W48. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jemenda l-Liġi tas-Sigurta' Soċjali biex self-employed, li bħalissa qed jieħu pensjoni mnaqqsa għax meta kien marid ma kienx ħallas il-bolol kollha, jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Interpellant li huwa prinċipju bażiku ta' kull skema kontributorja li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu qabel l-okkorenza tal-kontinġenza assigurta, jiġifieri, f'dan il-każ, qabel ma wieħed jilħaq l-eta' tal-pensjoni. Effettivament, l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) jesiġu li l-kontribuzzjonijiet, sew imħallsa u sew dawk akkreditati, jitqiesu sa l-eta' tal-pensjoni.
Jidher li l-Onor. Interpellant qed jirriferi għal każ meta persuna li taħdem għaliha nnifisha setgħet ma kenitx intitolata għal benefiċċju tal-mard u għaldaqstant lanqas għall-kontribuzzjonijiet akkreditati. Sussegwentement il-liġi ġiet ammendata, b'danakollu l-persuna li dwar il-każ tagħha qed jirriferi l-Onor. Interpellant, ġaladarba ma kenitx intitolata għall-kontribuzzjonijiet akkredidati, kienet obbligata tħallas il-kontribuzzjonijiet nieqsa qabel laħqet għalqet l-eta' tal-pensjoni. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi mhux indikat li ssir xi emenda fuq il-linja ndikata.
AMBAXXATURI MALTIN
W49. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma d-diversi ambaxxaturi Maltin li bħalissa qed jaqdu d-doveri tagħhom bħala ambaxxaturi Maltin pajjiż, pajjiż? Liema huma dawk il-pajjiżi li kellhom l-ambaxxatur Malti għalihom mibdul wara l-elezzjoni li għaddiet? Liema ambaxxaturi oħra hu mistenni li jinbidlu matul iż-żmien li ġej? Kemm mill-ambaxxaturi preżenti qed iservu lil Malta għall-ewwel darba?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Ambaxxaturi Maltin li fil-preżent għandhom il-ħatra biex jaġixxu ta' Rappreżentanti Prinċipali skond il-klawsola 111 tal-Kostituzzjoni ta' Malta huma: