Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 469,56 Kb.
səhifə6/6
tarix27.12.2018
ölçüsü469,56 Kb.
#87063
1   2   3   4   5   6

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Naħseb li bil-mistoqsija tiegħu l-Onor. Membru ried jirriferi għar-regolamenti ġodda tal-bini u mhux ir-regolamenti ta' bini ġdid.
Jekk hu hekk, ġejt informat li d-draft ta' l-enabling act qiegħed bħalissa għand l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika sabiex ikun finalizzat.
Hu ppjanat li l-enabling act tkun ippubblikata sa l-aħħar ta' din is-sena u r-regolamenti jibdew deħlin fis-seħħ fi stadji diversi matul is-sena d-dieħla, sabiex jingħata żmien adegwat biex kemm il-periti, kif ukoll il-kuntratturi jiġu aġġornati fuqhom.


KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - MEMBRI

6207. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5459 ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5226 nixtieq ninforma lill-Ministru li t-talba tiegħi tirriferi għar-rapporti kollha relattivi u relevanti għall-evalwazzjoni fuq ix-xogħol u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel sa Jannar 1997 u r-rakkomandazzjonijiet kollha relattivi u relevanti li l-bord il-ġdid għamel fuq kif l-istess kunsill għandu jaħdem għas-snin li ġejjin, liema evalwazzjoni u rakkomodazzjonijiet il-kunsill talab jagħmel fl-ewwel xahar tal-ħidma tiegħu xi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Jannar 1997. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha relattivi u relevanti għal din l-evalwazzjoni msemmija hawn fuq u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


ĦABS ĊIVILI - ĦLAS TA' KONTIJIET

6208. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5355 ċioe'jista' jgħid kemm sa l-aħħar ta' April ġew committed u tħallsu kontijiet mill-vot kapitali u mill-vot rikorrenti tal-ħabs ta' Kordin?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5355 fis-Seduta Numru 64 fit-12 ta' Mejju, 1997.


ARTISTI ŻGĦAŻAGĦ TA' L-EWROPA

6209. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5294 ċioe' jgħid jekk il-ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt l-istess ministeru tax għajnuna finanzjarja lill-artisti żgħażagħ Maltin sabiex jipparteċipaw fil-Biennale ta' l-Artisti Żgħażagħ ta' l-Ewropa u tal-Mediterran li qed issir bħalissa f'Turin, fl-Italja? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-artisti li ġew megħjuna u kemm kienet din l-għajnuna?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5294 f'Seduta Nru. 76.


KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - ATTIVITAJIET

6210. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5237 ċioe' jgħid x'inhu l-programm ta' attivitajiet u l-pjan ta' ħidma li għandu l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għal din is-sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - IMPJEGATI

6211. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5236 b'riferenza għall-persuni mpjegati mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (fulltime u part-time) minn Jannar 1997 'il hawn?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


BUĠIBBA - PROĠETT

6214. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6025 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' bħala l-Ministru responsabbli mill-kordinazzjoni fuq il-proġett ta' Buġibba u l-Qawra tista' tgħid jekk awtorizzajtx lil xi awtorita' oħra kkonċernata mill-kumitat ta' azzjoni, li jiġbor il-flus għal street dressing? Jekk iva, minn hu awtorizzat li jiġbor il-flus u għalfejn se jkun użat dak li se jinxtara b'dawk il-flus miġbura?
ONOR. KARMENU VELLA: Din kienet inizjattiva tal-Kumitat ta' Azzjoni ta' Buġibba.
Kopja ta' ċirkolari li ntbagħtet mill-kumitat ta' Azzjoni dwar Sponsorship Campaign li fiha t-tagħrif kollu mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


SAĦĦA - INFERMIERA

6215. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4987?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: It-tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


ĠNEJNA - LATRINI

6222. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li fil-Bajja tal-Ġnejna jkun hemm faċilitajiet ta' toilets ladarba s'issa din il-bajja m'għandhiex dawn il-faċilitajiet?
ONOR. KARMENU VELLA: Nitlob l-Onor. Interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lil-Ministru konċernat.


ENEMALTA - TAQSIMA TAL-PETROLEUM

6223. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament u li l-ilment tiegħu ġie ġġustifikat mill-Ombudsman, jingħata dak li ħaqqu issa mill-istess Korporazzjoni Enemalta? Kopja tar-rakkomandazzjoni qed tintbagħat separatament.
ONOR. LEO BRINCAT: It-Taqsima tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta ħadet il-passi biex id-deċiżjoni ta' l-Ombudsman tiġi esegwita.


PBS - KAŻ TA' PERSUNA

6224. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jidhirlu l-Prim Ministru li l-każ tal-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament li ngħata raġun mill-istess Ombudsman għall-inġustizzja li sofra fil-PBS bħala promozzjoni jingħata r-rimedju mill-aktar fis peress li issa l-PBS qegħdin idumu biex idaħħlu l-ftehim kollettiv ġdid li m'għandux x'jaqsam mal-każ ta' dik il-persuna?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li ma jistax jingħad li l-konklużjonijiet ta' l-Ombudsman kienu favorevoli għall-persuna li għaliha tirriferixxi l-mistoqsija.
Filwaqt li l-management il-ġdid tal-Public Broadcasting Services Ltd iżomm preżenti kif imiss il-claim ta' l-imsemmija persuna, il-kuntest xieraq għall-konsiderazzjoni sħiħa tiegħu huwa dak tat-tfassil pendenti ta' Ftehim Kollettiv ġdid.


ETC - STUDJU STRATEĠIKU

6237. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4726 u t-tweġiba mogħtija fit-12 ta' Mejju, 1997, jista' l-Ministru issa jgħid, issa li għadda l-aħħar ta' Mejju, jekk ingħatax ir-rapport dwar id-Dipartiment tax-Xogħol li kien semma' fis-16 ta' Diċembru, 1996?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport imsemmi se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra malli jkun lest.


ŻWEĠIJIET ĊIVILI

6250. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet ċivili bejn Maltin u barranin mis-sena li għaddiet 'il hawn?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' żweġijiet Ċivili bejn Maltin u barranin mis-sena li għaddiet sal- 31 ta' Mejju, 1997 kien ta' 256.


SEPARAZZJONIJIET - KAWŻI ĠODDA

6251. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda għal separazzjoni mill-ewwel tas-sena sal-lum?
ONOR. CHARLES MANGION: In-numru ta' separazzjonijiet li daħlu fil-1997 huwa ta' 57.


SKEJJEL: GĦAWDEX - TECHNOLOGY A U B

6252. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'Għawdex li qed jistudjaw Technology A u B f'din is-sena skolastika? Kemm kien is-sena l-oħra u kemm huwa maħsub li jkun hemm is-sena d-dieħla? Kif jikkomparaw dawn il-figuri, per capita, ma' Malta? Jekk hemm xi diskrepanza kbira għaliex jattribwiha?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SKEJJEL - SKOLA SAJF

6253. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena, Skola Sajf hijiex se ssir ukoll f'Għawdex? Jekk iva, kemm hu maħsub li jkun hemm tfal f'dan il-programm f'kull raħal? Għaliex it-tfal intalbu jħallsu fee ta' Lm5?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Nikkonferma li Skola Sajf din is-sena wkoll se ssir Għawdex.
Barra fl-iskejjel primarji kollha, Skola Sajf se ssir ukoll fil-Munxar u Marsalforn.
In-numru ta' tfal f'kull ċentru jiġi stabbilit proporzjalment skond il-popolazzjoni ta' kull skola. Kull skola/ċentru tieħu madwar 50% tat-tfal tar-raba', ħames u sitt klassi li jkun hemm f'dak il-belt/raħal.

Il-ħlas ta' Lm5,00 li jintalab minn kull tifel/tifla jmur biex jitħallsu l-ispejjeż ta' materjal li jintuża fil-Craft, Edukazzjoni Fiżika, Arti u attivitajiet oħra.


L-Onor. Interpellant messha taf li l-ħlas ta' Lm5 kien jintalab ukoll mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista li hija kienet tifforma parti minnha.


SKEJJEL - KINDERGARTEN ASSISTANTS

6254. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma setgħetx tintlaqa' t-talba ta' l-Instructors u Instructresses Għawdxin biex il-kors li qed jagħmlu f'Malta jsir f'Għawdex? B'riferenza għall-kors tal-Kindergarten Assistants, għaliex dan ma setgħex isir Għawdex għall-Kindergarten Assistants Għawdxin? Kemm hemm instructors/instructresses Għawdxin u Kindergarten Assistants Għawdxin separatament li qed jattendu dawn il-korsijiet f'Malta?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

SKEJJEL - GĦAWDEX

6255. L-ONOR. GIOVANNA DEBONO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'Għawdex f'manutenzjoni ta' l-iskejjel Għawdxin din is-sena? F'liema skejjel sar jew se jsir dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol se jsir mill-kuntratturi jew minn nies tal-Gvern? Hemm xi proġetti ta' bini ta' skejjel ġodda jew estensjonijiet ta' xi skejjel għal din is-sena kurrenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


PULIZIJA - INĊIDENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

6259. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija fuq ix-xogħol waqt il-qadi ta' dmirijiethom mis-sena l-oħra sal-lum? Kemm minn dawn il-każijiet kienu kawża ta' atti ta' vjolenza mwettqa fuq membri tal-korp minn persuni oħra?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi mis-sena l-oħra sal-5 ta' Gunju, 1997, weġgħu 87 membru tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom. 17 minnhom kienu kawża ta' vjolenza minn persuni oħra.


PULIZIJA - VETTURI LIĊENZJATI

6260. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn karozzi privati liċenzjati llum? Kemm hawn vejikoli kummerċjali liċenzjati llum? Kemm huwa stmat illi hawn karozzi fit-triq il-lum illi m'għandhomx il-liċenzja tal-vettura mħallsa kif suppost?

ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.


PULIZIJA - PERSUNI MRESSQA L-QORTI

6261. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni taħt is-16-il sena li ttellgħu il-Qorti mill-pulizija minn Jannar, 1996 'il hawn? Jista' jekk jogħġbu jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom u għaliex ġew imtellgħin il-Qorti?
ONOR. ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


SAĦĦA - PERSUNI B'CONTROL CARD

6262. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta w Għawdex li għandhom control card għal mediċini narkotiċi u psikotropiċi llum? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il riċetta għal dawn il-mediċini nħarġu mit-tobba fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: 21,326 control cards ġew maħruġa matul is-sena li għalqet fil-31 ta` Diċembru, 1996.
Minn dawn 19,807 nħarġu lir-residenti f`Malta waqt li 1,519 il-card nħarġu lill-residenti Għawdxin.
L-informazzjoni dwar ir-riċetti għadhom qed jinġabru u l-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.


