Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 1,09 Mb.
səhifə18/18
tarix01.08.2018
ölçüsü1,09 Mb.
#65182
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18

DJAR - INSPECTORS

W1,382. L-ONOR. SANDRO SCHEMRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx l-inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ġie spezzjonat fis-26 ta’ Jannar 1998.


DJAR - KAŻI TA' HOUSING

W1,572. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jara li l-file No. H 14728 u l-file No. H 14729 jiġu ppproċessati, jirrapporta dwarhom u jgħid kif baqa' l-każ tagħhom li kien qed jiġi trattat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Id-Dipartiment gall-Akkomodazzjoni Soċjali jagħti preferenza fl-allokazzjonijiet lil dawk li għandhom dħul taħt l-Lm4,000, u wieħed minn dawk li qed jitolbu l-bdil imsemmi fil-mistoqsija għandu dħul ta’ aktar minn hekk.


VALLETTA - TRIQ SANT'ANDRIJA

W1,581. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex xogħol li kellu jsir mid-Dipartiment tal-Housing & Maintenance Tenement Sector (Ministeru tad-Djar) f'12/3, St. Andrew's Street Valletta, għadu ma sarx?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li l-kuntrattur kien talab lid-dipartiment li jlaqqa’ dan ix-xogħol ma’ xogħol ieħor fi Strada Stretta il-Belt stess iżda meta dan ta’ l-aħħar ma setgħex isir minħabba xi problemi bl-inkwilini, baqa’ imwaħħal ix-xogħol ta’ St.Andrews Street ukoll. Jien informat li l-kuntrattur ġie mogħti struzzjoni biex ilesti x-xogħol ta’ 12/3 St.Andrew’s Street minnufih.


DJAR - XIRI TA' DJAR MILL-INKWILINI

W1,606. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni (acknowledgement A.D. 290/98) (Reg. No. 2743/98) biex il-persuna mill-Furjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jixtri l-post okkupat minnu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-persuna ndikata applikat biex tixtri r-residenza tagħha fid-9 ta’ April, 1998. Fl-14 ta’ April, 1998 l-Awtorita’ tad-Djar talbet l-awtorizzazzjoni tal-Kummissarju ta’ l-Art biex din l-applikazzjoni tkun tista' tiġi pproċessata.
Sal-lum din ir-risposta għadha ma ġietx.


DJAR - ĦLAS TA' KERA

W1,607. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Anthony Portelli li joqgħod fil-Housing Estate, fil-Furjana qed jirċievi l-karti mill-Housing Authority biex iħallas il-kera meta l-post xtrah b'kuntratt ippubblikat minn nutar pubbliku xhur ilu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Is-Sur Portelli xtara mingħand l-Awtorita’ tad-Djar ir-residenza tiegħu fit-28 ta’ Novembru 1997. Fis-16 ta’ Diċembru 1997, l-Awtorita’ tad-Djar bagħtet lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet kopja tal-kuntratt tax-xiri biex b’hekk jieqaf il-ħlas tal-kera.
Peress li t-talba għall-ħlas tal-kera ssir mid-Dipartiment ta’ l-Art, il-mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art.


BUĠIBBA - TRIQ SANT'ANTNIN

W1,629. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,621 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, u ċioe' jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward ta' Triq Sant'Antnin, f'Buġibba fuq liema bażi ngħata l-permess biex din it-triq tiġi magħluqa meta din hi triq abitata minn ħafna nies li wrew l-għadab tagħhom għal din id-deċiżjoni li ttieħdet?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qabel ma saret l-applikazzjoni biex tiġi estiża parti żgħira oħra tat-triq bħala pedestrian area, din il-proposta ġiet diskussa mal-partijiet kollha konċernati inkluż il-kunsill lokali, li kien favur din il-proposta. Id-disinn ġie modifikat minn dak oriġinarjament propost biex jakkomoda t-talbiet tar-residenti. Dan il-permess ġie approvat dawn l-aħħar ġranet.


VAT - KUNTRATT TA' REKLAMAR

W1,632. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' l-inkjesta li hu ordna li ssir dwar l-għoti tal-kuntratt ta' reklamar għat-tneħħija tal-VAT u l-introduzzjoni tas-CET?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12232.

BUĠIBBA - TRIQ SANT'ANTNIN

W1,633. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru W1,629 u ċioe b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,621 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru, u ċioe' jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward ta' Triq Sant'Antnin, f'Buġibba fuq liema bażi ngħata l-permess biex din it-triq tiġi magħluqa meta din hi triq abitata minn ħafna nies li wrew l-għadab tagħhom għal din id-deċiżjoni li ttieħdet?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru W1,629.


CITY AND GUILDS OF LONDON INSTITUTE - LOGO

W1,635. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta nbidel il-logo tas-City and Guilds of London Institute?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-ewwel korrispondenza li d-diviżjoni għandha bil-logo il-ġdid ta' City & Guilds hi datata Marzu 1996.
Is-City & Guilds informaw lil Malta uffiċjalment bil-bidla fil-logo waqt żjara ta' rappreżentant tagħhom f'Mejju ta' l-1996.


DJAR - APPLIKAZZJONIJIET

W2,004. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda u ntemm l-ivvetjar ta' l-eluf ta' applikazzjonijiet mal-Housing fid-dawl ta' mwiet, ta' min kien akkwist post eċċ? Kemm hu reali n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Risposta preċiża tkun apprezzata.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 1997 id-dipartiment beda jinvestiga permess tal-Common Data Base min minn dawk li għandhom applikazzjoni jidher li sab post ieħor u ma nformax lid-dipartiment. Issa dan l-eżerċizzju tlesta u dawk li rriżultaw hekk se jiġu avżati b’dan u isimhom jinqata’ mil-lista. Hu maħsub li 'il fuq minn 800 applikant qed joqogħdu f'post ieħor.


DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - APPLIKAZZJONIJIET

W2,006. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu l-applikazzjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva b'riżultat ta' l-offerti ta' skemi diversi li toffri l-Housing Authority bejn is-snin 1995 - 1997 sena b'sena?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Bejn is-snin 1995-1997 naqsu 176 applikazzjoni mid-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali maqsuma kif ġejjin:-
SENA TOTAL
1995 3

1996 1


1997 172.


DJAR - APPLIKAZZJONIJIET

W2,008. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir lista waħda ta' applikazzjonijiet (Housing Authority) biex flok tinħareġ call for applications għal kull ħarġa, jkun hemm lista waħda ppubblikata li jintefgħu u min ikun fuq nett f'kull kategorija u skond il-punti jingħata post lil dawk li jkunu qed jibnu?
Sistema bħal din tħaffef l-allokazzjonijiet?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Is-suġġeriment ta’ l-Onor. Interpellant ġie nnotat.


Yüklə 1,09 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   10   11   12   13   14   15   16   17   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin