Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 372,25 Kb.
səhifə4/4
tarix28.08.2018
ölçüsü372,25 Kb.
#75205
1   2   3   4

AĠĠORNAMENT



ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, 1997 fid-9.00 a.m. b'din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata
Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998
L-Erbatax-il Jum Stabbilit
Voti ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru
MADAM SPEAKER: Grazzi. Skond il-Mozzjoni ta' Proċedura Nru. 98 ta' l-10 ta' Novembru, 1997 il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.
Fid-9.41 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



DISKORS TAL-BUDGET - DENUNZJA TA' L-ASSI KAPITALI

9748. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għad-diskors tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma ġiet deċiża l-introduzzjoni mill-ġdid tad-Denunzja ta' l-Assi Kapitali tteħditx in konsiderazzjoni l-possibbilta' li ħafna flus ta' Maltin li kienu ġew lura Malta wara snin investiti barra minn Malta (ħafna drabi bil-moħbi) jistgħux jerġgħu jsibu ruħhom barra minn Malta? Jista' jgħid jekk ġietx kkonsidrata għaliex ġiet skartata? Jekk ma ġietx kkonsidrata ma jaqbilx il-Ministru li dan hu perikolu reali li se jagħmel deni kbir lill-ekonomija Maltija?
ONOR. LEO BRINCAT: Invista ta' dak li spjegajt fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 9746, ma għandu jkun hemm l-ebda raġuni valida għaliex flus ta' Maltin li kienu ġew lura jistgħu jerġgħu joħorġu. kelli konferma tal-Bank Ċentrali li wara li tħabbret il-miżura mhux veru li kien hemm xi flight of capital'.

PULIZIJA - LIĊENZJA GĦALL-COACHES

9749. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Pulizija qed tinvestiga allegazzjoni li tħallsu xi flus biex persuna ngħatat liċenzja għall-coach jew xi tip ta' vejikolu ieħor mill-Awtorita' dwar it-Trasport? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid min qed jiġi nvestigat, kemm hu allegat li tħallas, lil min inħareġ il-permess u għal xiex u meta hu allegat li ġara l-każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi konkluża l-investigazzjoni biex ipoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


MILLENIUM BUG - PROJECT MANAGER

10031. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Project Manager li nħatar għall-proġett hekk imsejjaħ Millenium Bug? Min huma l-persuni l-oħra (ismijiet u grad ta' mpjieg) li jifformaw parti mill-istess Project Co-Ordinating Team għall-istess proġett?
ONOR. ALFRED SANT: M'hijiex in-norma li jixxandru d-dettalji ta' dawn it-tip ta' Project Teams li jkunu qed jaħdmu fuq proġetti varji.


AVVIŻ LEGALI NRU. 183

10032. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9679 rigward Avviż Legali Nru. 183 ta' l-1994?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għall-mistoqsija numru 9679 ingħatat fis-seduta numru 148, nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 1997.


FLIEXKEN TAL-PLASTIC

10033. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9680 rigward il-policy tal-gvern dwar l-użu ta' fliexken tal-plastic tal-luminata?
ONOR. GEORGE VELLA: Tweġiba għal din il-mistoqsija 9680 ġiet mgħotija fis-Seduta Numru 148 li saret nhar il-Ħamis 20 ta' Novembru 1997.


SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMPJEGAT

10034. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9681 rigward l-impjegat li jaħdem fis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Arti Nazzjonali?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - RIŻENJI

10035. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9788, jista' l-Ministru jgħid min hija l-persuna li rriżenjat minn membru tal-MCST u meta rriżenjat?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-membru li rriżenja kien Gunther Merten.


EXPO' 98

10082. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għadux bil-ħsieb li pajjiżna jkun wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fl-Expo'98 li se ssir f'Lisbona - Portugal is-sena d-dieħla?
ONOR. ALFRED SANT: Il-Gvern Malti mhux fi ħsiebu jieħu sehem fl-Expo 98 li se ssir f'Lisbona, l-Portugall, is-sena d-dieħla.


SAĦĦA - MEDIĊINI

10099. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa lill-gvern: (i) Amoxycillin 125,mg/5ml syrup għal ħamest ijiem; u (ii) Atenolol 100mg daily għal xahar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


GAINFULLY OCCUPIED POPULATION

10100. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9943 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilek ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm mill-gainfully occupied population huma żgħażagħ taħt it-30 sena; kemm minnhom huma mpjegati: (1). mas-Settur Pubbliku; (2). ma' korpi parastatali; u (3). mas-settur privat?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. Nixtieq ninfurmah ukoll illi mid-database tal-ETC tista' toħroġ biss l-informazzjoni fir-rigward tal-Korpi Parastatali u tas-Settur Privat. Fir-rigward ta' informazzjoni mitluba dwar is-Settur Pubbliku din tista' tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
GĦAJNUNA SOĊJALI - ŻIEDA TA' LM1.50C FIL-ĠIMGĦA

10147. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Fir-rigward taż-żieda massima ta' Lm1.50c fil-ġimgħa mħabbra fl-aħħar Budget, jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk din iż-żieda hijiex se tingħata full lil dawk kollha taħt l-għajnuna soċjali; 2) x'se jkun il-valur ġdid full kull ġimgħa mill-1/1/98 'il quddiem f'każ ta':- a) koppji jew familji taħt l-għajnuna soċjali; u b) individwu li jgħix waħdu fuq l-għajnuna soċjali?
ONOR. EDWIN GRECH: Iż-żieda massima ta' Lm1.50 fil-ġimgħa mħabbra fl-aħħar Budget qatt ma ngħatat full lil dawk kollha li jkunu fuq l-Għajnuna Soċjali. Iż-żidiet fl-Għajnuna Soċjali kif ukoll f'benefiċċji oħra huma determinati mill-provedimenti li joħorġu mill-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Ir-rati l-ġodda fil-ġimgħa għall-Għajnuna Soċjali applikabbli mit-3 ta' Jannar 1998 huma kif ġej:
Numru ta' Persuni Lm

1 25.96

2 29.46

3 32.96

4 36.46

5 39.96

6 43.46

7 46.96

8 50.46

9 53.96

10 57.46

Ir-rati msemmija ma jinkludux il-Bonus Addizzjonali ta' Lm1.34 fil-ġimgħa u lanqas il-Bonus ta' Ġunju u Diċembru li jkunu ta' Lm58 kull darba.




SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI

10148. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid, separatament għal każ ta' koppji u għal każ ta' persuni li jgħixu waħedhom, sena b'sena bejn l-1994 u l-1996:- 1) kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-għajnuna soċjali; 2) kemm minnhom ġew approvati; 3) x'inhu l-perjodu li normalment jgħaddi minn meta ssir applikazzjoni sa meta tiġi pproċessata?
ONOR. EDWIN GRECH: Ma tinżammx statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-Għajnuna Soċjali humiex koppji jew persuni li jgħixu waħedhom.
Matul is-sena 1994 ma nżammetx statistika ta' kemm persuni applikaw għall-Għajnuna Soċjali. Din bdiet tinżamm fl-1995. Matul is-sena 1995 u 1996 kien hemm 1872 u 2058 rispettivament, persuni li applikaw għall-Għajnuna Soċjali.
Ma nżammetx statistika ta' kemm minn dawk li applikaw fis-snin imsemmija ġew approvati.
Kull applikazzjoni normalment tinħadem fi żmien ġimgħa iżda f'ċerti każi l-applikazzjoni tieħu numru ta' ġimgħat peress li jkunu jridu jsiru il-verifiki meħtieġa fuq dak li jkun ġie dikjarat mill-applikant.


SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA SOĊJALI

10149. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent:- 1) kemm hawn familji/households li jirċievu l-għajnuna soċjali ta':- a) Lm35.30,0 għal żewġ persuni fil-ġimgħa; b) Lm26.60,0 għal persuna waħda fil-ġimgħa; 2) jekk hawnx familji (households) li jirċievu benefiċċju ta' mard u jekk fl-affermattiv,:- a) kemm huwa n-numru ta':- 1) single person household; 2) households b'iżjed minn persuna waħda; u 3) kemm (numru) minn dawn jirċievu għajnuna oħra taħt l-umbrella tas-sigurta' soċjali u x'inhuma l-valuri ta' dawn l-għajnuniet kull ġimgħa?
ONOR. EDWIN GRECH: 1. Ma hemm l-ebda familja/households li jirċievu l-Għajnuna Soċjali bir-rata ta' Lm35.30 għal żewġ persuni fil-ġimgħa jew Lm26.60 għal persuna waħda fil-ġimgħa. Li hemm huma

rati tal-pensjoni ta' l-eta'.


(a) 78 koppja

(b) 2507 persuni li jgħixu waħedhom


Dawn il-figuri jkopru biss dawk il-persuni li jirċievu strettament ir-rati msemmija qabel. Hemm ħafna oħrajn li bejn il-pensjoni kontributorja u dik mhux kontributorja jilħqu l-istess rati msemmija.
2. In-numru ta' benefiċċjarji li fil-preżent jirċievu l-Għajnuna għall-Mard huwa kif ġej:
(a) 2293 koppji jew familji

(b) 11589 persuni li jgħixu waħedhom


3. Minn dawn il-persuni hemm numru minnhom li jirċievu wkoll benefiċċji mhux kontributorji mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Il-valur ta' dawn il-benefiċċji jvarja skond il-mezzi tal-persuna/familja kif ukoll skond liema benefiċċju jkun qed jiġi mħallas. Dan huwa kif ġej:
1089 jirċievu l-Għajnuna Soċjali

11799 jirċievu l-Allowance

Supplimentari

638 jirċievu l-Allowance tat-Tfal

2135 jirċievu Pensjoni ta' l-Eta'

215 jirċievu Pensjoni ta' Diżabilita'



28 jirċievu Pensjoni ta' l-Għomja.


DIPARTIMENT TAL-BIEDJA U SAJD - XOGĦOL TAL-KUNSILLI LOKALI

10150. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex għas-sena d-dieħla qed jiġi stmat li d-dipartiment idaħħal inqas flus mix-xogħol tal-kunsilli lokali? Liema flus se jikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Fl-1995 ma tħallsitx is-somma ta' Lm 7370.79 u fil-1996 ma tħallsitx is-somma ta' Lm 13234.19 mill-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tal-Agrikoltura. Din is-sena sa Settembru hemm dejn ta' Lm 38975.48 għax-xogħol ta' manteniment ta' ġonna u servizzi oħra. Barra minn dan kien hemm xi kunsilli li f'dawn l-aħħar xhur temmew il-kuntratt tagħhom mad-dipartiment.
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant il-kuntratti mal-Kunsilli Lokali jgħalqu f'Marzu 1998 u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jkollu jikkompeti mal-Privat għal dan ix-xoghol. Il-Gvern waqqaf kumitat inter-Ministerjali sabiex jipproponi strutturi li jgħinu lid-Dipartimenti tal-Gvern jirbħu aktar kuntratti mall-Kunsilli Lokali.


SERER - SURVEY

10151. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar fiex wasal is-survey tas-serer f'Malta u f'Għawdex li kien inbeda f'Awissu, 1996? Kemm hu n-numru ta' serer li s'issa ġew spezzjonati, f'liema nħawi u x'area fihom?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Is-Survey tas-serer f'Malta li nbeda f'Awwissu 1996, tlesta sa l-aħħar ta' Marzu 1997, pero għadna kontinwament naġġornaw u nżidu dawk is-serer li jkunu nbdew ġodda.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.


TAL-KMAND - MICROPROPAGATION CENTRE

10152. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investiment ġdid li sar mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd fil-Micropropagation Centre, f'Tal-Kmand, matul il-perjodu 1/11/96 - 31/10/97? X'kienet in-nefqa u fiex saret?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-investimenti l-ġodda li saru matul il-perjodu 01.11.96 sa 31.10.97 jinkludu:
1.Sistema ta' Shelving fil-Growth Rooms biex jiġu mkabbra l-pjanti Lm 6,177.63
2.Climatic Chambers biex jintużaw għal xogħol ta' riċerka Lm79,430.99
3.Bini ta' serra li fiha jiġu miżmuma l-pjanti wara li jiġu maħruġa mir-reċipjenti tagħhom u trasferiti fil-kompost Lm13,731.80
4.Tindif tal-Ġibjuni Lm 3,400.00
Bħalissa qiegħed isir ukoll investiment iffinanzjat mill-flus ipprovduti mill-protokol finanzjarju bejn Malta u l-Italja li jikkonsisti f'bini ta' laboratorju biex jikkumplimenta dak ezistenti, u numru ta' serer li ser ikunu mgħammra bl-aktar teknoloġija moderna. Investimenti li diġa saru fi ħdan il-protokol jinkludu:
1.Upgrading tad-distribuzzjoni tad-dawl - hlas ta' 50% Lm10,715.00
2.Estensjoni tas-sistema ta' dawl fiċ-Ċentru Lm 500.00
3.PABX ġdida fiċ-Ċentru Lm 929.78
4.Xogħol ta' Surveying biex jinbena l-laboratorju l-ġdid Lm 690.00


BIĊĊERIJA - LABORATORJI

10153. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien stmat l-investiment tal-gvern jew kemm hu mistenni li jkun fuq il-laboratorji tal-Biċċerija matul is-sena 1998? X'xogħol se jsir f'dan il-post?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 1998 huwa maħsub li jitlesta il-bini tal-laboratorju bis-servizzi kollha. Ser jinxtara equipment biex isaħħaħ is-servizz diagnostiku u ta' kontrolli tar-residwi fil-laħam. L-ispiża hija ta' madwar Lm 50,000 li tkopri wkoll l-għajnuna li ġejja minn proġetti mal-FAO u mal-Unjoni Ewropeja.