QRATI - ADVISORY COMMITTEE

6267. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-ħidma ta' l-Advisory Committee għall-Qrati Maltin?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-terms of reference ta' dan l-Advisory Committee huwa kif ġej:-
1. Jiddentifika dawk l-artikli tal-liġi tal-Proċedura Ċivili li qegħdin joħolqu problemi fl-implimentazzjoni tagħhom.
2. Jissuġġerixxi miżuri kemm leġislattivi kif ukoll amministrattivi biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, b'mod partikolari li l-ġustizzja ssir fi żmien raġjonevoli.
3. Jorganizza aħjar l-istitut tal-Master.
4. Jiddentifika dawk il-miżuri amministrattivi li jridu jittieħdu u jiġu implimentati biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni ċivili tal-Qorti.
5. Jissuġġerixxi emendi għar-Rules of Courts eżistenti.
6. Jissuġġerixxi emendi jekk jinħass il-bżonn għall-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili bil-għan il-proċeduri jitħaffu aktar.
Għandha ssir ukoll analisi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja b'mod maħsub u gradat biex ikun jista' jitfassal pjan għat-titjib fil-Qrati tagħna. Kull suġġeriment ikun irid jinkludi wkoll pjan ta implimentazzjoni.
Il-kworum tal-laqgħat ta' dan il-kumitat ikun ta' sitta, biex b'hekk ikun aktar flessibbli u jiffunzjona aħjar, u huwa mistenni li jagħmel rapport ta' l-anqas darba kull sitt xhur. Dan ir-rapport jiġi mgħoddi lill-President tal-Qorti u lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali.

P.A. - PERMESS PA 3430/93

6272. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex filwaqt li l-permess PA 3430/93 ġie approvat mill-Heritage Advisory Committee u b'hekk seta' isir it-tibdil fil-faċċati tad-dar, il-permess bid-data 8/6/89 ħareġ emendat, jiġifieri bil-kondizzjoni li s-sid ma setgħex ibiddel il-faċċata tad-dar?
ONOR. GEORGE VELLA: Jenħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni.


RABAT - TRIQ ALESSANDRO CURMY - PLOT NO. 51A

6273. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ġewx ippreżentati fil-Joint Office il-pjanti tal-Plot No. 51A, Triq Alessandro Curmy, Tal-Virtu', Rabat għall-approvazzjoni mill-istess uffiċċju l-klawsoli tal-kuntratt ta' l-enfitewsi, billi fuq l-imsemmija plot qed jinbena bini li mhux konformi ma'l-area ta' Tal-Virtu' u lanqas skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Membru li Plot 51 ġiet akkwistata mill-emfitewta preżenti fl-1967. Permezz ta' kuntratt li sar fl-1987 l-emfitewta għaddiet nofs din il-plot lil ħuha.
Billi t-trasferimenti saru ħafna qabel Frar 1993, jiġifieri d-data minn meta beda jseħħ l-Att ta' l-1992 dwar it-trasferiment tal-proprjeta' lill-Gvern, l-approvazzjoni tal-pjanta kellha ssir mill-Enti Ekklesjastika.
Rigward il-punti l-oħra li l-Onor. Membru semmiet, l-Uffiċċju Konġunt beħsiebu jsegwi l-każ biex jara li l-kondizzjonijiet tal-kuntratt jiġu esegwiti mill-emfitewta.

CATAMARAN VICTORIA EXPRESS

6274. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Billi b'riferenza għall-istqarrija tal-MIMCOL jirriżulta li ġew eżaminati proposti varji biex jitħaddem il-Catamaran Victoria Express bejn Malta w Għawdex, kif ukoll ġew ikkonsidrati xi offerti minn operaturi privati; u billi skond l-istess stqarrija nstab li l-options ma kenux vijabbli mingħajr sussidju sostanzjali mill-Gvern, jista' l-Ministru jelabora iktar (jew ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra) l-options li ġew eżaminati kif ukoll min kienu l-operaturi privati u d-diskussjonijiet li saru magħhom biex joperaw is-servizz tal-catamaran bejn Malta w Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba formali lill-Gvern għas-sussidju meħtieġ u fl-affermattiv, x'kienet it-tweġiba tal-Gvern?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO:

L-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6274 hija s-segwenti:-


Il-MIMCOL flimkien mal-Gozo Channel ikkonsidraw l-operazzjoni tal-Catamaran bejn Malta u Għawdex fuq bażi ta` joint venture bejn il-Gozo Channel u Virtu Ferries Co Ltd.
Saru kalkoli fuq dawn il-premessi:-
1. Isiru medja ta` ħames return trips bejn Malta u Ghawdex kulljum matul is-sena.
2. Jinżammu l-istess tariffi tal-vapur.
3. Isir trip wieħed fil-għodu bejn Sa Maison u lura u trip ieħor fil-għaxija fuq l-istess rotta. It-trips l-oħra jsiru bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa.
4. Ma jiġux impjegati aktar nies biex joperaw is-servizz.
5. Jimtlew medja ta` 75% tas-seats tal-Catamaran.
Biex il-Catamaran ma jagħmilx telf taħt dawn il-kondizzjonijiet ried jingħata sussidju ta` Lm102,000 mill-Gvern f`forma ta` eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel. Ir-raguni hija li l-Catamaran huwa ineffiċjenti fejn għandu x`jaqsam il-konsum tal-fuel.
Saret offerta minn kumpannija zgħira Taljana Tropeamar biex tikri l-Catamaran għax-xhur tas-sajf. Operaturi oħrajn għamlu enquiries fuq l-operazzjoni tal-Catamaran għal ftit ġimgħat fis-sajf iżda ma għamlu l-ebda offerta konkreta.
L-aħjar offerta kienet tal-Virtu Ferries Co Ltd li offriet li tikri l-Catamaran għal sena sħiħa bil-possibbilta' li tiġġedded fit-tmiem tal-kuntratt.
Il-kiri tal-Catamaran lil din il-kumpannija privata ġie approvat mid-diretturi tal-Gozo Channel f`laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta` Mejju, 1997.


SPTAR ĠENERALI - ĊENTRU TAD-DONAZZJONI TAD-DEMM

6275. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nfetaħ iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm hu n-numru ta' donaturi li marru jagħtu d-demm mill-ftuħ tiegħu sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-donazzjoni hijiex tlaħħaq mad-domanda ta' l-Isptar ta' Għawdex?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Iċ-Ċentru tad-Donazzjoni tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex infetaħ fis-17 ta' Frar, 1996.
Minn dak iż-żmien sas-6 ta' Ġunju, 1997 1340 donaturi marru jagħtu d-demm. Fl-istess perijodu nħarġu 1067 units tad-demm għall-pazjenti. Din l-aħħar figura ma tinkludix demm li ġie cross-matched fl-Isptar San Luqa u mibgħuta lill-pazjenti tal-Isptar ta' Għawdex miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.

KUMITAT TA' AZZJONI GĦAL GĦAWDEX

6276. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf l-Action Committee for Gozo? Min huma l-membri tiegħu u l-kategoriji li jirrappreżentawh? Kemm-il darba ltaqa' l-Action Committee for Gozo?
ONOR. KARMENU VELLA: Il-Kumitat ta' Azzjoni għal Għawdex twaqqaf fit-28 ta' Frar, 1997. Fih rappreżentanża tal-Ministeru tat-Turiżmu, tas-Segretarjat Parlamentari għal Għawdex, tal-kunsilli lokali u tas-settur kummerċjali. Għalkemm l-Action Committees li twaqqfu dan l-aħħar jżommu xi laqgħat formali bħal kumitati l-oħra, u fil-fatt saru diversi laqgħat mill-Gozo Action Committee, l-għan tagħhom huwa li jwettqu azzjoni u jaraw li s-xogħol ippjanat jitwettaq minn min għandu jwettqu u fiż-żmien stipulat. Minn żmien għal żmien il-kumitat jikkooptja persuni li jinħass li għandhom kontribut x'joffru f'oqsam partikulari.


SPTAR ĠENERALI - XOGĦLIJIET

6277. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet fid-Dipartimenti tal-Casualty u ta' l-Emerġenza fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u meta hu mistenni li dawn ix-xogħlijiet jintemmu?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.


DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI

6278. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' single parents li qegħdin jitolbu post/dar alternattiva? Kemm kien in-numru ta' single parents li applikaw għal xi flat/maisonette eċċ, fid-diversi applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni soċjali f'dawn l-aħħar ħames snin? Fid-diversi ħarġiet imsemmija f'para. 2 kemm kienu dawk li akkwistaw dar ta' akkomodazzjoni?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Hemm 81 applikazzjoni pendenti minn single parents mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal akkomodazzjoni.
Tul l-aħħar ħames snin l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 454 applikazzjoni minn single parents. 50 minnhom ibbenefikaw.


REVENUE SECURITY CORPS - SULDATI

6279. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati fir-Revenue Security Corps? Kif inhuma stazzjonati dawn is-suldati u x'remunerazzjoni għandhom?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li fir-Revenue Security Corps hemm 164 membru li minnhom żewġ huma uffiċjali. Dawn huma mqassmin kif ġej:


Headquarters RSC

11

Sigurta mal-Banek (Malta u Ghawdex)

96

Taqsima ta' Investigazzjoni

9

Taqsima ta' Skorta ma flus

8

Xoghol bix-shift

37*

Hal Far bil-gurnata

1

Banderoles Board

2

Total

164

* Shift fuq bażi ta' Day, Night, Rest, Off.


Bħala remunerazzjoni l-membri tal-Revenue Security Corps jitħallsu l-istess bas-suldati f'Taqsimiet oħra ta' l-Armata u skond il-gradi rispettivi. Din tinkludi wkoll il-ħlas ta' Lm10 allowance li tingħata kull xahar lill-membri tal-Forżi Armati ta' Malta, il-paga doppja lil min jaħdem il-Ħadd u trade allowance għal dawk li għandhom il-kwalitajiet meħtieġa. Is-sahra, partikolarment għal dawk li jaħdmu mal-Banek, titħallas bir-rata ta' siegħa u nofs għal kull siegħa.


TARZNA TA' MALTA

6280. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt bl-ammont ta' xogħol fit-Tarzna f'dawn l-aħħar xhur?
ONOR. ALFRED SANT: Le, m'iniex.


FORZI ARMATI - ROADBLOCK

6281. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' liema sezzjonijiet tal-Forzi Armati jagħmlu roadblocks; in-numru ta' roadblocks li saru minn kull entita' separata tal-Forzi Armati f'Malta u Għawdex matul l-1996; in-numru ta' każijiet pożittivi ta' droga li nqabdet waqt roadblocks minn kull entita' separata; it-total ta' nies arrestati fuq droga minn kull entita' separata mill-Forzi Armati?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li Forzi Armati għandhom tliet taqsimiet li, fost xogħlijiet oħra, huma responsabbli li jwettqu road blocks f'Malta u f'Għawdex. Dettalji dwar ir-road blocks li twettqu matul l-1996 huma murija hawn taħt:


a. Numru ta Road Blocks
'B' Company, 1st Regiment - 686

'C' Company, 1st Regiment - 116

Air Defence Battery, 2nd Regiment (Għawdex biss) - 133
b. Sejbiet konnessi mad-droga
'B' Company, 1st Regiment - 5

'C' Company, 1st Regiment - 17

Air Defence Battery, 2nd Regiment - -
c. Persuni Arrestati
L-għadd ta' persuni li nżammu mis-suldati u ġew riferuti lill-Pulizija għal investigazzjonijiet kien:
'B' Company, 1st Regiment - 7

'C' Company, 1st Regiment - 45



Air Defence Battery, 2nd Regiment - -
Ta' min jinnota li l-figuri mogħtija dwar sejbiet konnessi mad-droga mhux bilfors jissejħu każijiet pożittivi ta' droga. Dan jiddependi mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija u skond kif jinqatgħu l-kawżi fil-Qorti.


PULIZIJA - KAŻI TA' PORNOGRAFIJA

6282. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ġietx informata bil-każ serju ta' pornografija fost studenti ta' 15-il sena li ġara f'dawn l-aħħar jiem fil-Kulleġġ ta' St. Edward's? Japprezza l-Prim Ministru li ġenituri tat-tfal li jattendu f'dan il-Kulleġġ huma ferm inkwetati għaliex skond uliedhom din il-pornografija kienet tinkludi wkoll bestjalita'? Għaliex l-awtoritajiet tal-Kulleġġ ma' bagħtux l-informazzjoni li għandhom dwar films li ntwerew fuq in-network tal-computers tal-Kulleġġ biex anke jiġi żgurat li m'hemmx xi bejgħ li qiegħed isir lil tfal taħt l-eta'?
ONOR. ALFRED SANT: Twegiba tinghata f'xi seduta ohra.


DIPARTIMENT TAD-DWANA U SISA - INSPECTOR I

6283. L-ONOR. KARL CHIRCOP staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess biex jiġu mimlija l-vakanzi għall-Inspector I fid-Dipartiment tad-Dwana u Sisa wara l-Internal Interview Kompetittiv li sar f'Awissu, 1996 u li r-riżultati tiegħu ħarġu fi Frar, 1997? Kemm-il vakanza teżisti għal grad ta' Inspector I u Inspector II fl-istess dipartiment? Meta hu mistenni li jimtlew dawn il-vakanzi?
ONOR. LEO BRINCAT: Bir-riforma, il-gradi ta' Inspector I u II ġew amalgamati fi grad wieħed ta' inspector. Bħalissa hemm sitt vakanzi fil-grad ta' inspector u vakanza waħda fil-grad ta' Senior Inspector. Qed issir ħidma biex dawn il-vakanzi jimtlew kemm jista' jkun malajr.


MARSA - TISWIJA TA' TRIQ

6284. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-ħsara li hemm f'Assumption Street, il-Marsa bejn Azzopardi Street u Isouard Street, fejn it-triq niżlet f'diversi bnadi?
Jekk saret jew saru xi spezzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid x'rimedji se jattwa?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Saret spezzjoni fit-triq u nstab li l-ħsara hi simili għal dik ikkaġunata mill-ħruġ ta' xi ilma li qiegħed iżomm fil-materjal tal-pedament tat-triq. Qed isiru aktar spezzjonijiet mal-utilities biex jiġi stabbilit x'qiegħed jikkawża din il-ħsara.
UNIVERSITA' - KORSIJIET TA' PERITI/INĠINIERA ĊIVILI

6285. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kors universitarju huwa maħsub li jibda jwassal gradwati sabiex eventwalment ikunu jistgħu jipprattikaw bħala Periti u liema kors se jwassal gradwati sabiex eventwalment jipprattikaw bħala Inġiniera Ċivili?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


UNIVERSITA' - KORS TA' L-ARKITETTURA/INĠINERIJA ĊIVILI

6286. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5940, jista' l-Ministru jikkonferma li l-gradwati li se joħorġu mill-kors B.Sc (Hons.) (Environmental Design) mhux se jkunu jikkwalifkaw għall-warrant ta' Perit?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


FORZI ARMATI - FIGHTER JETS

6288. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar fighter jets li jittajru fl-air space ta' pajjiżna bħalma jingħad li seħħ ix-xahar li għadda?
ONOR. ALFRED SANT: Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-rapport li għalih qed jirriferi l-Onor. Membru huwa kompletament infondat.
Il-fatti huma dawn:
Fit-22 u t'23 ta' April li għadda, erba' ajruplani tat-tip Aermacchi MB 339 tal-Qawwa ta' l-Ajru Taljana ġew Malta fuq taħriġ ta' navigazzjoni għal bdoti. Waqt li dawn l-ajruplani kienu Malta, saru arranġamenti sabiex il-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta u d-Deputat Kmandant jingħataw titjira ta' familjarizazzjoni. It-titjira b'żewġ ajruplani kienet approvata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili.
Kuntrarju għal dak li deher f'gazzetta lokali, l-ajruplani ma kienux armati b'missili iżda kellhom sempliċement tankijiet tal-fuel imwaħħlin mal-ġwienaħ. Nikkonferma wkoll li l-ajruplani kellhom l-marki li ajruplani militari normalment ikollhom miżbugħin fuq denbhom.


FURJANA - TRIQ SANT'ANNA - UNDERGROUNDS

6289. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li fiha se jinbeda x-xogħol fl-undergrounds fi Triq Sant'Anna, il-Furjana?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Wara diskussjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali u l-periti tal-proġett, instab li ma tistax tingħata assigurazzjoni li meta ir-refurbishment jitlesta l-ilma ma jibqax jidħol fil-mini u b'hekk hemm riskju li l-proġett oriġinali ma jirnexxiex.
Fil-preżent, il-kunsill lokali, u d-Dipartiment tat-Toroq qed jikkonsidraw li l-mini fl-istat preżenti tagħhom jitnaddfu u jsirilhom art u dwal ġodda, filwaqt li jkomplu jsiru studji biex jiġi determinat jekk pjan pjuttost ambizzjuż, fejn it-traffiku lejn u mill-Belt jgħaddi minn taħt Triq Sant'Anna, ikunx jista' jitwettaq u t-triq preżenti issir pjuttost pjazza pedonali.
FURJANA - BINJA VILHENA - XOGĦOL

6290. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-target date li fiha se jinbeda x-xogħol f'Binja Vilhena u l-madwar fil-Furjana?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Is-setgħa għall-offerti għal dan ix-xogħol se tiġi ppubblikata t-Tlieta 10 ta' Ġunju, 1997.


DIPARTIMENT TA' L-ISTATISTIKA - RETAIL PRICE INDEX

6291. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika beħsiebu joħroġ figuri ta' Retail Price Index b'mod speċifiku għall-anzjani?
ONOR. LEO BRINCAT: Id-Dipartiment ta' l-Istatistika qiegħed jikkonċentra r-riżorsi tiegħu biex itejjeb l-indiċi tal-prezzijiet kurrenti. Għaldaqstant, ma jidhirx illi fil-futur qrib se jibda jinħadem indiċi tal-prezzijiet speċifikament għall-anzjani.


PULIZIJA - KAŻI TA' SUWIĊIDJI

6292. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jirriżultaw każijiet ta' suwiċidju f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar 20 sena? Kemm minnhom, sena b'sena kienu taħt it-30 sena?
ONOR. ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba qieghda tingabar u twegiba tinghata f'xi seduta ohra.

SPTAR KAREN GRECH - ĦSARA FIL-LIFTS

6293. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm damu bil-ħsara l-lifts fl-Isptar Karen Grech dan l-aħħar? Kemm ġew proposti operazzjonijiet minħabba li l-lifts ma setgħux jintużaw? Hu l-każ li jinbidlu dawn il-lifts? Jekk fl-affermattiv, hu l-każ li l-iżvilupp fl-Isptar San Luqa u Karen Grech irid jitkompla minkejja l-bini ta' sptar ġdid?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SKEJJEL - LILLY OF THE VALLEY

6296. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jieħu passi biex fl-iskola Lilly of the Valley fejn sar xogħol ta' bini jitneħħew il-fdalijiet li qed joħolqu inkonvenjent ta' trabijiet b'mod speċjalment fi Triq is-Sir, Mosta?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


ENEMALTA - REGOLATURI/ VALVIJIET TA' ĊILINDRI

6297. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Peress li matul l-aħħar Amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm tender sabiex jinxtraw regolaturi u valvijiet ta' ċilindri tal-gass mingħand l-istess manufacturer minħabba raġunijiet ta' safety liema tender għaddiet għand l-Ombudsman wara li kien hemm xi objections minn xi bidder u wara li l-Korporazzjoni Enemalta stess kienet kisbet il-pariri tekniċi mingħand awtoritajiet stabbiliti bil-għan li jiġi assigurat livell ta' safety kif mitlub fi specifications internazzjonali, jista' għalhekk il-Ministru jiċċertifika jekk użu ta' valvijiet u regolaturi ta' manifattura differenti toffrix il-livell ta' safety mitlub skond standards internazzjonali?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-valves u r-regolaturi tat-tip clip-on s'issa dejjem inxtraw mill-istess manifattur u huma skond standards ta' safety internazzjonali.
Għandi nifhem li jeżistu tipi oħra ta' valves u regolaturi clip-on li joffru livell ta' safety internazzjonali.


ENEMALTA - REGOLATURI TAL-GASS

6298. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jirriżultalu l-Ministru li fis-suq hawn regolaturi tal-gass mingħajr l-awtorizzazzjoni mill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll mingħajr dawk tad-Dwana?
ONOR. LEO BRINCAT: It-taqsima tal-Gass tal-korporazzjoni m'għandha l-ebda provi rigward regolaturi mhux awtorizzati fis-suq. Fuq xniegħat fuq dawn ir-regolaturi kienu saru invstigazzjonijiet li rriżultaw fin-negattiv. B'danakollu kienet ħarġet twissija lid-distributuri mir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn ix-xniegħat. Nirriferi ukoll għall-mistoqsija parlamentari numru 6139 li hija fuq l-istess suġġett.


TELEMALTA - TRANSFERS

6299. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' transfers li saru fil-Korporazzjoni Telemalta mill-1/11/96 sal-31/5/97? Minn fejn u għal fejn ġew transfered dawn il-persuni?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġaż tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 5844, li kienet tirrigwardja n-numru ta' postings li seħħew fil-Korporazzjoni Telemalta bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-20 ta' Mejju, 1997.
In-numru ta' postings ġodda bejn il-21 u l-31 ta' Mejju, 1997 kienu jammontaw għal 11. Il-korporazzjoni tħoss li mhix etika li tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta' dawk il-ħaddiema li ġew effetwati mir-riorganizzazzjoni li qiegħda tagħti riżultati pożittivi f'dik li hija effiċjenza bħalma tixhed l-istess tweġiba għall-mistoqsija

parlamentari numru 5844.




TURIŻMU - RISTORANTI/NEGOZJI OĦRA

6300. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ristoranti u negozji oħra marbuta mat-turiżmu li nfetħu mill-1/11/96 sal-31/5/97 f'kull lokal tal-11 u t-12-il distrett?
ONOR. KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.


BUĠIBBA - PROĠETT

6301. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6128 li oriġinarjament saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni, u ċioe' jista' jagħti tagħrif dwar jekk ħarġux tenders għal-lighting ġewwa Buġibba? Jekk ħarġet, meta sar dan u meta ġiet awarded? Lil min? Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din it-tender?

ONOR. LEO BRINCAT: Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirriferi għax-xiri ta' arbli dekorattivi (decorative lamp posts) għall-Proġett ta' Buġibba. Jekk dan huwa l-każ, ninformah li għal dan ix-xiri ħarġet sejħa għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-25 ta' April, 1997 taħt l-avviż CT 115/97. Din is-sejħa għalqet fit-8 ta' Mejju, 1997. Il-kuntratt ingħata lid-ditta MCE Ltd. għall-prezz globali ta' Lm70915, liema prezz jinkludi item ġdida (jiġifieri li ma kinitx inkluża fid-dokument ta' l-offerta oriġinali imma li nstab li kienet meħtieġa) li waħedha tiswa Lm18000 (Item 2 - Arbli b'tul ta' 3.52m). Inżid ukoll li, minħabba ż-żieda ta' dan l-item, l-offerta ta' MCE Ltd ġiet aċċettata fuq bażi ta' direct order kif jippermettu r-Regolamenti Finanzjarji. Iżda nagħmel enfażi li l-kuntratt, minbarra dan l-item, jikkonforma kompletament ma' l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fis-sejħa għall-offerta u, għalhekk, xorta waħda kien jintrebaħ minn din id-ditta fuq il-bażi tad-dokument oriġinali. Kif mitlub, poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta kopja tad-dokument ta' l-offerti kif ippubblikat.

P.A. - APPLIKAZZJONIJIET

6302. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Minitru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul ix-xahar ta' Mejju, 1997? Kif jinqasmu dawn l-applikazzjonijiet raħal b'raħal, f'Malta w f'Għawdex?
ONOR. GEORGE VELLA: Numru ta' applikazzjonijiet għal żvilupp sottomessi għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul Mejju 1997:


Attard

11

Nadur

3

Balzan

4

Naxxar

27

Birgu

1

Paola

14

Birkirkara

35

Pieta

5

Birżebbuġa

14

Qala

6

Bormla

2

Qormi

26

Dingli

7

Qrendi

10

Fgura

12

Rabat (Malta)

18

Fontana

3

Rabat (Għawdex)

18

Furjana

8

Safi

6

Għajnsielem

7

San Ġiljan

14

Għarb

1

San Ġwann

24

Għargħur

12

San Lawrenz

1

Għaxaq

9

San Pawl il-Baħar

36

Gudja

2

Sannat

2

Gżira

5

Santa Luċia (Malta)

2

Ħamrun

15

Santa Venera

11

Iklin

2

Senglea

3

Kalkara

3

Siġġiewi

11

Kerċem

5

Sliema

21

Kirkop

4

Swieqi

7

Lija

9

Ta' Xbiex

2

Luqa

4

Tarxien

7

Marsa

16

Valletta

11

Marsascala

23

Xagħra

17

Marsaxlokk

6

Xewkija

3

Mellieħa

25

Xgħajra

4

Mġarr (Malta)

5

Żabbar

35

Mosta

21

Żebbuġ Għawdex)

12

Mqabba

9

Żebbuġ (Malta)

13

Msida

14

Żejtun

12

Munxar

10

Żurrieq

27


ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

6303. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni lokal b'lokal fil-11 u t-12-il distrett elettorali li skond l-ETC sabu x-xogħol matul il-perjodu 1/11/96 u t-30/5/97? X'tip ta' xogħol sabu dawn il-persuni?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' Formoli ta' Bidu ta' Impjieg li rċeviet l-ETC, ta' nies li joqogħdu fil-11 u t-12 il-distrett u li bdew jaħdmu matul il-perijodu 1/11/96 u 30/05/97 hu skond it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.

TRASPORT BEJN MALTA W GĦAWDEX

6304. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vjaġġi li saru bejn Malta w Għawdex u viċi versa fil-perijodu 1/4/97 u l-31/5/97? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta w Għawdex fl-istess perjodu?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill Onor. Interpellant għada qed tigi miġbura.


PATATA - ESPORTAZZJONI

6307. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward l-esportazzjoni ta' patata din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm-il shipment ta' patata kien hemm; meta telaq minn Malta u meta wasal fil-post ta' destinazzjoni kull shipment; kemm kien il-valur ta' kull shipment li fuqu tħallset il-freight u l-insurance; kemm kien il-piż ta' patata f'kull shipment; u x'tip ta' patata (eż. Alpha, Liseta) kien hemm f'kull shipment?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.


DUNDJANI

6308. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5883 dwar produzzjoni ta' dundjani?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.


PITKALIJA - PRODOTT AGRIKOLU

6309. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' prodott agrikolu mibjugħ mill-Pitkalija fix-xahar ta' Mejju 1997 u kemm kien l-istess valur fl-istess xahar fil-ħames snin preċedenti (sena b'sena)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-valur tal-prodott agrikoli mibjugħ mill-Pitkalija f'Mejju, 1997 u l-ħames snin preċedenti kien kif ġej:

SENA

AMMONT (Lm)

1992

348,671

1993

391,531

1994

389,828

1995

409,057

1996

532,133

1997

425,806


PITKALIJA - PRODOTTI AGRIKOLI

6310. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1992 sa l-1996 għall-perijodu bejn Jannar u April kemm kien il-valur ta' prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ġabu fil-Pitkalija ta' Malta?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-valur tal-prodott agrikolu li l-bdiewa Għawdxin ħattu fiċ-Ċentru tal-Pitkalija ta' Malta matul l-ewwel erba' xhur ta' kull sena kien hekk:-

SENA

VALUR




(Lm)

Jan-April 1992

107,385

Jan-April 1993

116,613

Jan-April 1994

139,666

Jan-April 1995

157,359

Jan-April 1996

219,315

Jan-April 1997

217,288



MAJJALI - ESPORTAZZJONI

6311. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar intqal li se ssir esportazzjon ta' majjal bejn pajjiż Ewropew, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' majjal li se jiġi esportat (kgs); il-valur (per kgs); u jekk il-valur huwiex wieħed "uniformi" jew inkella hux marbut mal-grading tal-kwalita' tal-majjal?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Kif jaf l-Onor. Membru, kuntratt għall-esportazzjoni ta' 10,000 majjal ta' bejn 85 u 100 kilo ġie ffirmat nhar il-Ġimgħa 6 ta' Ġunju, 1997 bejn il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (K.I.M) u mportatur Taljan wara ħidma intensiva minn naħa tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd.

L-Onor. Membru japprezza li dan il-kuntratt huwa wieħed ta' natura kummerċjali u għalhekk ma' nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba ħlief li ngħid li l-valur totali huwa kkalkolat li jiswa madwar Lm750,000.




MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS
W646. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?

ONOR. GEORGE VELLA: Bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997, ma ġiet impjegata l-ebda persuna fuq bażi każwali, la fid-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin u tal-Ħarsien ta' l-Ambjent u lanqas fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

MINISTERU TAS-SAĦĦA, KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA - IMPJEGATI ON A CASUAL BASIS
W657. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u l-31 ta' Marzu, 1997 kemm ġew impjegati persuni on a casual basis fid-dikasteru li għalih hu responsabbli, inkluż korpi statutorjament indipendenti, korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-Gvern għandu nteress u jekk fl-affermattiv, jindika fejn u f'liema grad?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' persuni li ġew impjegati on a casual basis fid-dipartiment tas-Saħħa bejn l-1 ta' Novembru 1996 u 31 ta' Marzu 1997 huwa 13, kif jidher hawn taħt:


GRAD

SPTAR SAN LUQA

SPTAR MONTE CARMELI

SPTAR BOFFA

KURA PRIM-ARJA

TOTAL

Staff Nurse

2

1

-

1

4

Enrolled Nurse

1

-

-

1

2

Physiotherapist

4

1

1

-

6

Paramedic Aides

1

-

-

-

1

TOTAL

8

2

1

2

13

Fid-Dipartiment għall-Anzjani ġew impjegati dawn il-persuni on a casual basis.



Staff Nurse

1

Enrolled Nurse

3

Graduate Trainee

1

Apprentisti (ESTS)

2

Occupational Therapist

1

Dawn qed jaħdmu fir-Residenza ta' San Vincenz de Paule.

1 Casual Enrolled Nurse li qed taħdem fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Imtarfa.

Barra minn hekk ġew impjegati 20 Assisstenti Soċjali Każwali taħt l-iskema Home Care Help li d-dettalji tagħhom ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5517 mogħtija f'Seduta Nru. 67.



SPTAR SAN LUQA - ST. MICHAEL'S WARD - PRIĠUNIERI
W668. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex priġunieri li jkollhom bżonn jinżammu l-Isptar San Luqa ma għadhomx jinżammu ġo St. Michael's Ward li huwa ta' sigurta' kbira, iżda qegħdin jinżammu f'wards ma' pazjenti oħra meta dan kontra ċirkolari maħruġa żmien ilu?

ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li hu l-konsulent mediku, li taħtu jkun qed jiġi kkurat il-priġunier, li jiddeċiedi f'liema parti ta' l-isptar għandu jinżamm l-istess priġunier.

St. Michael's Ward hi intenzjonata biex fiha jinżammu priġunieri li jkunu jenħtieġu kura bażika u waqt perijodu ta' konvalexxenza.

MOSTA- ILMA BIS-SADID
W714. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministrut tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu passi biex jara li l-ilma fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħtajriet, il-Mosta ma jibqax jkun mimli bis-sadid? Informazzjoni konessa ma' din il-mistoqsija parlamentari qed tintbagħat separatament.

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Minn investigazzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-lokalita' kollha, inkluż fl-indirizz imsemmi, jirriżulta li l-ilma hu ċar ħafna. Xi ġimgħat ilu, sr xi xogħol fuq borehole f'dan il-lokal, liema xogħol forsi qanqal xi ftit sadid fis-sistema għal żmien qasir.
Yüklə 469,56 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin