MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL MIKTUB
MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET -
BORMLA/BIRGU - BINI TA' SULARI ADDIZJONALI
15202. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinbnew sulari addizzjonali fil-Housing Estate ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla u Tal-Ħawli fil-Birgu?
ONOR. ALFRED PORTELLI:Għalkemm s'issa għadhom ma saru ebda applikazzjonijiet għal bini ta' sulari addizzjonali f'San Gwann t'Għuxa u tal-Ħawli, għandna indikazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjannar li dan il-proġett jkun konformi mal-kriterji ta''density' li qed tapplika l-istess Awtorita' biex tiddeċiedi jekk proġett hux aċċettabli jew le. Għalhekk fil-ġranet li ġejjin, għandhom isiru l-pjanti tal-proġetti indikati mill-Onorevoli Interpellant.
DJAR - POSTIJIET TAL-GVERN
15244. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm minn kull lokalita', xahar b'xahar, li talbu li jingħataw post tal-Gvern fil-perijodu Jannar/Mejju 1998?
Fl-istess perijodu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni, li wkoll, lokal lokal, xahar b'xahar ġew allokati xi post tal-gvern, jew rekwiżizzjonat mid-dipartiment għall-akkomodoazzjoni soċjali?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
MOSTA - BINJA SPERANZA
15245. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Binja Speranza fil-Mosta fejn hemm appartamenti li nxtraw mir-residenti ta' dan il-block ta' appartamenti, il-gvern għandux dritt li jiddeċiedi li jibni iżjed sulari fuq l-istess bini?
Jekk il-Gvern għandu dritt li jibni fuq din il-Binja Speranza minn fejn jiġi dan id-dritt?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm ebda pjan li jinbnew iżjed sulari fuq Binja Speranza Mosta.
MITTS - PERSUNI LI TELQU
15249. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg tagħhom minn ma' l-MSU, illum MITTS, mid-09/12/97 sa l-aħħar ta' Diċembru, 1997? Kemm kienu dawk il-persuni li ddeċiedew li jitilqu l-impjieg minn mal-MITTS mill-01.01.98 sa l-aħħar ta' Mejju 1998? F'liema gradi kienu dawn il-persuni? Kemm kien hemm persuni jaħdmu ma' l-MSU fis-27/10/96? Kemm kien hemm persuni jaħdmu: (i) mal-MITTS fl-aħħar ta' Diċembru 1997; u (ii) kif ukoll mal-EMU fl-istess żmien?
Kemm hemm persuni jaħdmu llum mal-MITTS? Kemm hemm persuni jaħdmu llum mal-EMU?
Kemm kien hemm persuni li ddeċidew li jitilqu l-impjieg minn mal-EMU mit-twaqqif tiegħu sa l-aħħar ta' Mejju 1998? Xi gradi kellhom dawn il-persuni?
ONOR. ALFRED SANT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
SAN PAWL IL-BAĦAR - ĦSARAT FIL-MAINS
15263. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħsarat fil-mains li saru ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex ma nbidlux il-mains ta' din it-triq minflok kull darba qed ikun hemm numru ta' ħsarat kull ġimgħa?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ninsab infurmat li kien hemm ħsara fuq ħames servizzi, u mhux fuq il-main, kawża ta' makkinarju tqil li beda jintuża biex jitwaqqa xi bini. Dawn is-servizzi ġew mibdula.
ETC - INTERNAL WORKINGS
14583. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-internal workings ta' l-ETC dwar l-istatistika dwar ix-xogħol relattiv għal April 1998?
ONOR. EDWIN GRECH: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-klassifika ta' l-eta' tan-nies li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru, maqsumin f'nisa w rġiel, għax-xahar ta' Marzu 1998.
PROPRJETA' - KUNTRATTI TA' TRASFERIMENTI
14584. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferimenti ta' proprjeta': (a) inter vivos; u (b) causa mortis mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul April 1998?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' kuntratti li kienu rreġistrati mad-Dipartiment Tat-Taxxi Interni matul April 1998 jammonta għal 1,222 inter vivos u 123 causa mortis.
PULIZIJA - PERMESSI GĦALL-FTUĦ TA' ĦWIENET
14585. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-pulizija biex jinfetħu ħwienet f'April 1998?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi, f'April, 1998, kien hemm 48 applikazzjoni mal-Pulizija għall-ftuħ ta' ħwienet.
VETTURI REĠISTRATI
14586. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vejikoli ġodda f'April 1998 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' vejikoli?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li n-numru ta' vetturi reġistrati ġodda f'April, 1998 huwa kif jidher hawn taħt:
Vetturi Privati 777
Vetturi Kummercjali 141
Karozzi ghall-Kiri 169
Buses u Mini-Buses -
Muturi 64
TOTAL 1,151
KUNSILLI LOKALI - ĊIRKOLARITAJIET
14587. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolaritajiet/memos maħruġa lill-kunsilli lokali matul April 1998?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
DJAR - AKKOMODAZZJONIJIET ALTERNATTIVI
14588. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: B'riferenza għax-xahar ta' April 1998, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita'; (b) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; (ċ) kemm saru rikonoxximent ta' kera; (d) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul ix-xahar; (e) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata tax-xahar; u (f) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata tax-xahar?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, u;
1. Daħlu 88 applikazzjonijiet skond il-lokalitajiet imsemmija fl-anness.
2. 18 il-post ġie allokat.
3. Saru 8 rikonoxximenti ta' kera.
4. 20 post ġew lura f'idejn id-Dipartiment.
5. Fl-aħħar ta' April, id-Dipartiment kellu 37 propjeta' li tista' tiġi allokata.
6. Fl-aħħar ta' April kien hemm 3123 applikazzjonijiet pendenti *
* Peres li kontinwament ikun hemm tibdil fin-numru ta' applikazzzjonijiet minħabba allokazzjonijiet ta' postijiet u kanċellamenti ta' applikazzjonijiet, in-numri mogħtija huma validi biss fil-ġurnata partikolari li fiħa tkun inġabret l-istatistika mid-Database tad-Dipartiment - f'dan il-każ, 23 ta' Ġunju 1998.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15286. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid x'maintenance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta għandha ftehim għall-Hardware Maintenance Agreement ma' Computime Ltd. bi ħlas ta' Lm3,020.96 fis-sena u ftehim ieħor ma' Avantech Ltd. għas-somma ta' Lm200.00 fis-sena. L-istess Awtorita' għandha ftehim għall-Software Maintenance Agreement ma' Computime Ltd. għas-somma ta' Lm325.00 fis-sena, filwaqt li titħallas ir-rata ta' Lm16 fis-siegħa għan-numru ta' siegħat żejda maħduma, u ma' Shireburn Ltd. għas-somma ta' Lm100 fis-sena.
Jiena nfurmat ukoll li l-Malta International Airport plc. għandha Software Maintenance Agreement ma' The Systems Co. Ltd. għas-somma ta' Lm287.47 fis-sena u ma' Shireburn Ltd. għas-somma ta' Lm735.02 għall-1998.
Id-Dipartimenti tal-Gvern jużaw is-servizzi tal-Malta Information Technology and Training Services Ltd. (MITTS).
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15287. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'maintenance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. LEO BRINCAT: Qed nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15288. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'maintnance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għandhom maintenance agreement għat-technical infrastructure u software applications mal-MITTS għas-sitt xhur minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena. Qed isiru negozjati biex dawn il-ftehim jiġġeddu għal perijodu Lulju - Diċembru 1998.
Il-ħlas marbut ma' kull kuntratt huwa kif se nsemi:
Maintenance and support of technical
infrastructure facilities - Lm96,208
Maintenance and support of software
applications - Lm52,463
Dan il-ħlas jinkludi wkoll is-sehem tal-Ministeru għas-servizzi korporattivi provduti ċentralment mill-MITTS. Fil-preżent, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u l-Fondazzjoni għall-iStudji Internazzjonali m'għandhom ebda 'maintenance agreement' għar-rigward ta' IT hardware u/jew software.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ffirma kuntratt ta' tlett snin rigward Manutenzjoni tal-Computers li jinsabu fl-iskejjel primarji u sekondarji mal-Malta Information Technology and Training Services Ltd (M.I.T.T.S.). Dan il-Kuntratt beda jseħħ mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni dwar il-ħlas li hemm marbut mal-kuntratti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15289. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'maintenance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. EDWIN GRECH: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15,289.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15290. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'maintenance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Qiegħed nagħti l-informazzjoni mitluba dwar maintenance agreements għall-I.T. hardware / software fil-Ministeru għad-Djar u Kunsilli Lokali.
Contract / Agreement
|
Company
|
Cost
|
|
|
|
Maintenance and supply ofTechnical InfrastructuralFacilities in the Ministryand its component Departments
|
MITTS
|
Lm43,244 p.a.
|
Maintenance and supplyof Software Applicationsin the Ministry and itscomponent Departments.
|
MITTS
|
Lm4,500 p.a.
|
Maintenance of Hardwarein Local Councils and theDepartment of Local Councils
|
MITTS
|
Lm12,000 p.a.
|
Mainenance Service andSupport Agreement (coveringcertain specialized equipment installed in Field
|
Tectime DataService Branch)Systems Ltd.(U.K.)
|
Lm1,735 p.a.
|
Systems SupportMaintenance
|
Deloitte & Touche
|
Lm53 p.month
|
......
|
I.T.Consultants
|
Lm10.4 p.hour after5 hours.
|
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15291. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid x'maintenance agreements għar-rigward ta' IT hardware u/jew software għandhom illum id-dipartimenti governattivi, aġenziji governattivi, awtoritajiet statali u korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi ħlas hemm marbut mal-kuntratt/i?
Liema kumpannija/i qed jipprovdu dan is-servizz f'kull każ?
ONOR. KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:-
Dipartiment/Ministeru
|
Philip Toledo Ltd.
|
Lm693
|
NTOM
|
ESI Ltd. (UPS)
|
Lm110
|
NTOM
|
ESI Ltd. (Servers)
|
Lm770
|
NTOM
|
BDS Ltd. (Apple Macs)
|
Lm751
|
NTOM
|
ITS Ltd. (Sage)
|
Lm530
|
MAJJAL - ESPORTAZZJONI
15323. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' majjal (irjus) li ġie esportat mill-1.1.97 sal-lum?
26/06/98
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interepllant illi risposta għal din il-mistoqsija diġa' ingħata f' risposta Parlamentari Numru 8812.
Ma kien hemm ebda esportazzjoni oħra minn dak inhar l'hawn.
WSC - PRODUZZJONI TA' L-ILMA
15324. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid, għall-perjodu bejn l-1.1.98 sal-15.6.98: 1) kemm kien l-ammont totali f'metri kubi tal-produzzjoni ta' l-ilma fid-diversi mpjanti tar-Reverse Osmosis; u 2) kemm kien l-istess ammont fl-istess perjodu: 1) fl-1997; u 2) fl-1996?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
WSC - MAINS TA' L-ILMA
15325. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Għall-perjodu mill-1.11.96 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kien it-tul f'km. ta' mains ta' l-ilma 'il fuq minn 4" li ġew mibdula; u 2) x'kien it-tul f'km. ta' mains ta' l-ilma li ġew miżjuda fin-network tad-distribuzzjoni fl-istess perjodu?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi sar tibdil ta' 8.6 kilometri ta' 'mains' b'dijametru ta' fuq 4 pulzieri, waqt li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma ġiet estiża b'33.5 kilometru ta' mains.
IMPJANTI TAR-REVERSE OSMOSIS - SPARE PARTS
15326. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm kien il-valur totali ta' spare parts li nxtraw mill-MDS/WSC għall-użu fir-Reverse Osmosis Plants minn meta l-istess kumpannija ġiet imwaqqfa sal-lum; 2) fiex kienu jikkonsistu dawn l-ispare parts; u 3) x'kien il-valur ta' kull kwantita' ta' spares identiċi li nxtraw?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
DEPARTMENT OF ENVIRONMENT - OFFICIALS
15329. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: How do Department of Environment officials deal with ongoing species held at Customs? What are the measures taken by such officials to ensure that such species are not endangered, prior to their destruction? Could the Minister please confirm that the deliberate destruction of such cites listed species by any person is an offence by cites legislation? What cites approved institution are such species passed on to for propogation and documentation throughout their lifetime, when such species are confiscated? Where can the registration of such movements be inspected?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
TARZNA - ĦAJT LI JDAWWAR BAĊIR NRU. 1
15330. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15306, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn qiegħed isir development brief separat u speċifiku għall-iżvilupp ta' l-art madwar Baċir Nru. 1 meta din iż-żona kienet diġa' parti mid-development brief li tħejja mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li żewġ development briefs imorru kontra l-intenzjoni li l-iżvilupp isir b'mod integrat? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-intenzjoni bħalissa fuq sa liema livell għandu jitbaxxa l-ħajt? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hux qed tkun imdaħħla fit-taħdidiet dwar id-development brief imħejji?
ONOR. ALFRED SANT: Peress li dan il-proġett se jibqa proprjeta tat-Tarzna, ġie deċiz li għandu jsir Development Brief separat u speċifiku għal dan is-sit. Madankollu, għalkemm hu maħsub li l-proġett tal-baċir numru 1 jiġi separatament mill-bqija taż-żona, xorta waħda kull żvilupp maħsub għal dan is-sit se jikkumplimenta l-izvilupp ippjanat għaż-żona kollha. Ma naħsibx li l-fatt li jkun hemm żewġ development briefs jeskludi l-possibilta li l-iżvilupp ikun kumplimentari.
Kif diġa indikajt fil-mistoqsija parlamentari numru 15306, il-livell tal-ħajt jiġi deċiż meta jinħarġu offerti u jiġu studjati l-proposti.
Hu maħsub li l-Awtorita ta' l-Ippjanar tkun ikkonsultata fi stadju aktar avvanzat meta t-Tarzna jkollha f'idejha l-proposti ppreżentati minn dawk interessati meta jinħarġu l-offerti f'dan ir-rigward.
NAXXAR - TRIQ L-IMSAQQFIN
15331. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara x'qed iżomm li jsir l-istreet lighting fi Triq l-Imsaqqfin, fin-Naxxar u dan kif rikjest ukoll fil-petizzjoni li qed tintbagħat separatament?
ONOR. LEO BRINCAT: It-talba għal-aktar Street Lighting fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Membru qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
IMPJIEGI - FLEXITIME
15338. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ġejjieni qarib hux se jieħu xi miżuri biex jinkoraġġixxi l-flexitime kif wiegħed il-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ fid-diskors tal-Budget?
ONOR. EDWIN GRECH: Ħafna mill-"Wage Regulation Orders" preżentement ma jippermetux ħinijiet ta' xogħol flessibbli u, għalhekk, biex jidħol il-"flexitime" irid isir tibdil fil-liġi.
Fil-kuntest ta' dak li ntqal fid-Diskors tal-"Budget" għal din is-sena, l-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali bi ħsiebu jippromwovi inizjattivi għall-introduzzjoni ta' "flexitime" sakemm ikun hemm qbil bejn is-"social partners" u sakemm it-tibdil meħtieġ ma joħloqx okkażjoni għal abbuż li jkun ta' detriment għal ħaddiema nfushom u sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-ħaddiema kollha.
IMPJIEGI - NIES JAĦDMU BI QLIEGĦ
15339. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' nies li kienu jaħdmu bi qliegħ fl-aħħar ta' Mejju?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
SKEJJEL - EŻAMIJIET
15340. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Issa li ħarġu r-riżultati ta' l-eżami għall-Junior Lyceum, jista' l-Ministru jagħti analiżi ta' l-istess riżultati?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Issir analiżi tar-riżultati tal-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum u joħroġ rapport dwarha.
Kopja ta' din ir-rapport titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
IMPJIEGI
15341. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14576 dwar talbiet għall-impjiegi li saru lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ (E.T.C.) matul April, jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu nies biex jimtlew dawn it-talbiet u kemm minnhom ġew impjegati?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
ETC - REKLAMAR TA' IMPJIEGI
15342. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm sa llum matul din is-sena ntalbu permessi għar-reklamar ta' impjiegi lill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ (E.T.C.)?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
RESEARCH AND DEVELOPMENT CENTRE - RAPPORT DWAR IL-COTTONERA
15343. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Research and Development Centre fi ħdan l-E.T.C. hijiex qed tħejji r-rapport bħal dak li lestiet dwar il-Cottonera li l-Ministru għadu kemm qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
K.I.M. - ALLOWANCES
15344. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fir-rigward tal-ħlas ta' allowances lill-Membri tal-K.I.M. fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar fix-xhur minn Mejju sa Ġunju: a) min huma l-membri tal-Kumitat tal-K.I.M. li rċievew allowance; u b) x'kien il-valur ta' kull allowance li ngħata lil kull membru kull xahar?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-ħlas tal-allowance lill-membri tal-K.I.M. hija deċizjoni interna ta' l-istess ko-operattiva.
MAJJAL
15345. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-commission amministrattiva dovuta lill-K.I.M. fuq qatla ta' majjal ġietx miżjuda mill-1.11.96 'il hawn minn 8ml għal 9ml kull kilo u jekk fl-affermattiv: a) meta saret l-applikazzjoni għaż-żieda ta' 1ml/kilo; b) min għamel u lil min saret it-talba għal żieda; c) jekk din it-talba ġietx approvata f'xi laqgħa ġenerali tal-K.I.M.; u d) meta l-istess talba ġiet approvata mill-Bord tal-Koperattiva?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-Commission amministrattiva dovuta lill-K.I.M. mill-membri tagħha stess hija deċiżjoni interna.
PARIĠI - UFFIĊĊJU TA' L-NTOM
15356. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru: a) jikkonferma li dan l-aħħar il-persuna "A", li isimha qed jintbagħat separatament, ma baqgħetx taħdem fl-Uffiċċju ta' l-NTOM f'Pariġi u flokha daħlet il-persuna "B", li isimha qed jintbagħat separatament? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid: b) x'inhi r-raġuni ta' dan il-bdil; c) x'inhi n-nazzjonalita' tal-persuna iktar 'il fuq indikata bħala persuna "B"; u d) jekk hemmx xi parentela bejn din il-persuna u xi persuna oħra li taħdem fl-istess uffiċċju?
ONOR. KARMENU VELLA: Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.
Persuna 'A' bħalissa qegħda fuq ħames xhur maternity leave filwaqt li persuna 'B' qegħda, għal ftit żmien biss, twettaq xogħol klerikali.
M'hemm ebda parentela bejn din il-persuna u xi persuna oħra li taħdem fl-istess uffiċċju.
TABAKK - IMPORTAZZJONI
15357. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mpurtat f'Malta "roll your own tobacco" kull sena separatament, fl-1995, fl-1996, fl-1997 u fl-ewwel sitt xhur ta' l-1998 jew sa l-iżjed data viċina għat-30 ta' Ġunju safejn diġa' hemm miġbura l-informazzjoni mitluba?
ONOR. LEO BRINCAT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li miġbur mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika huwa dan:-
|
1995
|
1996
|
1997*
|
1998*
Jan-Apr
|
Kgs.
|
34750
|
12489
|
14432
|
3001
|
Lm
|
123160
|
89207
|
95681
|
18596
|
*Provisional
OĠĠETTI TA' L-IKEL - IMPORTAZZJONI
15358. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jikkonferma li kull meta jiġu mpurtati affarijiet ta' l-ikel li huma soġġetti għal-liċenzja maħruġa mill-"Veterinary Services Division", trid titħallas "fee" ma' l-approvazzjoni tad-dokument ta' l-importazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern sat-30 ta' Ġunju, 1998 minn dawn il-fees?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ma titħallas l-ebda miżata lill-Veterinary Sercives Division għall-approvazzjoni tad-dokumenti ta' l-importazzjoni.
Skond l-Avviż Legali Nru 74 ta' l-1998 miżata titħallas għall-viżti u testijiet ta' laħam, ħut u prodotti tagħhom importati kummerċjalment jew fi trasbord.
L-ammont miġbur sat-30 ta' Ġunju 1998 hu ta' Lm 5060.
BICAL - KONTROLLUR
15359. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm inkjesta għaddejja kontra l-Kontrollur tal-BICAL, li ismu qed jintbagħat separatament, liema inkjesta hija mmexxija mill-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Cuschieri? Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie appuntat espert tal-Qorti l-Avukat Joe Micallef Stafrace? Jista' l-Ministru in oltre jgħid f'liema stadju waslet din l-inkjesta?
ONOR. LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
SAĦĦA - PARAMEDIC AIDES
15360. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari numru 11606 magħmula mill-Onor. Jean Pierre Farrugia, u għall-mistoqsija parlamentari numru 14372 magħmula minni bħala reminder, jista' l-Ministru issa jgħid jekk tlestewx il-klassijiet li fihom tkun tista' tingħata l-parti teoretika għall-Paramedic Aides, u meta se jitħabbru l-ismijiet ta' dawk li ntgħażlu għal Paramedic Aides?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11606.
EĠITTU - AMBAXXATUR MALTI
15361. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex maħtur Ambaxxatur ġdid għall-Eġittu wara li ġie terminat l-inkarigu ta' l-E.T. is-Sur Ives de Barro bħala Ambaxxatur Malti għall-Eġittu xi xhur ilu? Jekk le, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħadd "in vista" għal din il-kariga? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx għallinqas il-ħsieb li jiġi appuntat xi ħadd? Jekk le, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jagħlaq l-Ambaxxata Maltija fl-Eġittu jew li jħalliha titmexxa biss b'"Charge d'Affaires"?
ONOR. GEORGE VELLA: Hemm il-ħsieb li l-post ta' Ambaxxatur għall-Eġittu li bħalissa hu vakanti - wara li s-Sur Yves de Barro kien serva seba' snin u disa' xhur f'din il-posizzjoni - timtela hekk kif tkun identifikata u magħżula persuna adattata biex taqdi b'mod xieraq id-doveri serji li jmorru ma' din il-kariga.
Huwa ttamat li dan il-proċess ikun mitmum malajr kemm jista' jkun.
DIPARTIMENT TAS-SISA
15362. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista l-Ministru jgħid: 1) kemm huma l-formoli li d-Dipartiment tas-Sisa jitlob, skond il-Liġi tas-Sisa, li jimtlew minn dawk reġistrati mad-dipartiment; 2) kull kemm żmien iridu jimtlew; 3) kemm huwa n-numru ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tas-Sisa li qegħdin jimlew dawn il-formoli; 4) bħal lum (Lulju 97) sena ilu kemm kien in-numru ta' dawk irreġistrati mad-Dipartiment tas-Sisa; u 5) illum sena wara li daħlet il-Liġi tas-Sisa, kemm huma dawk irreġistrati mad-Dipartiment tas-Sisa?
ONOR. LEO BRINCAT: Hemm formola waħda ta' taxxa li kull persuna rreġistrata mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa trid timla u tibgħat lid-Dipartiment. Din il- formola timtela skond il-perjodu ta' taxxa tal-persuna rreġistrata. Per eżempju, dawk li l-valur tal-bejgħ tagħhom f'sena ma jaqbiżx it-Lm12,000 lira fil-każ ta' proviżjoni ta' servizzi għandhom jibagħtu l-formola tat-taxxa darba fis-sena. L-istess japplika għall- bejjiegħa bl-imnut (retailers), irrispettivament mill-valur ta' bejgħ tagħhom. Persuni rreġistrati oħra għandhom jibagħtu l-formola tat-taxxa ġeneralment darba kull tliet xhur. Fil-preżent in-numru ta' persuni rreġistrati mad-Dipartiment huwa ta'45,329. F'Lulju tas-sena l-oħra n-numru ta' persuni rreġistrati kien ta' 43,290.
KUMMISSJONI GĦALL-MORALITA' FISKALI - CHAIRMENSHIP
15363. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew avviċinati minnu bħala Prim Ministru - minbarra s-Sur Sammy Meilaq - biex jikkonsidraw iċ-chairmenship tal-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali?
ONOR. ALFRED SANT: Is-Sur Sammy Meilaq u l-persuna li ġiet nominata.
KUMMISSJONI GĦALL-MORALITA' FISKALI
15364. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk it-terms of reference għall-Kummissjoni għall-Moralita' Fiskali f'dan iż-żmien inbidlux biex din il-kummissjoni ssir il-kelliema tal-Gvern u tapprova bilfors dak li jrid jgħid il-Gvern? Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman attwali ingħatax struzzjonijiet biex dwar ir-"random sample" il-kummissjoni titkellem b'mod li tapprova? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta mibgħuta, billi bħala koordinatur ta' Segretarjat għas-Self-Employed u negozju żgħir tal-PN bħala risposta għal talba li kont għamilt biex il-kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar ir-risposta tal-Prim Ministru rigward ir-random sample jekk hux eżempju kostituzzjonalment korrett jew skorrett?
ONOR. LEO BRINCAT: Tingħata tweġiba f'seduta oħra
ETC - FULL TIME FARMERS
15365. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, skond l-ETC, hu n-numru ta' full time farmers irreġistrati ma' l-ETC? F'liema lokalita' joqogħdu dawk hekk irreġistrati bħala full time farmers? Kif inhuma maqsuma dawn il-bdiewa skond l-eta'?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
ENEMALTA - ASSETS
15366. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-valur ta' l-assets kollha li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fil-preżent? F'kull każ, fejn jinstabu dawn l-assets u x'inhu l-valur individwali ta' dawn l-assets?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-PQ's 15255 u 15253.
L-Assi tal-Korporazzjoni, minbarra fil-postijiet imsemmija fil-PQ 15253, jinsabu wkoll f'kull triq u dar li għandha s-servizz ta' l-elettriku ġo Malta u Għawdex. Dan id-dettal kollu ma jinżammx fuq każi individwali.
PITKALIJA - PRODOTTI MKABRA B'SISTEMA ORGANIKA
15367. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-ammont ta' prodott imkabbar b'sistema organika li daħal fil-Pitkalija fil-perijodu 1/1/98 - 30/6/98? Kemm kienu l-varjetajiet ta' dawn il-prodotti li daħlu fil-Pitkalija?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Nikkonferma li f'dan il-perjodu tkabbru diversi prodotti bħat-tadam, bettieħ u frawli b' sistema ġdida organika. Ovvjament, dawn il-prodotti nbiegħu kollha fis-suq Malti iżda peress li fil-mument dawn il-prodotti għadhom mhux qed jiġu identifikati bħala prodotti organiċi ma' tinżammx rekord separata ta' dan il-bejgħ.
HCEB - CATERING ESTABLISHMENTS
15368. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il catering establishment ġdid ġie approvat mill-Hotels, Catering and Establishment Board fil-perijodu 1/11/96 - 30/6/98 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? X'tip ta' establishments ġew hekk approvati?
ONOR. KARMENU VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
GOZO CHANNEL - VAPURI ĠODDA
15369. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkunu lesti l-vapuri ġodda tal-Gozo Channel? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-ispiża ta' dawn il-vapuri titla' għal Lm50 miljun, kif ingħad riċentement fil-laqgħa ġenerali tal-Gozo Channel?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
MARSAMXETT/PORT IL-KBIR - MINA
15370. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' mina hu mistenni li tinfetaħ bejn Marsamxett u l-Port il-Kbir? Meta se jintlaqgħu il-proposti għal din il-mina?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
PULIZIJA - KAŻI TA' REATI
15371. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rapportati lill-Pulizija matul Mejju, 1998? Kemm minn dawn kienu: (a) serq; (b) reati vjolenti fuq il-persuna; (c) reati sesswali; (d) frodi; (e) serq minn areas residenzjali (urban theft); (f) ħsara volontarja fil-proprjeta'; u (g) hold ups?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher hawn :
Mejju 1998
----------
reati 1169
serq 642
offizi sesswali 27
reati vjolenti kontra l-persuna 46
frodi 6
hsara volontarja fil-proprjeta' 369
serq minn zoni residenzjali 258
'hold ups' 3
PULIZIJA - KAŻI TA' REATI
15372. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċifri ta' reati rapportati lill-Pulizija matul Ġunju, 1998? Kemm minn dawn kienu: (a) serq; (b) reati vjolenti fuq il-persuna; (c) reati sesswali; (d) frodi; (e) serq minn areas residenzjali (urban theft); (f) ħsara volontarja fil-proprjeta'; u (g) hold-ups?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher hawn taħt :
Gunju 1998
----------
reati 1118
serq 565
offizi sesswali 5
reati vjolenti kontra l-persuna 60
frodi 10
hsara volontarja fil-proprjeta' 369
serq minn zoni residenzjali 261
'hold ups' 4
DITTI FRANĊIŻI - LIĊENZJA GĦAL CASINO
15373. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li f'każ li ma jintlaħaqx ftehim ta' operation ma' ditta/i Franċiżi tingħata liċenzja għal casino fil-viċinanza tal-Casino tad-Dragonara?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Filwaqt li hu ttamat li fil-ġimgħat li ġejjin jintlaħaq ftehim mal-Konsorzju li jinkludi l-Accor Casinos bħala operaturi, il-MIMCOL għan-nom tal-Gvern qed tikkonsidra diversi alternattivi, inkluża dik imsemmija mill-Onor. Interpellant, sabiex il-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-Casinos tkun tista' tiġi implimentata.
CASINO - APPLIKAZZJONIJIET
15374. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm pendenti għal casino? Dwar il-kumpannija Casma Ltd, din ħallset id-dritt għal-liċenzja tal-Casino u jekk għandhiex arretrati ta' drittijiet xi tħallas?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-Casino għandhom ikunu ndirizzati lil Gaming Board of Control u safejn hu magħruf m'hemm l-ebda applikazzjoni pendenti.
Casma Ltd ħallset id-dritt għal-liċenzja tal-Casino. Din il-liċenzja tagħlaq f'Settembru 1998. Ma hemm ebda arretrati li jridu jitħallsu fuq din il-liċenzja.
MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB
PIXXINA NAZZJONALI - INTERVIEWS
W1,620. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-interview għall-job part-time fil-Pixxina Nazzzjonali f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħidili: (i) kemm kienu dawk li ressqu għall-interview; (ii) kemm kienu dawk magħżula; (iii) min huma, jekk possibbli; (iv) min fejn huma; (v) xi kwalifiki kellhom (għal kull wieħed) u x'kienu r-rekwiżiti; u (vi) fuq liema mertu ġew magħżula?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-E.T.C. bagħat total ta' seba' mija u sittin persuna għal intervista għall-postijiet varji fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali. Minn dawn attendew erba' mija u ħamsin persuna.
Il-persuni magħżula u l-lokalita' huma kif se nsemmi:
Skrivani:
Stefan Farrugia B'Kara
Simone Fenech Mellieħa
Jane Gatt Paola
Elaine Micallef Siġġiewi
Operaturi tal-Faċilitajiet Akkwatiċi:
Franklin Axisa San Ġwann
Ian Borg B'Kara
Alan Falzon St Julians
William Galea Kalkara
David Grech B'Kara
Keith Zahra Ta' Xbiex
Cleaning/Maintenance/Security:
Manwel Reitano Tarxien
Elizabeth Valentine Tarxien
Il-ħtiġijiet bażiċi għall-postijiet hawn fuq imsemmija kienu:
Skrivani
Ħtiġijiet:
Iridu jkunu ta' livell edukattiv Ordinarju jew ikollhom esperjenza ta' xogħol simili; 'computer literate' u abbiltajiet komunikattivi orali.
Responsabiltajiet:
Tmexxija tal-uffiċju u xogħol segretarjali; superviżjoni tal-korrispondenza u provvisti għall-uffiċju; organizzar ta' sistemi għal 'recording' u ħażna ta' nformazzjoni; pre-notar bi skeda; funzjonijiet ta' 'accounting' u 'bookkeeping'; pagi u komputazzjonijiet ta' spejjeż operattivi żgħar; ġbir u rikonċiljar tad-dħul ta' kuljum; kull dmir ieħor mogħti mill-Uffiċċjal Eżekuttiv.
Operaturi tal-Faċilitajiet Akkwatiċi:
Ħtiġijiet:
Preferibbilment b'livell edukattiv Ordinarju jew esperjenza ta' xogħol relevanti; preferibbilment kunfidenti ma' l-ilma; kwalifikat li jipprovdi 'life saving' u assistenza fil-'first aid' (jew lest li jiġi mħarreġ); għarfien fl-użu tal-kompjuters u abbiltajiet komunikattivi tajbin.
Responsabiltajiet:
Pre-notar għall-faċilitajiet akkwatiċi; jieħdu ħsieb talbiet għal tagħrif mill-pubbliku ukoll permezz tat-telefon; ġbir u rikonċiljar tad-dħul ta' kuljum; sigurta' bażika; għoti ta' servizzi lil min juża l-pixxina; tħaddim u manteniment tal-apparat tal-pixxina; manteniment u tindif tad-'deck' u 'changing rooms' u responsabiltajiet relatati oħrajn kif diretti mill-Uffiċċjal Eżekuttiv.
Cleaners/Maintenance/Security:
Ħtiġijiet:
Esperjenza ta' xogħol relevanti u għarfien bażiku dwar iġene u sigurta'.
Responsabiltajiet:
Dmirijiet ta' tindif ġenerali u manteniment; żamma ta' materjal tat-tindif; żamma ta' ambjent san; sigurta' bażika u responsabiltajiet oħrajn kif diretti mill-Uffiċċjal Eżekuttiv.
Il-persuni mpjegati kollha kellhom il-kwalifiċi hawn fuq imsemmija u ntagħżlu wara intervista magħmula mill-membri tal-Bord Amministrattiv.
Dostları ilə paylaş: |