MALTA
DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)
IT-TMIEN PARLAMENT
Seduta Nru. 152
Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997
Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan
Kamra tad-Deputati
MALTA
Prezz Lm1
IT-TMIEN PARLAMENT
Seduta Nru. 152
Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997
Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,
il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.06 p.m.
Talba
SEDUTA NRU. 152
Is-Sibt, 22 ta' Novembru, 1997
WERREJ
MINUTI 193
MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 193
TQEGĦID TA' KARTI 201
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 202
KUMITAT TA' PROVVISTA 202
ESTIMI ĠENERALI 1998 202
L-GĦAXAR JUM STABBILIT 202
MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD 202
AĠĠORNAMENT 230
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 231
MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB 237
MINUTI
MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm korrezzjonijiet għall-Minuti? L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, l-Onor. Victor Galea Pace kien preżenti fl-aħħar seduta u nitlob biex ismu jinqata' mil-lista tal-Membri assenti.
MADAM SPEAKER: Hemm iktar korrezzjonijiet? L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI (Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru): Madam Speaker, iktar milli korrezzjoni nixtieq nagħmel punt ta' kjarifika f'isem il-kollega tiegħi l-Ministru Vella. Kif tista' tikkonferma s-Sedja, il-qanpiena li tinsab biswit l-uffiċċji tal-Ministru Vella u l-Ministru Bartolo ma kenitx qed taħdem u l-Ministru Vella ma kienx hawn ġew preżenti l-aħħar darba li ltqajna għaliex ma semax il-qanpiena.
MADAM SPEAKER: Issa l-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati? (Onor. Membri: Iva)
Il-Minuti tas-Seduta Nru. 151 li saret fit-22 ta' Novembru, 1997 ġew konfermati.
MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI
MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - DELEGAZZJONIJIET
9586. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet fid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru, 1997? X'kien l-iskop ta' kull safra, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull safra u kemm intnefaq għal kull safra? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll mingħand liema aġenziji ta' l-ivvjaġġar ittieħdu l-biljetti ta' l-ajru u kemm tħallas lil kull aġenzija?
ONOR. GEORGE VELLA (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent): It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
OPM - KIRI TA' KAROZZI
9628. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' jagħti lista ta' l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U TA' L-AMBJENT - KIRI TA' KAROZZI
9629. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 il-Ministeru tiegħi għamel użu mis-servizzi ta' dawn l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi u ħallas lil kull aġenzija l-ammont indikat ħdejn l-isem tagħha:
1. John's Garage Limited
Lm 6,682.02 (kiri ta' karozzi bix-xufier) u Lm1,464.86 (karozzi self-drive)
2. Butterfly Garage
Lm 8,779.83 (kiri ta' karozzi self-drive)
3. Sterling Car Rentals
Lm 2,283.56 (kiri ta' karozzi self-drive)
4. St. John Garage
Lm 3,541.25 (kiri ta' karozzi self-drive)
5. Frank Borda Limited
Lm16,165 (kiri ta' karozzi self-drive)
6. Swift Rent-a-Car Limited
Lm14,088 (kiri ta' karozzi self-drive)
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI U KULTURA NAZZJONALI - KIRI TA' KAROZZI
9630. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Ninsab informat li l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u l-infiq għalihom fid-dikasteru li għalih jien responsabbli matul il-perijodu indikat mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:-
(a) Ministeru/Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni
1. Swift Rent-a-Car
|
Lm4235.50
|
2. Auto Rentals
|
826.68
|
3. Butterfly Garage Co.Ltd.
|
5700.16
|
4. Aquarius Rent-a-Car
|
777.08
|
Ta' min jinnota li għall-aħħar tal-perijodu msemmi hemm xi kontijiet li s'issa għadhom ma ntbagħtux.
(b) Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti
Segretarjat
1. Delcarm Ltd
|
Lm1916.20
|
2. Butterfly Garage Co. Ltd
|
248.28
|
Dipartiment tal-Kultura u taż-Żgħażagħ u Sport
-
1. Delcarm Ltd
|
Lm8355.19
|
2. Auto Rentals
|
125.06
|
3. John's Garage
|
26.80
|
Id-dipartimenti għadhom ma rċevewx il-kont għax-xahar ta' Ottubru, 1997 mingħand id-ditta Delcarm Ltd.
(ċ) Dipartiment tal-Mużewijiet
1. Butterfly Garage Co. Ltd
|
Lm1102.98
|
2. Auto Rentals
|
1205.25
|
3. Lawrence Mercieca
|
1143.20
|
4. SilverStar Garage
|
44.35
|
5. Wembley Motors Ltd.
|
5.50
|
(d) Dipartiment tal-Bibljoteki u Arkivji
1. Butterfly Garage Company Ltd. - Lm13.80
(e) Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali
1. Wembley Motors Ltd.
|
Lm 51.30
|
2. Percius Car Hire
|
85.00
|
3. John's Garage
|
246.66
|
4. Merlin International
|
348.79
|
Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija m'għamlu użu mill-ebda aġenzija ta' kiri ta' karozzi fil-perijodu msemmi.
MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - KIRI TA' KAROZZI
9631. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru tal-Finanzi u Kummerċ): It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - KIRI TA' KAROZZI
9632. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. CHARLES MANGION (Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali): Mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru, 1997 il-ministeru tiegħi - flimkien mad-dipartimenti u kummissjonijiet li jaqgħu taħti - għamel dan l-infiq għall-kiri ta' karozzi:-
|
Lista t'Agenziji ta' Kiri ta' Karozzi.
|
Infiq
|
Ministeru
|
Michael Attard Ltd B'Bajda
|
Lm9565.18
|
|
Siljoe Garage, Luqa
|
715.50
|
|
Wembley Garage St.Julians
|
100.70
|
Qrati ta' Malta
|
Wembley Garage St.Julians
|
74,143
|
|
Budget Car & Van Rentals,Marsa
|
8,657
|
|
Frank Borda Ltd, Msida
|
4,636*
|
Dipartiment Kunsilli Lokali
|
Paul & Rocco Ltd,Gzira
|
5811.75
|
Avukat Generali
|
Michael Attard Ltd, B'Bajda
|
160.00
|
|
Siljoe Garage, Luqa
|
705.00
|
Registru Pubbliku
|
Michael Attard Ltd, B'Bajda
|
1943.13
|
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni
|
Wembley Garage, St.Julians
|
133.50
|
* (Ma jinkludix invoices għal Ottubru 1997).
MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U KOSTRUZZJONI - KIRI TA' KAROZZI
9633. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-perijodu ta' bejn l-1 ta' April u l-31 ta' Ottubru, 1997 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-aġenziji tal-kiri ta' karozzi wżati u kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR (Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni): Il-figuri murija hawn taħt juru l-infiq li sar lill-aġenziji ta' kiri ta' karozzi wżati kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma
Aquarius Rent A Car
|
Lm 10,787.38
|
Pyramid Car Rentals
|
1519.08
|
Mike's Garage
|
23.62
|
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni
Butterfly Garage
|
Lm 890.26
|
Swift Rent A Car
|
45,390.22
|
Sterling Car Rentals
|
16,801.50
|
Pyramid Enterprise Ltd
|
15,453.24
|
Pinapple Car Hire
|
1,836.40
|
Buvell Car Rentals
|
2,022.58
|
ENEMALTA - SERVIZZ TA' DAWL
9940. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti għas-servizz tad-dawl, distrett b'distrett, skond id-distretti ta' l-Enemalta? Kemm ilha f'kull distrett l-iktar domanda qadima għas-servizz tad-dawl?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Borg, mistoqsija supplimentari.
ONOR. TONIO BORG: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx maħsub li jsir xi bdil fit-tariffi l-ġodda tad-dawl li ġew imħabbra fil-budget?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Brincat.
ONOR. LEO BRINCAT: Le.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Michael Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI: Peress li kien intqal li s-servizzi tad-dawl se jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jgħidli jekk il-Korporazzjoni Enemalta ħaditx xi deċiżjoni dwar dan?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: S'issa kollox għadu under discussion, jiġifieri għadhom ma tteħdux deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Bonnici.
ONOR. MICHAEL BONNICI: Jekk m'iniex sejjer żball ftit taż-żmien ilu inti għidtilna li waslet biex tittieħed deċiżjoni f'dan ir-rigward u li r-responsabbilta' tas-servizzi tad-dawl se taqa' f'idejn il-kunsilli lokali.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: Għadu ma ntlaħaqx qbil fuq id-dettall ta' din il-proposta mal-ministeru tal-ġustizzja u kunsilli lokali.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Peress li meta ġie mistoqsi jekk hux maħsub li jsir xi bdil fit-tariffi l-ġodda tad-dawl li ġew imħabbra fil-budget il-Ministru wieġeb fin-negattiv, dan ifisser li hu qed jikkonferma li mill-budget 'l hawn qed iħoss li m'hemmx bżonn issir reviżjoni fit-tariffi tad-dawl? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hijiex qed issir reviżjoni f'tariffi ta' servizzi oħrajn, bħal dawk ta' l-ilma u d-drenaġġ? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, dawn il-kalkoli għaliex ma sarux qabel il-budget?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: M'għandi xejn x'inżid mal-pożizzjoni kif iddikjarata fil-budget.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI(Kap ta' l-Oppożizzjoni): Peress li llum wara nofsinhar ħarġet press release li suppost għamel il-Ministru Charles Buhagiar fuq ir-rati riveduti ta' l-ilma, jista' l-Ministru jgħidilna x'inhu jiġri? Jekk fhimt sewwa, fil-press release issemma li ċerti kategoriji ta' households mhux se jħallsu s-service charge. Imma l-fatt hu li l-households li qed jieħdu xi tip ta' assistenza soċjali diġa' huma eżenti minn dan is-service charge. Allura jista' l-Ministru jispjega xi tfisser eżattament il-press release li ħarġet? Qed nagħmel din il-mistoqsija għax meta qrajtha jien ma fhimt xejn.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jidher ċar li l-Membri tan-naħa l-oħra la qagħdu attenti għad-diskors tal-budget u lanqas għad-diskors tal-Prim Ministru għar-rigward tal-budget għax din il-ħaġa ssemmiet fiż-żewġ diskorsi. Fil-fatt kulma sar fl-istqarrija li ħarġet illum huwa li ġie ċċarat dak li ntqal f'dawn iż-żewġ diskorsi. L-ewwelnett irrid ngħid li f'ċerti każijiet ikun hemm rebate fuq it-tariffi li jitħallsu fuq dawl u meter charge, sistema li ilha titħaddem u ma bdietx issa. Allura jekk, per eżempju, il-meter charge kien jammonta għal Lm3.60 dawn il-households kienu jħallsu biss xi Lm1.20. Issa, peress li l-meter charge sar jissejjaħ service charge, kulma ntqal fl-istqarrija kien li se tibqa' tiġi applikata l-istess sistema ta' rebate kemm fuq is-servizzi, kif ukoll fuq is-service charge tad-drenaġġ, jiġifieri ma ntqal xejn ġdid f'din l-istqarrija.
Pero', kif għidt diġa', l-Onor. Membri tan-naħa l-oħra tant ma qagħdux attenti għal dak li ntqal fil-budget u tant kienu moħħhom biex ipinġuna "bla kuxjenza soċjali", li lanqas ittendew bl-iskop ta' din l-istqarrija.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, jiġifieri l-Ministru jista' jikkonferma li ma tbiddel xejn minn dak li ntqal fil-budget?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Iva, dan nista' nikkonfermah.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit.
ONOR. NINU ZAMMIT: Madam Speaker, jien qed nifhem tajjeb - għax jew m'iniex qed nifhem sew jien jew inkella ħaddieħor ma jridx jispjega tajjeb - li l-Ministru qal li wara li fl-1994 ġew immodifikati t-tariffi, dawk il-households li jieħdu xi tip ta' social assistance kienu jħallsu nofs it-tariffa tal-meter charge? (Interruzzjonijiet) Mela ħalli nerġa' nfiehmek ħalli tifhem tajjeb u nitolbok toqgħod attent għal dak li se ngħid! (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: Ejja għall-mistoqsija u m'hemmx kummenti oħra, jekk jogħġbok.
ONOR. NINU ZAMMIT: Madam Speaker, il-Ministru lilna qalilna li ma qgħadniex attenti u allura jien nista' ngħidlu l-istess! Fhimt tajjeb li l-Ministru qal li wara li fl-1994 ġew immodifikati t-tariffi, dawk il-households li jieħdu xi tip ta' social assistance kienu jħallsu nofs it-tariffa tal-meter charge?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ħalli nerġa' nispjega dak li għadni kif għidt, Madam Speaker. Dawk il-households li qabel kienu jħallsu biss parti mill-meter charge issa se jkunu eżenti milli jħallsu s-service charge kollu wkoll u l-istess rebate se tkun tapplika anke għat-tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Dan ifisser li Tabella B li tinsab f'paġna 80 tad-diskors tal-budget hija żbaljata? GĦax taħt il-kolonna "Ħlas tas-Servizz" hemm "0" għal dawk li jieħdu l-assistenza soċjali, jiġifieri suppost li m'huma se jħallsu xejn. Allura issa l-Ministru qed jgħid li dan is-servizz mhux se jkun b'xejn għal dawk li jieħdu l-assistenza soċjali imma se jkollhom biss rebate?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Safejn naf jien dik it-tabella hija korretta. Jien għadni kif għidt li min qiegħed fuq l-assistenza soċjali mhux se jħallas għas-servizz?
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, l-ewwel meta l-Ministru kien qed jirrispondi għal domanda li għamiltlu jien, qal li qabel dawn il-households kienu jħallsu biss xi Lm1.20 u qal ukoll li issa dawn se jibbenefikaw minn rebate. GĦalhekk jien qed nattiralu l-attenzjoni li Tabella B li tinsab f'paġna 80 tal-budget speech tindika li min qiegħed fuq l-assistenza soċjali ma kien iħallas xejn u issa m'hu se jħallas xejn.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Dik it-tabella, li tirriferi għat-tariffi l-ġodda, tikkonferma dak li għidt jien, jiġifieri li min qiegħed fuq l-assistenza soċjali mhux se jħallas tariffi tas-servizzi.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Qabel minflok is-service charge kien hemm il-meter charge. Il-Ministru qal li qabel għall-meter charge kien hemm rebate u issa wkoll se jkun hemm dan ir-rebate. Imbagħad meta jien għidtlu biex jikkonferma li ma tbiddel xejn minn dak li ntqal fil-budget, dan ikkonfermali li ma tbiddel xejn, minkejja li llum fit-3.00 p.m. ħareġ stqarrija. Issa jien qed nattira l-attenzjoni tal-Ministru li r-risposta tiegħu kienet żbaljata għax fil-fatt f'Tabella B li hemm mad-diskors tal-budget hemm indikat li dawk li qegħdin fuq l-assistenza soċjali mhux rebate se jkollhom imma m'huma se jħallsu xejn għas-servizz.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Meta għidt li dawk il-households li qegħdin fuq l-assistenza soċjali se jkollhom rebate jien kont qed nirriferi għall-ħlas, għall- konsum ta' l-elettriku u mhux għas-service charge ta' l-ilma. Ir-rebate jingħata fuq il-konsum ta' l-elettriku. Min qiegħed fuq l-assistenza soċjali mhux se jħallas service/charge ta' l-ilma. Ħalli nispjega ruħi aħjar.
Dawk il-persuni li qegħdin fuq l-assistenza soċjali u sarilhom means test, ngħidu aħna n-nies qegħda u l-pensjonanti - kemm dawk li jieħdu pensjoni kontributorja kif ukoll dawk li ma jeħdux din it-tip ta' pensjoni - la se jħallsu t-tariffa li hemm fuq is-servizz tad-drenaġġ u lanqas fuq is-servizz ta' l-ilma. Min-naħa l-oħra, fil-każ tas-servizz ta' l-elettriku, dawn se jkollhom rebate.
F'dan li qed ngħid m'hemm xejn ġdid u fil-fatt "The Malta Independent" ta' nhar il-Ġimgħa diġa' rrapportat li jien għidt dan il-kliem. Jiġifieri kieku l-Membri tan-naħa l-oħra jaqraw il-gazzetta "The Malta Independent" kienu jsibu dan ir-rapport.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Jien il-gazzetti nipprova naqrahom kuljum pero' l-iktar li naqra huwa d-diskors tal-budget. (Interruzzjonijiet) Jiddispjaċini, imma aħna fuq il-budget speech konna qed nitkellmu.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Carmelo Borg.
ONOR. CARMELO BORG: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna xi kemm hemm nies li qegħdin fuq l-assistenza soċjali bejn wieħed u ieħor?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Hemm 48,000 pensjonant u mbagħad hemm xi 7,000 li għandhom pensjoni mhux kontributorja u ma nafx kemm-il elf unemployed. Lil dawn kollha jsirilhom means test ħalli jiġi kkonsidrat jekk jikkwalifikawx għall-eżenzjoni tat-tariffa li hemm fuq is-servizz tad-drenaġġ u ta' l-ilma u r-rebate fuq is-servizz ta' l-elettriku.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Il-Ministru jikkonferma li l-Water Services Corporation informatu li dawk li jikkwalifikaw għal zero rating fuq is-service charges jammontaw għal 4,607?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Le.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Jista' l-Ministru jwegħedni li se jara jekk din il-figura li għadni kif tajtu hijiex korretta?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qabel naraw kemm hu n-numru ta' nies li jikkwalifikaw għal zero rating fuq is-service charge ikun aħjar jekk l-ewwelnett joħorġu l-applikazzjonijiet biex wieħed ikun jista' jgawdi minn din l-eżenzjoni.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Vassallo.
ONOR. ADRIAN VASSALLO: Jista' l-Ministru jgħid jekk in-numru ta' persuni li għandhom il-karta r-roża, jiġifieri l-unemployed, il-pensjonanti u s-single parents, ilaħħaqx iktar minn 30,000 persuna? Dawn kollha se jkunu ntitolati għar-rebate fuq is-servizz ta' l-elettriku u għall-eżenzjoni fuq it-tariffa tas-servizz tad-drenaġġ u ta' l-ilma? GĦax safejn naf jien dawn il-kategoriji ta' nies kollha ngħataw rebate fuq dawn is-servizzi fil-passat.
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Jekk kemm-il darba l-means tests għall-karta r-roża u għal dawn ir-rebates huma l-istess, dawn in-nies kollha jibbenefikaw mir-rebate u minn dawn l-eżenzjonijiet fuq is-servizzi tad-drenaġġ, ta' l-ilma u ta' l-elettriku.
MADAM SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, nixtieq ninsisti li fid-diskors tal-budget il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ annunzja miżura qawwija ħafna fir-reviżjoni tar-rati ta' l-ilma. Fil-fatt f'Tabella B, li diġa' rriferejt għaliha, eżattament taħt il-kolonna "Ħlas tas-Servizz" u ħdejn "Assistenza Soċjali", hemm miktub "0". Il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ jaf kemm se taffettwa familji din il-miżura? GĦax mill-informazzjoni li għandi jirriżulta li din il-miżura tapplika biss għal 4,607 household. Jista' l-Ministru jgħidli jekk kienx jaf kemm din il-miżura se taffettwa familji qabel ma ppreżenta l-budget?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. LEO BRINCAT: M'għandix il-figuri eżatti hawnhekk imma nista' ngħid li saru konsultazzjonijiet mal-Water Services Corporation f'dan ir-rigward.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit.
ONOR. NINU ZAMMIT: Madam Speaker, il-Ministru jaf li wara li fl-1994 aħna mmodifikajna t-tariffi, dawk il-households li kienu jaqgħu taħt l-assistenza soċjali ma kenux iħallsu meter charge? (Interruzzjonijiet) Hawn irrid nikkonferma dak li għadu kif qal il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jiġifieri li din il-miżura tapplika biss għal 4,607 household. Jaf il-Ministru li f'paġna 48 - jekk m'iniex sejjer żball, għax qed nikkwota mill-memorja - ta' l-annual report 1995/96 tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hemm miktub li n-numru ta' dawk li jaqgħu taħt l-assistenza soċjali jammonta għal madwar 5,002 familja? Allura kif f'sena taħt Gvern Laburista dan in-numru tant kiber li ġie jlaħħaq 62,000 familja? Ġibtu lil Malta bħas-Somalja! (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: Żommu l-ordni, jekk jogħġobhom (Interruzzjonijiet) Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, peress li fil-press release li ħarġet illum fit-3.00 p.m. il-Ministru informa lill-pubbliku li l-miżuri li ttieħdu se jaffettwaw 62,000 familja ... (Interruzzjonijiet) Jien ftakart din il-figura bl-amment imma l-Onor. Gonzi kien ġentili biżżejjed li ġabli din l-informazzjoni wkoll. (Interruzzjonijiet) Jien naf li ma jistax ikun li dawn il-miżuri se jaffettwaw 62,000 familja. Imma fil-press release tal-lejla l-Ministru qal li minbarra li se jkun hemm zero rating għall-ħlas tas-servizzi tad-drenaġġ u ta' l-ilma għal min jgħix fuq l-assistenza soċjali, dan se jkun japplika wkoll għal dawk il-koppji li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-Lm35.30 fil-ġimgħa u għal dawk il-persuni li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx is-Lm26.60 fil-ġimgħa. Allura dan jgħodd biss għal dawk li jieħdu l-pensjoni mhux kontributorja jew anke għal dawk li għandhom pensjoni kontributorja? Il-Ministru kif wasal għall-figura ta' Lm35.30? Dawn il-Lm35.30 jinkludu wkoll il-Lm1.50 fil-ġimgħa żieda li se jieħdu dawn il-familji minħabba l-għoli tal-ħajja? Nixtieq li l-Ministru jispjegali kif wasal għal ċerti kalkoli, fosthom għall-kalkolu li dawn il-miżuri se jaffettwaw 62,000 familja. (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Madam Speaker, jien din diġa' spjegajtha, imma forsi tan-naħa l-oħra m'humiex qegħdin attenti biżżejjed. Dawk li qegħdin fuq xi tip ta' assistenza soċjali jew qed jieħdu xi pensjoni jistgħu japplikaw biex ikollhom rebate fuq is-servizz ta' l-elettriku jew inkella eżenzjoni fil-meter charge tad-drenaġġ u ta' l-ilma u jiġu kkonsidrati abbażi ta' means test. Onor. Fenech Adami, hekk tgħid l-istqarrija jekk taqraha tajjeb. Fil-fatt aħna wasalna għall-figura ta' 62,000 familja fuq dan il-kalkolu.
Jien personalment ma nafx kemm hemm pensjonanti li jikkwalifikaw għal dawn ir-rebates u għal din l-eżenzjoni imma naħseb li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali għandu l-informazzjoni kollha.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda. Ngħaddu għat-Tqegħid ta' Karti. Il-Ministru Attard Montalto.
Dostları ilə paylaş: |