MARSAXLOKK - SLIP

10154. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq is-slip il-kbir ta' Marsaxlokk? Meta saret l-applikazzjoni lill-Planning Authority? Meta ħareġ il-permess? Meta ntalab ir-renewal ta' dan il-permess? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol attwali?
ONOR. NOEL FARRUGIA: a) 'Kif għidt f'risposta oħra x-xogħol fuq is-slipway il-kbira ta'Marsaxlokk isir meta l-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż tkun tippermetti.
b) L-applikazzjoni lill-Planning Authority saret fl-ewwel ta' Frar 1996 wara 9 snin ta' Gvern Nazzjonalista.
c) Il-permess ħareġ fl-24 ta' Settembru 1996, xahar biss qabel l-elezzjoni u meta ma' kienx hemm flus ivvutati għal dan il-għan.

d) Jiena nfurmat mill-marine section tad-dipartiment tax-xogħlijiet li l-permess jagħlaq fl-24 ta' Settembru 1999 u għalhekk m'hemmx kas ta' talba ta' renewal ghalissa.


e) Kif għidt fuq, ix-xogħol isir meta l-pożizzjoni finanzjarja tal-pajjiż tippermetti.'


PITKALIJA - ĦLAS MIX-XERREJJA

10155. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu llum in-numru ta' xerrejja li qed iħallsu għand l-iskrivani tal-gvern? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' xerrejja li kienu jħallsu fl-istess post, qabel ma' daħal fil-Pitkalija l-APS Bank (f'termini ta' flus)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Mill-ewwel ta' Mejju 1997 bl-introduzzjoni tal-APS Bank il-ħlas kollu jsir għand il-Bank u ħadd ma għadu jħallas lill-iskrivani tal-Gvern.
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li wara eżerċizzju ntensiv li sar din is-sena mid-Dipartiment, in-numru ta' xerrejja tnaqqas minn madwar 1160 għal madwar 860 billi tneħħew dawk ix-xerrejja li kienu inattivi u kienu qed iservu biss għall-abbuzi.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



SANTA VENERA: TWAQQIGĦ TA' BINI LLEGALI

W1,047. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jekk l-informazzjoni mitluba f'domanda numru 9469 inġabret, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħarrafni b'dan it-tagħrif?
ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9469 ingħatat fis-Seduta Numru 142.


PA - APPLIKAZZJONI GĦAL PERMESS TA' GARAXX

W1,053. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-applikant ingħatax permess mill-Planning Authority biex l-okkupant ta' 30, Abela Street, Santa Venera jagħmel użu minn dan il-fond bħala garaxx b'detriment għall-ġirien?
Meta inħareġ il-permess?
Kien hemm oġġezzjoni?
Jista' jiġi ttraċċjat l-iter tal-proċess li seta' wassal għall-approvazzjoni? Min kien il-case officer?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-permess maħruġ fuq il-fond imsemmi jawtoriżża modifikazzjoni strutturali sabiex il-post jiġi mibdul f' garaxx għall-karozzi privati.
Il-permess inħareġ fis-6 ta' Ottubru 1997 fuq applikazzjoni li kienet ġiet sottomessa fis-26 ta' Settembru 1996. Irid jiġi rrimarkat illi l-permess inħareġ wara talba ta' rikonsiderazzjoni li kienet ġiet magħmula wara rifjut illi kien intbagħat fil-5 ta' Marzu 1997.
Jirriżulta wkoll illi kienet saret oġġezzjoni minn ġara illi tabita' fir-residenza sopraposta.
Peress illi jeżistu iżjed garaxxijiet simili fil-viċinanza u fl-istess triq, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħasset illi l-proposta kellha tiġi milqgħuha posittivament.
Is-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser tassigura illi l-permess jiġi rispettat fl-ispirtu tal-kondizzjonijiet li nħareġ bihom.
Ma narawx li hemm raġuni li jingħata isem il-"case officer" li ħadem fuq din l-applikazzjoni.


PA - APPLIKAZZJONI 3634/97

W1,061. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Planning Authority bin-numru 3634/97 tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
ONOR. GEORGE VELLA: PA 3634/97 jirrelata għall-applikazzjoni ta' change of use from garage used previously as carpenter's workshop to Hi-Fi Outlet. Biex din l-applikazzjoni tiġi pproċessata l-Awtorita', b'ittra datata 30 ta' Ottubru 1997, informat lill-applikant u lill-perit li għandha bżonn kopja ta' liċenzja tal-pulizija li tindika li dan il-garage kien jintuża bħala workshop. L-applikant informa lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ma setax jikseb din l-informazzjoni għax il-liċenzja ma kienitx f'ismu. L-Awtorita', b'ittra datata 14 ta' Novembru 1997, informat lit-Trading Licences Office biex jibagħtu l-kummenti tagħhom.
-----------------------------------
Yüklə 372,25 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin