Malta debates tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 353,16 Kb.
səhifə6/6
tarix17.01.2019
ölçüsü353,16 Kb.
#99718
1   2   3   4   5   6

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U KUNSILLI LOKALI - HOSPITALITY

W566. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jghid kemm intefaq bhala hospitality mid-diskateru li ghalih hu responsabbli mill- 1 ta' Novembru,1996 sat-30 ta' April,1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
ONOR. CHARLES MANGION: L-informazzjoni mitluba hija din:-






LM

Ministeru

6,958

Avukat Generali

3,066

Dipartiment tal-Kunsilli

1,778

Qrati ta' Malta

752

Dan l-infiq jinkludi l-attivitajiet li normalment isiru fi zmien il-festi tal-Milied.




MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - HOSPITALITY
W572. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih hu responsabbli mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 ta' April, 1997, maqsum skond kull ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, u l-istess informazzjoni għas-sitt xhur bejn Novembru 1995 u April 1996, hija kif ġej:-





1 ta' Novembru 1995 sat-30 ta' April 1996

1 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' April 1997




LM

LM

Ministeru għat-Trasport u Portijiet

10,698.00

8,980.00 (1)

Malta International Airport

720.52

3,832.23 (2)

Malta Maritime Authority

2,493.69

1,684.95

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili

733.50

742.73

Posta Limited

5926.22 (3)

5,517.63 (3)

Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet

xejn

xejn

Public Transport Authortiy

167.01

331.00

Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku

xejn

xejn

Gozo Channel Co. Ltd.

2053.43

147.35



Noti:-
(1) Lm 4,208 kienu kontijiet pendenti fuq 'Hospitality' li saret qabel Ottubru, 1996.
(2) Jinkludu spejjeż ta' 'l fuq minn Lm3,000 għal żewġ konferenzi.
(3) Jinkludu spejjeż li jaqbżu Lm 4,000 għall-Istaff Party tal-Milied.


ĦAMRUN - WIRE TA’ L-ELETTRIKU

W610. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista’ l-Ministru jara li l-wire tal-high tension li jinsab fi Triq San Fedele, Ħamrun ma jibqax mikxuf u joħloq ħsara u periklu speċjalment fix-xita?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirriferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Nru. 5406.


VALLETTA - LATRINA

W614. L-ONOR.SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-latrina maghluqa ta' bejn St.Nicholas Street u Fountain Street, fil-Belt Valletta terga' tinfetah ghall-uzu tal-pubbliku turisti u Maltin?
ONOR. CHARLES MANGION: Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija lill-kunsill lokali konċernat peress li t-talba taqa' taħt il-funzjonijiet mgħoddija lill-kunsilli lokali.


BANEK - FERGĦA F’TAL-PIETA’

W625. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-proposta oriġinali li jsir Bank kummerċjali għar-residenti ta’ tal-Pieta’/ G’Mangia?
ONOR. LEO BRINCAT: Minn żmien għall-ieħor il-Mid-Med Bank jistudja l-ħtieġa ta’ fergħat ġodda f’inħawi fejn għadu mhux irrappreżentat.
Dan il-post qiegħed ikun ikkonsidrat għal dan il-għan, flimkien ma’ nħawi oħra, fid-dawl ta’ l-istrateġija globali tal-Bank.


P.A. - APPLIKAZZJONI NRU. 1486/97

W626. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: Jista' l-Viċi Prim Ministru, jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament bl-applikazzjoni Nru. 1486/97 jingħata l-permess meħtieġ?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-proċess ta' jekk jingħatax permess jew le ma jiddependix mill-Ministru u jiddependi mill-applikazzjoni ta' policies tal-Pjan ta' Struttura. Dan il-każ se jitressaq quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp nhar id-19 ta' Mejju, 1997.
Yüklə 353,16 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin