ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Membru biex jistaqsi għal din l-informazzjoni direttament lill-Ombudsman.
MINISTRI/SEGRETARJI PARLAMENTARI - KODIĊI TA' ETIKA
14431. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-tibdiliet li kien semma fil-bidu ta' din il-leġislatura mmirati biex isaħħu u jtejbu l-Kodiċi ta' Etika tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?
ONOR. ALFRED SANT: M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 230 ħlief li nirrimarka li min-naħa tal-Membri ta' l-Oppożizzjoni ma sar l-ebda suġġeriment għal titjib mixtieq biex dawn jiġu miflijin mill-Gvern bl-akbar interess u attenzjoni.
PULIZIJA - REATI TA' URBAN THEFT
14457. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' reati urban theft irrapportati lill-pulizija matul Frar, 1998?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi, matul Frar, 1998, kien hemm 315 rapport ta' serq minn żoni residenzjali.
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - RAPPORT TA' ĦIDMA
14458. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - RAPPORT TA' ĦIDMA
14459. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor. Membru li r-rapport indikat kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru. 178 tat-28 ta' Jannar,1998.
PULIZIJA - FIRE FIGHTING SECTION
14460. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dawk il-pulizija li jintgħażlu għal Fire Fighting Section fi ħdan id-Dipartiment Protezzjoni Ċivili, wara s-sena attachment, jekk jagħżlu li jibqgħu ma' l-istess dipartiment, ma jibqgħux igawdu mill-pensjoni wara 25 sena servizz kif inhuma llum?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10681 f'Seduta Nru. 171.
SAĦĦA - TRATTATI INTERNAZZJONALI
14476. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12344, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-proċeduri tekniċi lokali issa ġewx kompluti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Preżentament id-dokumenti kollha qegħdin jiġu analizzati u fiż-żmien qarib għandhom jkunu kompluti l-proċeduri tekniċi kollha.
TA QALI - PARK NAZZJONALI - KUMITAT
14477. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13304, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' kull item ta' ħruġ u dħul li kellu l-Kumitat li jmexxi l-Park Nazzjonali? Min tħallas, meta tħallas u għal-liema materjal jew servizzi tħallas? Min ħallas lill-kumitat, għal liema servizzi ħallas lill-kumitat u meta saru l-ħlasijiet?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
PA - DĦUL
14478. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 1998?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’KARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA
14479. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12453 li saret fil-25 ta' Frar 1998 rigward il-Berġa tas-Saħħa f'Birkirkara?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment fil-klinika ta' Birkirkara. Dan huwa xogħol ta' manutenzjoni li jsir bħala rutina fid-diversi kliniċi li għandu l-Gvern fid-diversi bliet u rħula.
Ma nafx fuq liema xkaffa qed titkellem.
L-ispejjeż kapitali għal kull Ċentru tas-Saħħa fl-1996 u fl-1997 kienu hekk:-
1996 B'Kara Lm5,937
Qormi Lm 805
Floriana Lm 615
1997 B'Kara Lm8,010
Cospicua Lm8,705
Mosta Lm4,005
Paola Lm 998
Qormi Lm 998
Gzira Lm 998
Rabat Lm 998
Rigward l-aħħar mistoqsija, il-pożizzjoni għada ma tbiddlitx minn dik mogħtija fis-Seduta Nru. 132 għall-mistoqsija numru 9188 tal-Onor. Louis Deguara.
KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA
14480. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jispjega kif wasal biex qal li l-Ġimgħa għax-Xjenza u Teknoloġija ta' l-1996 qamet aktar minn Lm60,000 fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11419? Jista' jagħti breakdown li juri dan l-infiq?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
ŻURRIEQ: TRIQ SAN MARTIN - GARAXX
14481. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14240, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni mill-uffiċjal tat-Taqsima ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. GEORGE VELLA: L-ispezzjoni saret fit-28 ta' April, 1998.
DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
14514. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġew ikkonsenjati lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili t-turntable ladder; control unit; 2 multi-roll type vehicles FLF/1000; 6 compact tank pumper TLF 20/10; 5 ranger tank pumper FLF 4000; u 4 small rescue vehicles RV 4 li kellhom jitħallsu mill-protokoll finanzjarju Taljan? Kemm tħallsu tagħhom?
ONOR. ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba hi s-segwenti :-
Vettura
|
Prezz
|
Data ta' Kunsinna
|
1 Turntable Ladder(37m)
|
Lm 191,000
|
17/07/97
|
1 Turntable Ladder(24m)
|
Lm 154,000
|
09/02/98
|
1 Control Unit
|
Lm 32,000
|
07/01/98
|
2 Multi-Roll Vehicles FLF 1000
|
Lm 108,000
|
09/02/98
|
6 Compact Tank Pumper TLF20/10
|
Lm238,000
|
07/01/98
|
5 Ranger Tank Pumpers FLF 4000
|
Lm 287,000
|
05/03/98
|
4 Small Rescue Vehicles RV4
|
Lm 129,000
|
05/03/98
|
Ta' min jgħid li s-sitwazzjoni fit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar, qabel ma nġibu dawn il-vetturi kienet waħda diżastruża. Uħud minn dawn l-inġenji tat-tifi tan-nar kienu ilhom jintużaw minn madwar 30 sena ilu. Ir-rapport magħmul mill-esperti Taljani hu xhieda ta' din is-sitwazzjoni. Il-parti l-kbira tal-vetturi li kellha għad-dispożizzjoni din it-taqsima kienu jinsabu fi stat ħażin ħafna filwaqt li xi wħud ma kienux jiffunzjonaw.
Il-gvern ħa ħsieb li jinġiebu malajr kemm jista' jkun dawn il-vetturi ġodda filwaqt li ġew identifikati siti oħrajn mferrxin mal-pajjiż fejn ikunu stazzjonati dawn l-inġenji. B'hekk ikun żgurat illi f'każ ta' inċidenti l-għajnuna tkun tista' tingħata fl-anqas ħin possibbli.
PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI
14553. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14204, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-passi dixxiplinarji?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi ż-żewġ kuntistabbli nvoluti ġew mogħtija piena ta' żamma ta' jumejn mistrieħ kull wieħed.
PEMBROKE - TRAFFIC IMPACT STATEMENT
14555. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Impact Statement ta' Pembroke tlestiex? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan l-istudju qiegħed jieħu daqshekk fit-tul sabiex jitlesta? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta hu ppjanat li jitlesta dan l-Impact Assessment?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13329
PEMBROKE - KORPORAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP
14556. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tat-twaqqif tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Pembroke?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji privati li esprimew interess jissieħbu f'din il-korporazzjoni?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11,963; 11,964; 11,965.
DJAR - OQSMA TAL-GVERN
14557. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Issa li nħarġu xi permessi għaż-żieda ta' sular addizjonali fuq blokki ta' flats fl-oqsma tad-djar tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti tfasslu sabiex tiżdied il-provvista ta' parking f'dawk l-oqsma fejn kienu approvati sulari addizjonali?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel toħrog il-permess tal-bini għall-proġetti ta' sulari qed tinsisti li tintbagħtilhom pjanta li turi fejn se jiżdied il-parking meħtieġ għar-residenti l-ġodda. Fil-fatt ħafna minn dawn saru u ntbagħtu lill-awtorita. Il-kriterju li ntuża hu li jiżdied in-numru ta' parkeġġ bl-istess numru ta' units żejda li se jinbnew (jiġifieri spazju ta' karozza għall kull familja, l-istess standard li tuża l-awtorita' għal bini ġdid). L-awtorita' qed tinkludi dawn il-pjanti fil-permess u tesiġi li jsir dan ix-xogħol li jinvolvi l-użu ta' spazji moħlija u ċaqlieq fil-landscaping eżistenti.
BINI - REGOLAMENTI
14558. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Ministeru rigward il-ħtieġa ta' aġġornament fuq ir-regolamenti tal-bini?
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol twettaq minn Ottubru 1996 sal-lum fuq l-aġġornament ta' dawn ir-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li meta t-tfassil ta' dawn ir-regolamenti kien tlesta kollu, għadda biżżejjed żmien sabiex jibda l-proċess ta' diskussjoni fuqhom sabiex jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Ministeru jħoss li għandu jsir aġġornament fir-regolamenti tal-bini u qiegħed jipprepara biex dawn ir-regolamenti ġodda jidħlu fis-seħħ fi ftit żmien ieħor.
Minn Ottubru tal-1996 'l hawn, saru diversi overviews minn entitajiet u esperti barranin u lokali fejn saru l-emendi neċessarji. Sar ukoll xogħol amministrattiv biex titwaqqaf sezzjoni fid-Dipartiment ta' l-Industrija tal-Bini li tkun responsabbli mit-tmexxija u l-infurzar ta' dawn ir-regolamenti.
Il-proċess ta' diskussjoni fuq dawn ir-regolamenti diġa' nbeda, tant, li fl-aħħar gimgħat, il-Kunsill Konsultattiv ta' l-industrija tal-Bini (BICC) waqqaf working group kompost minn membri ta' kull organiżżazzjoni professjonali, għaqdiet li jirrapreżentaw nies b'interess fl-industrija tal-bini w entitajiet governattivi. Dawn iddiskutew dawn ir-regolamenti u għamlu suġġerimenti siewja. Il-konklużżjonijiet ta' dan il-working group kienu ppreżentati f'Forum pubbliku organizzat riċentiment.
Hu ppjanat li jsiru aktar laqgħat simili rigward dawn ir-regolamenti.
PA - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI
14559. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 kienu proċessati xahar xahar sa April 1998?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PA - DIRETTUR TAL-PROĊEDURI
14560. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun maħtur direttur tal-proċeduri fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar skond kif tipprovdi il-Liġi ta' l-Ippjanar li kienet emendata f'Lulju tas-sena l-oħra?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - TIBDIL
14564. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-tibdil li mistenni jseħħ fid-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili hux b'xi mod marbut mal-ħteġijiet tal-Joint Aviation Authority? Jekk iva, liema huma l-bidliet li se jseħħu kawża tal-JAA?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-tibdil li seħħ reċentament fil-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili kien sostanzjalment dak ta' separazzjoni tal-funzjonijiet ta' regolatur minn dawk tal-funzjonijiet operattivi. Infakkar li l-eżerċizzju li wassal għal dan it-tibdil qatt ma kien marbut mal-ħteġijiet tal-Joint Aviation Authority. Fil-fatt ninsab informat li jeżistu amministrazzjonijiet ta' l-avjazzjoni ċivili f'xi Stati membri tal-JAA u li għandhom kemm funzjonijiet operattivi kif ukoll regolatorji.
VETTURI LIĊENZJATI
14565. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi liċenzjati li l-liċenzja tagħhom għalqet fix-xhur Jannar - April 1998 u li ma ġeddewx il-liċenzja tagħhom għas-sena d-dieħla, xahar b'xahar?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' vetturi li l-liċenzja tagħhom għalqet fix-xhur Jannar - April 1998 u li ma ġewx imġedda għas-sena d-dieħla huwa kif jidher hawn taħt:-
Jannar 2,087
Frar 2,246
Marzu 2,680
April 3,812
TOTAL 10,825
Tlabt lid-dipartiment jara kif jista' jiġi kkontrollat aktar il-ħlas tal-liċenzji fi żmien dovuti.
DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - SEZZJONIJIET
14566. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar liema sezzjonijiet tad-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili se jiġu trasferiti għall-bini ta' l-MIA?
Jekk hemm minn dawn is-sezzjonijiet, meta se jseħħ it-transfer għal dan il-bini?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12940.
Jiena nformat li s-sezzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili li ġew trasferiti lill-MIA baqgħu joperaw mill-istess bini li kienu joperaw minn qabel it-trasferiment tagħha fl-ewwel ta' Mejju 1998. It-trasferiment kien jinkludi kemm in-nies kif ukoll dan il-bini.
DIPARTIMENT GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI - TIBDIL
14567. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Billi fit-28 ta' Frar, 1998 kien hemm indikazzjoni li se jkun hemm tibdil fid-Dipartiment għall-Avjazzjoni Ċivili, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan it-tibdil hux se jġib miegħu bdil fir-responsabbilta' bid-Direttur għall-Avjazzjoni Ċivili?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili qabel l-ewwel ta' Mejju 1998 kellu responsabbilitajiet regolatorji kif ukoll responsabbilitajiet ta' operazzjonijiet f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-avjazzjoni ċivili. Wara l-ewwel ta' Mejju id-Direttur ta' l-Avjazzjoni Ċivili baqa' jżomm ir-responsabbilitajiet regolatorji kollha li kellu inklużi responsabbilitajiet regolatorji fuq operazzjonijiet konnessi ma' l-avjazzjoni ċivili li issa waqa' taħt il-MIA.
MALTA/GĦAWDEX - PASSIĠĠIERI/VETTURI
14568. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' passiġġieri/vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex fix-xhur Jannar/Frar/Marzu u April 1998?
Kemm mill-vetturi kienu kummerċjali? Kemm kienu privati?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:-
1998
|
Passiggieri
|
Karozzi Privati
|
Karozzi Kummercjali
|
JANNAR
|
139973
|
32596
|
1497
|
FRAR
|
161260
|
35922
|
1635
|
MARZU
|
195651
|
39238
|
1722
|
APRIL
|
262188
|
50810
|
2048
|
DCA - RIŻORSI UMANI
14569. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-DCA għandux riżorsi, inkluż ir-riżorsi umani, biex permezz tagħhom illum jista' josserva t-talbiet meħtieġa mill-JAA?
Meta hu mistenni li d-DCA jkun f'qagħda li jkun membru sħiħ tal-JAA?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-talbiet tal-JAA biex id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jissieħeb ma' din l-organizzazzjoni kienu prinċipalment ta' żieda fir-riżorsi umani. Lejn l-aħħar ta' l-1997 id-dipartiment ħa passi biex jiġu reklutati nies ġodda, xi wħud minn dawn bdew anke jiġu ttrenjati. Hu maħsub ukoll li jiġu impjegati aktar nies ta' livell professjonali.
Jiena nformat ukoll li s-sħubija sħiħa ta' Malta fil-JAA tiddependi minn meta l-JAA tkun tista' tagħmel l-aħħar valutazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-DCA. Id-dipartiment mistenna jkun lest għal dan l-eżerċizzju għall-aħħar ta' din is-sena.
SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES
14596. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru l-Paramedic Aides il-ġodda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 11606.
SPIŻERIJI ĠODDA
14597. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għal spiżeriji ġodda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lil Onor. Membru li qiegħed issir eżerċizju f'dan ir-rigward. Fil-preżent m'iniex f'pożizzjoni li nista ngħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għall-spiżeriji ġodda.
SPTAR BOFFA - TRANSFERIMENT
14598. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqa' fis-seħħ it-transfer mill-Isptar Boffa, il-Furjana fejn joqgħod għall-Isptar Monte Carmeli tal-health assistant b'diżabilita' li ismu qed jintbagħat under separate cover?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12207.
SPTAR KAREN GRECH - TWELID TA' TRABI
14599. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi fl-Isptar San Luqa/Karen Grech fl-ewwel erba' xhur ta' l-1998?
Kemm minnhom kienu qed jiġu breast fed sakemm ħarġu mill-isptar? Qed jiġi rispettat il-code of marketing of breast milk substitutes tal-WHO ta' l-1981? Jekk fin-negattiv, jista' jibda jsir dan jew inkella jibda jiġi addottat kodiċi nazzjonali bl-istess skop?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' trabi li twieldu fl-Isptar San Luqa/Karen Grech bejn Jannar u April 1998 hu ta' 1244.
Minn 876 twelid irrapportati bejn Jannar u Marzu 1998, 54% kienu breast fed biss; 8% oħra kienu breast fed u artificially fed, fil-waqt li 38% kienu artificially fed biss.
Dwar il-268 tarbija li twieldu f'April 1998, għadha ma ġietx finalizzata l-istatistika ta' dawk li kienu breast fed sakemm ħarġu mill-isptar.
Il-Code of Marketing of Breast Feeding Substitutes tal-WHO 1981 qiegħda tiġi rispettata.
KOTTONERA - PROĠETT TAL-MAĊINA
14600. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-proġett tal-Maċina fil-Kottonera?
Jekk fl-affermattiv, meta u humiex se jiġu mogħtija akkomodazzjoni alternattiva dawk li huma residenti hemm?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: M'hemm l-ebda pjanijiet fil-preżent fir-rigward tal-proġett imsemmi mill-Onor. Interpellant.
MOTOR NEURONE DISEASE - MYOTROPHON
14601. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 14217, peress li d-ditti Cephalon Inc. u Chiron Corporation qed jirreklamaw fl-internet li pazjenti bl-Amyotrophic Lateral Sclerosis, li f'pajjiżna huma anqas minn għaxra fin-numru, jistgħu jipparteċipaw f'trials tal-prodott Myotrophin jekk il-konsulent jikkomunika magħhom, jaqbel il-Ministru li għandu jsir dan id-Dipartiment tan-Neurology fl-Isptar San Luqa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Din hija deċiżjoni klinika u għalhekk hija prerogattiva tal-konsulent wara li dan ikollu rikjesta mingħand pazjent li jkun jixtieq jipparteċipa f'xi clinical trial.
TARXIEN - TISWIJA TA' TOROQ
14617. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid xi prijoritajiet għandu d-Dipartiment tax-Xogħlijiet dwar għoti ta' tarmak u asfalt ta' toroq f'Ħal Tarxien?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 10537 fir rigward tat-toroq f'Ħal Tarxien.
Dostları ilə paylaş: |