture Halls li jkunu jistgħu jakkomodaw gruppi ta' ftit aktar min 200 student f'daqqa.
Id-disinn ta' dan il-bini, fil-fatt jinkludi erba' swali minn dan it-tip, li sejrin ikunu jistgħu jinqassmu wkoll permezz ta' partition minn nofs, biex b'hekk ikun hemm ċertu flessibilita'.
Il-bini propost jinkorpora wkoll żewġ seminar/lecture rooms li jakkomodaw bejn 50-60 student, kif ukoll għaxar seminar rooms għal bejn 20-30 student kull wieħed.
Minħabba raġunijiet strutturali, estetiċi u b'konsiderazzjoni ta' l-ispazji li kien hemm bżonn dan il-proġett ma setgħax jinbena fuq il-bini eżistenti.


ŻEBBUĠ - SERVIZZ TA' ILMA

3379. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa ħalli jitwassal is-servizz ta' l-ilma lil dawk kollha li għandhom bini fi Triq Ġdida fi Triq il-Gandlora, Ħaż-Żebbuġ peress li ħafna għandhom id-dar lesta iżda huma mingħajr servizz ta' l-ilma? (Qiegħed nibgħat under separate cover petizzjoni mir-residenti).
Jista' l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jitlesta x-xogħol?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikkonferma li ż-żewġ toroq qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet fejn irid isir estensjoni ta' mejnijiet ġodda. Dawn ix-xogħlijiet jitkomplew meta jiġi ċċarrat l-fond kapitali tal-Korporazzjoni, u skond programm fuq skala ta' prijoritajiet.


MEALS ON WHEELS

3380. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta l-meals on wheels?
Kemm flus ġew ivvotati sena b'sena minn meta ġie ntrodott dan is-servizz?
Kemm u mil-liema rħula kienu n-nies li s'issa inqdew b'dan is-servizz?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-Meals on Wheels ġiet introdotta fis-27 ta' Diċembru 1991. Il-flus li ġew ivvotati għal dan is-servizz sena sena, mill-1991 'l hawn huwa kif ġej:
SENA FLUS IVVOTATI
1991 10,000

1992 10,000

1993 13,000

1994 12,000

1995 14,000

1996 14,000

1997 20,000
Il-lista t'hawn taħt turi kemm huma l-klijenti tal-Meals on Wheels u minn liema rħula, ġejjin fil-preżent.
Attard 5 Mosta 16

Balluta 1 Mtarfa 1

Balzan 17 Naxxar 10

B'Kara 49 Paola 27

Bormla 9 Qormi 10

Birgu 8 Qrendi 7

B'Bugia 3 Rabat 4

Burmarrad 2 San Gwann 10

Dingli 2 San Giljan 51

Fgura 6 Santa Lucia 3

Floriana 29 San Pawl il-

Bahar 20


Ghaxaq 1 St.Venera 22

G'Mangia- St.Andrews 4

Pieta 19

Gzira 37 Senglea 9

Gudja 2 Sliema 209

Hamrun 56 Swieqi 11

Iklin 2 Ta' Xbiex 3

Ibragg 4 Tarxien 10

Lija 8 Valletta 29

Luqa 6 Zabbar 7

Marsa 7 Zebbug 10

M'Skala 7 Zejtun 4

Mdina 2 Zurrieq 2

Msida 24
TOTAL 785




SLIEMA - MALTA UNION CLUB

3381. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet uffiċjali għaliex il-bini tal-Malta Union Club f'Tas-Sliema ma ġiex inkluż fil-lista ta' dawk il-postijiet protetti mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ma jiġux imwaqqa' mill-Amministrazzjoni preċedenti? Jista' wkoll jgħid jekk hemmx il-ħsieb minn din l-Amministrazzjoni li tieħu l-passi meħtieġa sabiex din l-inġustizzja tiġi rranġata qabel ma ċ-ċens ta' dan il-monument storiku jgħaddi f'idejn il-privat ħames snin oħra?
ONOR. GEORGE VELLA: Ma jirriżultax li qatt kien hemm xi applikazzjoni mill-Amministrazzjoni preċedenti sabiex il-bini tal-Malta Union Club jiġi mwaqqa'. Kien hemm ittra mill-istess Union Club sabiex il-fond jiġi skedat u minkejja li saru diversi spezzjonijiet fuq il-post, ma ttieħdet ebda deċiżjoni finali. Preżentament il-każ qed jiġi studjat mill-Kumitat dwar il-Wirt Nazzjonali sabiex jingħata parir lill-Awtorita'ta' l-Ippjanar.


PULIZIJA - MEMBRI TA' L-SAG

3382. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex ser tittieħed azzjoni jew hijiex se ssir investigazzjoni dwar rapport li deher fil-ġurnal "KullĦadd" ta' nhar is-16 ta' Frar 1997, liema rapport jallega akkużi serji li ċerti membri ta' l-iSpecial Assignment Group nhar is-Sibt, 8 ta' Frar insultaw bi kliemhom u b'għemilhom lill-istess Prim Ministru?
Jaf il-Prim Ministru li dawn l-istess membri ta' l-SAG qegħdin ta' spiss jippruvaw jipprovokaw membri oħra li m'humiex meqjusa bħala tal-qalba tagħhom?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi nvestigat.


QORMI - ĊENTRU RUŻAR BRIFFA

3383. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-bini tal-canteen fiċ-Ċentru Rużar Briffa, tal-Mid-Med f'Ħal Qormi?
ONOR. LINO SPITERI: Jien mgħarraf li l-ebda sejħa għall-bini tal-canteen fiċ-Ċentru Rużar Briffa, Mill Street, Qormi ma ħarġet mill-Bank.


MAGĦTAB - MIŻBLA

3410. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Fid-dawl tar-risposti li ta l-Viċi Prim Ministru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2400 u 3118, ma jidhirlux li għandu jindaga u jirrispondi mill-ġdid?
ONOR. GEORGE VELLA: Le.


IMF - RAPPORTI

3421. L-ONOR. JOSEF BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2839, jaf il-Prim Ministru li "l-obbligi diplomatiċi kuntrattwali relatati mal-ħidma tal-FMI" huma biss intiżi biex jipproteġu l-interessi ekonomiċi ta' l-istat u mhux biex jaħbu affarijiet li jistgħu jimbarazzaw politikament lill-Gvern? Ladarba hija l-fehma tal-FMI li t-tneħħija tal-VAT m'hijiex se tgħin iżda se tfixkel l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, jidhirlu l-Prim Ministru li f'ġieħ it-trasparenza u s-serjeta' għandu jgħid jekk jaqbilx ma' dak li qalet l-FMI dwar is-sostituzzjoni tal-liġi tal-VAT?
ONOR. ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 2839.


MOSTA - SUBSTATION

3422. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se ssir substation tant meħtieġa f'zona tal-Wej il-Mosta li oriġinarjament kienet se ssir fi Triq Santa Margerita? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan il-proġett hawn imsemmi u x-xogħol kollu dwar il-cable, hux lest? Qed nibgħatlek under separate cover kopja ta'petizzjoni li ntbgħatet liċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta.
ONOR. LEO BRINCAT: Fl-1993 l-Enemalta bdiet il-proċedura biex takkwista biċċa art tal-Gvern biex tinbena substation f'tal-Wej, il-Mosta. Minħabba li din l-art tikkonsisti minn ġardina ma' dar privata, l-Enemalta kellha reżistenza milli takkwista l-art minn min qed juża l-art bħalissa. Dan it-tali sa ressaq il-każ quddiem l-ombudsman li qatagħha li l-Enemalta kellha dritt tieħu l-art tal-Gvern dment li jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-liġi. Madanakollu, s'issa d-Dipartiment ta' l-Artijiet għadu ma għaddiex l-art lill-Enemalta li, biex tħaffef ix-xogħol, fl-1995 kienet stallat il-cables kollha neċessarji.


ANZJANI - TQASSIM TA' IKEL

3423. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna (mara, jekk jista' jkun jagħtini l-partikolaritajiet) li nhar it-Tnejn 17 ta' Frar, 1997 għal xi 12.15 p.m. kienet qed issuq il-karozza K-3383 li kienet qed tintuża fuq xogħol ta' tqassim ta' ikel lill-anzjani ġewwa Manoel Street, Gżira kif ukoll il-partikolaritajiet tal-persuna (raġel) li kien riekeb magħha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-ikel li jitqassam lill-anzjani jiġi ppreparat u mqassam minn kumpannija privata, il-Maltese Cross Corp. Billi din hija kumpanija privata ma jkollniex aċċess għall-informazzjoni rikjesta fid-domanda. Il-karrozza msemmija hija karozza privata.


SAĦĦA - HIB VACCINE

3424. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3088 qiegħed nirriferi għall-HIB Vaccine u għalhekk qiegħed nitlob kemm ġiet importata minn din il-kwalita' ta' vaccine? Hemm il-ħsieb li din it-tip ta' vaccine (HIB) tkun introdotta bħala obbligatorja bħal Tetanus, Polio u Diptheria?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-HIB li ġiet importata kienet kif ġej:

1994 1995 1996


Tilqim kontra l-HIB 3595 3795 24970

(F'doza wahda)


Tilqim kontra l-HIB 400 1500 3450

(flimkien ma tilqim



iehor fl-istess doza)
Kemm minn dan it-tilqim kien għall-użu privat jew għall-użu mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa ta' informazzjoni kummerċjali u ma tistax tingħata f'dan l-istadji.
It-tweġiba għat-tieni parti hija fin-negattiv.


MOSTA - TISWIJA TA' TOROQ

3426. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jsir ix-xogħol meħtieġ f'għoti ta' tarmac f'Triq Santa Margherita u f'Triq Awrora, fil-Mosta, fejn kienet ippjanata roundabout? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dawn it-toroq imsemmija humiex f'lista ta' prijorita' u f'liema stat ta' prijorita' qegħdin dawn it-toroq peress li hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa f'dan il-post minħabba l-mard li qed jikkawża t-trab li hemm?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


Yüklə 0,68 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin