ONOR. JOE MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:
Mozzjonijiet Mozzjoni ta' Proċedura b'riferenza għall-Mozzjoni numru 98.
Ordnijiet tal-Ġurnata Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Emenda Nru 2) - it-Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;
Riżoluzzjoni tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni dwar Malta u l-Unjoni Ewropea - Kontinwazzjoni; u
Xi aġenda oħra li tista' tiġi komunikata aktar tard.
----------------------------------
Abbozz ta' Liġi dwar il-Condominia - Kumitat Permanenti (Kont.);
Abbozz ta' Liġi biex jagħmel Provvedimenti Speċjali dwar Proċeduri quddiem Qrati - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Lottu Pubbliku - Kumitat Permanenti; u
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Pools tal-Gvern Malti fuq il-Logħob - Kumitat Permanenti.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. Skond il-Mozzjoni Nru. 98 il-Kamra hija aġġornata għal nhar l-Erbgħa, 26 ta' Novembru, fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.
Fid-9.42 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
SKEJJEL - TARXIEN
9945. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma ppjanati li jsiru fl-Iskola Sta. Marija Goretti, f'Ħal Tarxien u meta huma ppjanati li jsiru dawn ix-xogħlijiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
KARNIVAL - IMĦAŻEN TAL-KARRIJIET
9946. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jonfoq il-Vot dwar l-imħażen tal-karrijiet tal-Karnival li f'dan il-budget reġgħu ġew ivvotati bħas-sena ta' qabel? Jista' jgħid ukoll fiex jinsab l-istħarriġ biex jinsabu siti alternattivi għall-imħażen attwali?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
COMMUNITY CHANNEL - CHANNEL NO. 12
9947. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jieħu biex jiżgura li l-Community Channel (Channel 12) jibqa' jittrasmetti? Jekk se jiġi mwaqqaf, x'se jsir mill-impjegati li qed jaħdmu f'dan iċ-Channel?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li għaddejjin diskussjonijiet dwar il-futur ta' Channel 12 u l-ġejjieni ta' l-impjegati li jaħdmu f'dan il-qasam.
VALLETTA - BELT KULTURALI EWROPEA
9948. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti/programmi fl-okkażjoni tal-Belt Kapitali bħala Belt Kulturali Ewropea? Kemm mistennija jkunu l-ispejjeż involuti u kemm se joħroġ minnhom il-Gvern? Liema ministeri se jikkontribwixxu għal dan l-avveniment importanti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-Gvern Nazzjonalista ħallielna sitwazzjoni finanzjarja tant ħażina li ma tippermettix norganizzaw kif jixraq l-okkażjoni tal-Belt Kapitali bħala belt Kulturali Ewropea. Se nagħmlu l-aħjar li nistgħu fiċ-ċirkostanzi li għandna.
Id-dettalji mitluba jiġu ppubblikati fiż-żmien opportun.
KARNIVAL - TRAILERS
9949. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tal-pagament tat-trailers li nxtraw għall-użu tal-karristi fil-Karnival? Jista' jgħid ukoll kemm inxtraw trailers?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-kondizzjonijiet tal-pagamenti dwar il-ħlas tat-trailers huma ta' 50% tas-somma totali dovuta sa tliet xhur wara d-delivery tat-trailers u l-kumplament tal-bilanċ jitħallas sa l-aħħar ta' Ottubru, 1998.
Il-Kummissjoni Karnival xtrat 13-il trailer għall-prezz ta' Lm1.485 kull trailer.
UNIVERSITA' - STUDENTI
9950. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda ta' l-istudenti tal-korsijiet tal-Liġi u tal-B. Com. li qegħdin fir-4 sena fil-konfront tar-riforma fl-istipendji adottata preżentement?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MALTA/ĊINA - FTEHIM
9951. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-Artiklu 7 ta' l-Agreement on Trade and Economic Co-operation bejn Malta u ċ-Ċina, li l-Viċi Prim Ministru poġġa kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-16 ta' Lulju 1997, jista' jekk jogħġbu jgħidilna min huma r-rappreżentanti Maltin fuq il-Joint Commission?
ONOR. GEORGE VELLA: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9951 ta' l-Onor. Joe BorG dwar l-Agreement on Trade and Economic Co-operation bejn Malta u ċ-Ċina, ir-rappreżentanti Maltin fuq il-Joint Commission jintgħażlu ftit taż-żmien qabel il-laqgħa li tkun se ssir, u jintgħażlu skond l-aġenda ta' dik il-laqgħa partikolari.
TA' ĠIORNI - PROPRJETA'
9952. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjeta' f'Ta' Ġiorni li qabel kienet is-St. Michael's Training College hijiex mogħtija b'ċens jew b'kera, lil min hija mogħtija u minn meta ġiet mogħtija b'ċens jew b'kera lil min qed jokkupaha fil-preżent u meta se tiskadi l-kera jew ċens, u liema proċedura ġiet adottata biex ingħatat b'ċens jew b'kera lil min qed jokkupaha fil-preżent?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: B'riżoluzzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentanti li ttieħdet fis-26 ta' Mejju, 1976 il-Gvern ta' Malta ddeċieda li jbiegħ il-proprjeta' tiegħu magħrufa bħala The Malta College of Education f'Ta' Ġiorni (qabel is-St. Michael's Training College) lill-Gvern tal-Libyan Arab Republic għas-somma ta' Lm925,000.00.
Il-kuntratt tal-bejgħ sar quddiem in-Nutar Anthony Attard, Nutar Prinċipali tal-Gvern fit-28 ta' Mejju, 1976.
SKEJJEL - EŻAMIJIET
9953. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li mit-time-tables li ġew imħabbra lil dawk l-istudenti li s-sena d-dieħla se jersqu għall-eżamijiet ta' l-"O" levels kemm tal-GCSE (London) kif ukoll tal-MATSEC jidher li ħafna minn dawn l-eżamijiet se jsiru fl-istess ġranet u fl-istess ħin, b'mod li dawk l-istudenti li kellhom iċ-ċans li joqogħdu għall-GCSE u għall-MATSEC issa tilfu dan iċ-ċans, jista' l-Ministru jintervjeni biex it-time-tables għal dawn l-eżamijiet ma jaħbtux flimkien ħalli l-istudenti jkollhom iċ-ċans li jagħmlu l-eżamijiet kemm tal-MATSEC kif ukoll tal-GCSE.?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
SAĦĦA - POSTIJIET VAKANTI
9954. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti għall-postijiet ta':- Technician (Mechanical Draughtsman); Assistant Principal Medical Laboratory Technologist; Senior House Officer fid-Dipartiment tar-Radjoloġija; Senior House Officer fid-Dipartiment tal-Mediċina; Senior Registrar (Psychiatry); Technician (Industrial Design); (Gazzetta tal-Gvern 14/11/97 Nru. 16539 P.6542)? Kemm minnhom għaddew u kemm se jiġu mpjegati?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ir-riżultati tal-postijiet msemmija mill-Onor Interpellant ġew ippublikati u twaħħlu fin-Notice Boards tad-Diviżjoni tas-Saħħa u tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni mitluba dwarhom kif ġej:
NUMRU TAL APPLIKANTI
NUMRU LI GHADDEW
NUMRU LI SER JIGU MPJEGATI
Technician (Mechanical Draughtsman)
5
1
1
Ass. Princ. Med.Lab Tech.
25
20
4
SHO fir-Radjologija
20
10
3
SHO fil-Mediċina
19
15
7
Senior Registrar (Psychiatry)
1
1
1
Technician (Industrial Design)
6
1
1
ETC - KORSIJIET ĠODDA
9955. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew korsijiet ġodda mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ matul ix-xahar ta' Ottubru, kemm attendew/qed jattendu nies għalihom u kemm hu t-tul ta' kull kors?
ONOR. EDWIN GRECH: F'Ottubru 1997, il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bdiet 52 kors. Id-dettalji mitluba huma kif ġej:
Kors
Numru ta' Korsijiet
Tul tal-kors f'sigħat
Numru ta 'Partecipanti
Office Skills
3
135
39
Computer skills
32
15
410
Accounts
2
96
117
Wages Clerk
1
21
9
Kura tal-Anzjani
4
15
153
Customer Care
1
12
22
Ref. & Air Conditioning
1
160
22
Literacy/Trade
3
480
13
Industrial Cleaning
2
24
25
Environmental Maintenance
1
130
26
Retailing
1
30
12
Train the Trainers
1
50
11
Total
52
859
ENEMALTA - PETROLEUM DIVISION
9998. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-losses fil-petroleum division (prodotti raffinati taż-żejt fl-ex-Shell Installations f'Birżebbugia) fil-perijodu 1/1/93-1/11/94, 1/11/94-1/11/95, 1/11/95-1/11/96 u l-losses għal Ottubru 1997?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-losses fil-Petroleum Division fil-perijodi ndikati mill-Onor. Membru huma kif jidher hawn taħt:-
01/01/93-31/10/94
(1,893,250)Lts.
(1,434,818)M.Tons
(Lm99,248.82)
01/11/94-31/10/95
(2,396,151)Lts.
(1,818,069)M.Tons
(Lm113,952.69)
01/11/95-31/10/96
(2,761,135)Lts.
(2,124.760)M.Tons
(Lm150,141.85)
Il-losses għal Ottubru 1997 għadhom qegħdin jinħadmu.
MELLIEĦA/VALLETTA - TRASPORT PUBBLIKU
9999. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fuq ir-rotta tal-Mellieħa/Valletta jkun hemm żieda fil-frekwenza tal-vjaġġi kif ukoll estensjoni fil-ħinijiet li fihom l-istess karozzi tal-linja jaħdmu fuq din ir-rotta?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-iskedi taż-żewġ rotot li jaqdu l-ħtiġiet ta' dawk li jridu jivvjaġġaw bejn il-Mellieħa u l-Belt, jiġifieri r-rotot 43/44 u 45, jinbidlu mill-anqas erba' darbiet fis-sena għaliex il-patrunaġġ jitla' jew jinżel skond l-istaġuni. Barra minn hekk, ġieli jintużaw karozzi minn tar-Rotta 49 meta jkun hemm domanda qawwija u allura l-karozzi ta' l-ewwel zewġ rotot msemmija ma jkunux jistgħu jlaħħqu mad-domanda.
Kopja ta' l-iskeda preżenti għaż-żewġ rotot msemmija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
Jiena nformat ukoll li barra minn hekk, tajjeb li wieħed ikun jaf li bejn Tas-Sliema u ċ-Ċirkewwa u bejn Buġibba u ċ-Ċirkewwa hemm servizzi diretti li, naturalment, naqqsu sostanzjalment il-pressjoni minn fuq ir-rotot 45 u 44.
POSTA LTD - ĦADDIEMA
10000. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħaddiema li spiċċaw minn ma' Posta Ltd (jew xi dipartiment ieħor minn flokha) fil-perijodu 1/1/97-15/11/97?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema ġodda li daħlu ma' l-istess intrapriża fl-istess perijodu?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li mill-1 ta' Jannar, 1997 sal-15 ta' Novembru, 1997 in-numru ta' ħaddiema li spiċċaw minn ma' Posta Limited u mill-Uffiċċju tal-Postmaster General kien ta' 52.
Jiena nformat ukoll li fl-istess perijodu ġew impjegati 17-il pustiera każwali.
P.A. - BINI TA' BUS TERMINUS
10001. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li tiġi sottomessa lill-Planning Authority l-applikazzjoni tal-Public Transport Authority għall-bini ta' bus terminus ġdid fl-inħawi taż-Żurrieq?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li għalissa għadu m'hemm ippjanat l-ebda `terminus' ġdid tal-karozzi tal-linja fl-inħawi taż-Żurrieq.
VETTURI KUMMERĊJALI - LIĊENZJI
10002. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi ħlas sar mis-sidien tal-vetturi differenti f'dak li hu ħlas ta' liċenzji għall-vetturi kummerċjali fil-perijodu 1/1/97-31/10/97?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
TRASPORT PUBBLIKU - PASSIĠĠIERI
10003. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' passiġġieri li vvjaġġaw fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku differenti?
Kemm minn dawn il-passiġġieri kienu passiġġieri 'l fuq mill-eta' ta' 60 sena?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li ma teżisti l-ebda sistema li turi kemm jivvjaġġaw passiġġieri fuq kull rotta tal-karozzi tal-linja. Allura hu impossibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant jkun jaf li n-numru totali ta' passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-karozzi tal-linja hu ibbażat fuq in-numru ta' biljetti li jinbiegħu lill-istess passiġġieri. Fl-aħħar sena nbiegħu 32 miljun.
Barra minn hekk, nista' nsemmi wkoll li minn stħarriġ li kien sar mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku fis-sajf ta' l-1993 jirriżulta li l-aktar li huma patronizzati huma r-rotot 49, 62, 19, 11, 80, 71 u 45.
Fir-rigward ta' passiġġieri anzjani, jiena nformat li hu kalkolat li fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena ivvjaġġaw madwar 1,636,460, liema numru hu ibbażat fuq in-numru ta' biljetti tad-9ċ mibjugħa. Dan hu n-nol li jħallsu dawk li jkollhom il-kartanzjan, sakemm huma ma jkunux qed jivvjaġġaw bejn `stage' u ieħor fejn allura jħallsu nol ta' 8ċ bħal kwalunkwe passiġġier ieħor.
FORZI ARMATI - KADETTI
10006. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9495, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni ndikati fir-risposta ntalbux jagħtu kopja taċ-ċertifikat tal-kondotta? Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu fuq l-interviewing board?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li l-persuni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9495 kollha ppreżentaw kopja taċ-ċertifikat tal-kondotta tagħhom. Dan sar skond il-kondizzjonijiet tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16324 tat-3 ta' Settembru 1996 (paġna 5343).
Il-persuni li kienu fuq il-Bord ta' l-Għażla kienu dawn:
Il-Brigadier R C Montanaro, AFM
Chairman
Il-Kurunell C Vassallo, AFM
Membru
Dr J Mangani
Membru (Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali)
Is-Sur J Caruana
Membru (Uffiċċju tal- Prim Ministru)
KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA' L-INFORMATIKA
10007. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum ġiex appuntat is-segretarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija ta' l-Informatika? Sal-lum inħatar il-Kap Eżekuttiv ta' l-istess kummissjoni? F'kull każ jekk inħatru, min huma dawn il-persuni? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx reklutati l-persuni li jgħinu lil Kap Eżekuttiv fil-ħidma ta' kuljum?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li l-Kummissjoni Nazzjonali għat-Teknoloġija
ta' l-Informatika għadha ma tat l-ebda ħatra lil ħadd peress li fondi għax-xogħol tal-kummissjoni qed jiġu vvotati għall-ewwel darba fl-Estimi ta' l-1998.
Madankollu jien informat ukoll li numru żgħir ta' ħaddiema mill-MITTS ġew inkarigati biex jgħinu fil-ħidma tal-Kummissjoni fuq bażi part-time.
PANEL BEATERS/SPRAYERS - GARAXXIJIET
10008. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-garaxxijiet liċenzjati bħala panel beaters/sprayers fil-Belt Valletta, Floriana u Marsa?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ
10009. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9500 fejn il-Ministru qal li "ma hemm l-ebda lista fissa" kif ukoll b'riferenza għat-tweġiba li tani għal-mistoqsija supplimentari li għamilt fis-seduta 131 li tirriferi għall mistoqsija parlamentari numru 8856 fejn il-Ministru qal li "teżisti lista ta' postijiet li għandhom bżonn id-drenaġġ... u jekk l-Onor Pullicino jagħmilli domanda nkun nista' npoġġi din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra" jista' l-Ministru jgħid liema verżjoni hija korretta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
IRM CO. LTD - SERVIZZI
10010. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9369 rigward servizzi mill-IRM Co. Ltd?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.
MOSTA - TRIQ SAN ĠUŻEPP
10011. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jara li fi Triq San Gużepp, il-Mosta jiżdiedu n-numru ta' bozoz peress li n-nuqqas ta' dawl qed jikkawża problemi għal min joqgħod f'din it-triq?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba ta' l-Onor. Membru qed tkun ikkonsidrata flimkien ma talbiet oħra simili.
KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA
10012. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9348 fejn il-Ministru qal li l-Kunsill "għadu qed jirċievi entries fuq safar li suppost daħlu fl-1995", jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuni nvoluti ma resqux it-talbiet tagħhom qabel? Min kienu dawn il-persuni li resqu dawn l-entries? Ma' liema safar kienu marbuta dawn it-talbiet? Ġie ċċertifikat f'kull każ li dan is-safar kien awtorizzat?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB
WSC - QUOTATION NO. 103/97
W1,062. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru W996, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender specifications jekk kien hemm (quotation number 103/97); jispjega għaliex it-tender ingħata lill-Visual Trends Co. Ltd meta kien hemm offerta li kienet orħos minn dik ta' Visual Trends minn ditta speċjalizzata fil-colour separations mhux bħal Visual Trends; jgħid ukoll fejn ġie stampat ir-rapport?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.