Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 311,63 Kb.
səhifə1/5
tarix30.07.2018
ölçüsü311,63 Kb.
#63995
  1   2   3   4   5
    Bu səhifədəki naviqasiya:
  • MINUTI

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 157


Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997

Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 157


Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.14 a.m.

Talba

SEDUTA NRU. 157
Il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997


WERREJ

MINUTI 126

MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 126

TQEGĦID TA' KARTI 129

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 130

KUMITAT TA' PROVVISTA 130

ESTIMI ĠENERALI 1998 130

L-ERBATAX-IL JUM STABBILIT 130

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 130

AĠĠORNAMENT 163

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 163





MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 156 li saret fis-27 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.

MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI




SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI ON LIGHT DUTY
9750. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-paġna 65 tad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kliem li:
"...m'humiex se jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duty ħlief għal każi ġenwini li jistgħu jinqalgħu.",
ifissirx li ġieli kien hemm ċertifikati li ma kenux ġenwini? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ċ-ċertifikati mhux ġenwini mid-950 każ li hemm bħalissa?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ġenwinita' u l-validita' ta' ċertifikat mediku għal light duty se toħroġ mir-riżultat ta' l-eżerċizzju li se jsir.
MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Austin Gatt, mistoqsija supplimentari.
ONOR. AUSTIN GATT: Jista' l-Ministru jgħidilna jekk dan ifissirx li kull min preżentement għandu ċertifikat mediku għal light duty huwiex se jiġi mġiegħel jgħaddi minn xi bord ieħor jew jerġa' jiġi eżaminat medikament?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Ovvjament wieħed irid jara x'se jiġri wara li jsir dan l-eżerċizzju.

MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Jien naħseb li l-Ministru jaqbel miegħi li ġaladarba fid-diskors tal-budget hemm miktub li "m'humiex se jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duty ħlief għal każi ġenwini li jistgħu jinqalgħu", il-Gvern għandu dubju dwar il-ġenwinita' tad-950 ċertifikat mediku li jeżistu. Allura jista' l-Ministru jikkonferma li hemm il-possibbilta' li xi wħud minn dawn iċ-ċertifikati m'humiex ġenwini u jgħidilna jekk il-Gvern għandux f'moħħu li jerġa' jiċċekkja l-ġenwinita' ta' dawn iċ-ċertifikati?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Jien naħseb li kulħadd jaf li hemm ħafna każi li huma ġenwini imma nafu ukoll li qegħdin isiru l-abbużi u għalhekk ikun aħjar jekk inkunu onesti magħna nfusna u ngħidu l-verita'. Fil-fatt l-għan ta' l-eżerċizzju li se jsir huwa proprjament biex jinqatgħu l-abbużi u ċertament mhux biex min hu ġenwin jieħu xi kastig u jeħel meta ma ħaqqux. Jien naħseb li kulħadd jaqbel li għandna naqtgħu dawn l-abbużi u, kif għidt diġa', l-għan ta' l-eżerċizzju li se jsir huwa proprjament biex kemm jista' jkun jinqatgħu dawn l-abbużi.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: L-ewwelnett nixtieq naċċerta lill-Ministru Mizzi li din in-naħa taqbel perfettament li dejjem kien hemm abbużi u naħseb li tagħmel x'tagħmel dejjem jibqgħu jsiru xi abbużi 'l hawn u 'l hinn. GĦalhekk huwa tajjeb li l-gvern, ikun min ikun, idaħħal iktar dixxiplina ħalli almenu l-abbużi jonqsu kemm jista' jkun.
Issa l-Gvern stqarr li preżentement hemm 950 ċertifikat mediku għal light duty. Jista' l-Ministru jgħidli jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħmel review anke tad-950 każ li hemm preżentement u mhux tal-każijiet il-ġodda biss? Jien m'għandix dubju li l-maġġor parti tal-każi huma ġenwini, pero' kif qal il-Ministru stess jista' jkun hemm xi abbużi 'l hawn u 'l hinn.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Jien ma tantx qiegħed f'pożizzjoni li nirrispondik f'dan l-istadju. Id-diskors tal-budget jgħid biss li m'humiex se jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duty ħlief f'każijiet ġenwini. Madanakollu jekk ikun hemm dubju dwar il-ġenwinita' ta' ċerti każi mid-950 każ li hemm preżentement, ovvjament il-Gvern jieħu l-passi meħtieġa.


VALLETTA - TRIQ IL-MEDITERRAN - FLAT 16, BLOCK 2

9956. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma sarx il-kuntratt ta' bejgħ tal-fond Flat 16, Block 2, Triq il-Mediterran, il-Belt li ilu fuq konvenju snin twal, iktar u iktar meta l-kuntratt ta' bejgħ ta' l-appartament ta' taħtu sar ftit żmien ilu?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħmel riferenza għat-tweġiba li ngħatat f'Seduta Nru.130 għall-mistoqsija parlamentari Nru.W1010. Infatti l-flat in kwestjoni hu wieħed li nbena fuq l-arja tal-blokk antik.


AWTORITA' TAD-DJAR - XIRI TA' PROPRJETA' PRIVATA

9957. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Peress li l-Ministru stqarr li d-dipartiment u/jew l-awtorita' qed jinnegozjaw ma' sidien privati biex jixtru djar għall-użu ta' akkomodazzjoni soċjali, jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel in-negozjati u ġewx stabiliti xi parametri? Jekk iva kif jiġi stabilit il-valur reali u ġust u minn min? Kemm ġie vvotat din is-sena għal dan l-iskop u liema hu l-vot fl-Estimi? Din is-sistema ta' xiri dirett hija skond ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern?
ONOR. ALFRED PORTELLI (Ministru tad-Djar): Dak li jgħodd għal-lum kien jgħodd ukoll għall-amministrazzjoni preċedenti. Il-mod li bih tkellem l-Onor. Interpellant fid-diskussjoni tal-budget kien kundanna għall-Onor. ex-Ministru sieħbu preċedenti.
S'issa ma nbidlux il-kriterji li bihom kienu jiġu kkonsidrati proposti ta' bejgħ favur l-awtorita' tad-djar minn sidien privati ta' djar għall-akkomodazzjoni soċjali. Fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra fil-fatt inxtraw żewġ blokki f'lokalitajiet differenti. Bħalissa l-awtorita' tad-djar qiegħda tistudja xi kriterji ġodda għandhom jiġu adottati, preċiżament fid-dawl tar-regolamenti finanzjarji, biex jiġu kkonsidrati dawn it-tipi ta' proposti mill-privat qabel ma tiffinalizza xi ftehim ġdid.
Meta sirt ministru tlabt biex tiġi stabilita proċedura ġdida trasparenti. Din ġiet stabilita. Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti s-sid privat kien jinnegozja maċ-chairman ta' l-awtorita' tad-djar jew ma' rappreżentant tiegħu. Fil-fatt il-proposti li saru s'issa qegħdin jiġu pproċessati sal-punt li jsir studju tad-domanda għall-akkomodazzjoni soċjali fil-lokal konċernat, issir spezzjoni tal-bini offrut, issir verifika jekk il-bini sarx skond il-permess neċessarju u wkoll ssir valutazzjoni mit-tekniċi ta' l-awtorita' tad-djar rigward jekk il-proprjeta' hijiex adattata għall-allokazzjoni taħt l-iskemi tagħha. Imbagħad is-sotto-kumitat ta' l-istess awtorita' jippreżenta rapport dettaljat liċ-chairman tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar li jiddiskutih waqt il-laqgħat tal-bord.
M'hemmx vot speċifiku għal dan il-għan peress li l-iskop hu li dawn il-proġetti jkunu self-financing iżda għal raġunijiet ta' cashflow, jekk ikun hemm bżonn, jintuża l-vot taħt l-infiq kapitali ta' programm ta' bini ta' appartamenti u djar ġodda.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Abela, mistoqsija supplimentari.
ONOR. JOE ABELA: Jiena nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk taħt il-Gvern Laburista kienx hemm xi sidien privati li wrew ix-xewqa li jbiegħu l-proprjeta' tagħhom lill-awtorita' tad-djar. Nixtieq nistaqsi wkoll lill-Ministru jekk il-benefiċjarju jistax iġiegħel lill-kuntrattur ibiddillu l-pjanta waqt li jkunu qed jinbnew il-123 post li l-awtorita' tad-djar ħarġet on plan. Dawn il-postijiet qed jinbiegħu bi prezz orħos minn dawk li ħarġu fi żmien il-Gvern Nazzjonalista?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Portelli.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ta' min jgħid li minn mindu tela' l-Partit Laburista fil-gvern, jiġifieri mis-26 ta' Ottubru 'l hawn, quddiem l-awtorita' tad-djar daħlu xi tmien jew għaxar talbiet minn sidien privati li xtaqu jbigħu lill-gvern post jew numru ta' postijiet battala. Hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunita' sabiex nappella lis-sidien privati li għandhom xi postijiet battala biex, jekk iridu, ibigħu l-proprjeta' tagħhom lill-awtorita' tad-djar. Qed titħaddem din il-politika proprjament minħabba li kif nafu lkoll, jitla' kemm jitla' bini tal-gvern, dan xorta ma jkunx biżżejjed għall-problema akuta ta' housing li hawn. Hawn nixtieq nagħmilha ċara wkoll li l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jkisser lis-settur privat bin-numru ta' postijiet li se jipprovdi fl-erba' snin li ġejjin, kif intqal mill-Onor. Mugliett. Fil-fatt kulma qed jagħmel il-Gvern preżenti huwa li qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jgħin u jtaffi din il-problema.
L-Onor. Interpellant staqsieni wkoll jekk waqt li jkunu telgħin il-postijiet li aħna nkunu ħriġna on plan, il-benefiċjarju jistax jgħid lill-kuntrattur biex ibbiddillu l-pjanta. Fil-fatt dan ma jistax jagħmlu u din għamilniha ċara anke fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, 1997. Madanakollu jekk kemm-il darba xi ħadd jara xi difett waqt li jkun tiela' l-post, dan għandu jirrikorri għand l-awtorita' tad-djar u mbagħad hija l-awtorita' tad-djar li titkellem mal-kuntrattur u b'hekk ikollna kwalita' ta' xogħol aħjar. Hawn nixtieq nieħu wkoll l-opportunita' sabiex nappella lill-kuntratturi biex ġaladarba se jitħallsu għax-xogħol li qed jagħmlu - meta kienu huma stess li tefgħu t-tender fuq kemm se jiġihom dan ix-xogħol - dawn għandhom id-dover li x-xogħol jagħmluh sewwa.
Rigward it-tielet mistoqsija li għamilli l-Onor. Interpellant, nixtieq ngħidlu li fil-fatt numru mill-postijiet li ħarġet l-awtorita' tad-djar - hawn ta' min jgħid b'sodisfazzjon li din hija t-tieni darba li l-awtorita' ħarġet numru ta' postijiet għall-bejgħ f'sena waħda - huma orħos minn dawk li kienet ħarġet għall-aħħar darba l-amministrazzjoni preċedenti. Dan sar għar-raġuni li jien nemmen li l-postijiet tal-gvern għandhom ikunu affordable għan-nies, ħalli b'hekk iktar nies jiġu mħajra jkunu sidien ta' djarhom. Fil-fatt uħud mill-5,000 individwu li applikaw għal post alternattiv bi ftit għajnuna, kif qed nagħmlu aħna, ikunu jistgħu jaffordjaw jixtru post fejn joqogħdu. Raġuni oħra li għaliha matul din is-sena l-awtorita' tad-djar qed terġa' toħroġ numru ta' postijiet hija biex nolqtu wkoll lil dawk in-nies li preżentement qed jgħixu f'post substandard.
Sinjura President, ta' min jgħid ukoll li għall-74 maisonette li ħarġet l-awtorita' tad-djar, qabel ma reġgħet ħarġet 123 post ieħor, kien hemm 1,089 applikazzjoni u mhux 1,980, kif qal bi żvista l-Onor. Gatt. Jien qed ngħid dan għall-eżattezza għax dan m'huwiex żball żgħir għax hemm differenza ta' iktar minn 800 applikazzjoni. L-Onor. Gatt iħobb isemmi d-diskrepanzi u għalhekk jien qed nurih min joħloq ċerti diskrepanzi! (Onor. Membri: Hear, hear) Grazzi, Madam Speaker.
MADAM SPEAKER: Nirringrazzjak. Il-ħin tal-mistoqsijiet għadda. Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti. Il-Prim Ministru.


Yüklə 311,63 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin