Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 320,79 Kb.
səhifə2/6
tarix18.01.2019
ölçüsü320,79 Kb.
#100395
1   2   3   4   5   6

TQEGĦID TA' KARTI



ONOR EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra-
Avviż Legali Nru 123 ta’ l-2000 - avviż ta’ bidu fis-seħħ ta’ l-Att ta’ l-2000 li jemenda l-Att dwar ix-Xandir.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Louis Galea.
ONOR LOUIS GALEA: Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 121 ta’ l-2000 - regolamenti tas-sena 2000 għall-għażla ta’ applikanti għad-dħul fil-kors għall-grad ta’ B.Sc (Hons) (Physiotherapy);
Lista tas-suġġetti obbligatorji u optional li jridu jagħmlu studenti f’diversi skejjel, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 17672; u
Lista tas-suġġetti obbligatorji u optional li studenti fil-junior lyceum iridu jagħmlu, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 17673.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Zammit Dimech.
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH (Ministru għall-Ambjent): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tal-ftehim li ntlaħaq ma’ terzi dwar trasferiment ta’ proprjeta` f’Manoel Island, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 17845.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Tonio Borg.
ONOR TONIO BORG (Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tal-proġett pilota ta’ Moynihan House, St George’s Bay, bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 17841.
MR SPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet Ministerjali? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata.

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA

ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI

MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL



MR SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. ĊENSU GALEA (Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni): Mr Speaker, qabel ma ngħaddi biex nipproponi t-Tielet Qari nitlob li jkun hemm recommittal ta' klawsola 32.
MR SPEAKER: L-Onor. Joe Mizzi, on a point of order.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, biex isir recommittal hemm bżonn il-permess tal-Kamra u dan il-permess għadu ma ntalabx. (Interruzzjonijiet)
MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, il-Ministru qiegħed jitlob għal recommittal skond OP 104, liema ordni permanenti jgħid li wara li ssir it-talba, din tiġi ssekondata, issir il-mistoqsija, jekk ikun hemm xi oġġezzjoni jkun hemm spjegazzjoni fil-qasir min-naħa tal-ministru u min-naħa ta' min qiegħed jopponi, terġa' ssir il-mistoqsija u ngħaddu għall-istadju tal-kumitat. Dan huwa dak li jgħid OP 104.
MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Imma OP 20 jgħid li:
"Ħlief bil-permess tal-Kamra, li jkun deċiż mingħajr emenda jew diskussjoni, l-ordnijiet tal-ġurnata għandhom jiġu ttrattati fl-ordni li jkunu fuq l-aġenda.".
U l-ewwel item li għandna fuq l-aġenda llum huwa t-Tielet Qari ta' dan l-abbozz ta' liġi mhux ir-recommittal.

MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, ħalli naraw x'jgħid OP 104. Dan jgħid li:
''Meta abbozz ta' liġi jkun ġie rrapportat b'emendi jew mingħajr emendi, għandu jiġi ordnat li jinqara t-tielet darba f'dik il-ġurnata li tista' tiġi stabilita mill-Kamra, kemm-il darba l-Membru inkarigat minnu ma jixtieqx jipposponi l-konsiderazzjoni tiegħu jew ma ssirx mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' l-abbozz ta' liġi sew kollu sew biss dwar dispożizzjonijiet partikolari jew dispożizzjonijiet proposti li għandhom jiġu msemmija mill-Membru responsabbli fil-mozzjoni tiegħu.".
Issa l-Ministru diġa` għamel il-mozzjoni u ressaqha u indika wkoll iż-żewġ klawsoli.
Dan l-ordni permanenti jkompli jgħid hekk:
"Jekk mozzjoni għall-konsiderazzjoni mill-ġdid ta' abbozz ta' liġi tkun opposta, l-Ispeaker għandu jippermetti dikjarazzjoni qasira ta' tifsir tar-raġunijiet għal dik il-konsiderazzjoni mill-ġdid mill-Membru li jipproponi u minn Membru li jopponi xi mozzjoni bħal dik rispettivament, u għandu mingħajr ebda diskussjoni oħra jqegħedha għall-vot.''.
Mr Speaker, qegħdin fl-istadju fejn il-Ministru ressaq mozzjoni biex ikun hemm konsiderazzjoni mill-ġdid ta' klawsola 32 u t-Tieni Skeda. Is-Sedja issa tagħmel il-mistoqsija u ngħaddu għall-kumitat ta' din il-liġi.
MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, OP 42 jgħid hekk:
''Id-diskussjoni fuq kwestjoni interrotta jew sostitwita kemm fil-Kamra, jew fil-kumitat tal-Kamra kollha, tista' titressaq mill-ġdid u l-mozzjoni jew ordni terġa' titqiegħed fuq l-aġenda għal ġurnata futura fuq mozzjoni wara avviż.''.
Mela f'dan il-każ irid isir avviż u jrid jidher fuq l-aġenda.
MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Bir-rispett kollu, qegħdin nitkellmu fuq recommittal fejn għandek ordni stabilit. Il-każ li qed isemmi l-Onor. Mizzi hu meta nkunu qegħdin f'nofs dibattitu u nieqfu f'nofsu u naqbżu fuq item ieħor. Iva, f'każ li niddeċiedu li nieqfu f'nofs item u ngħaddu għal item ieħor fuq l-aġenda, ikun hemm bżonn il-permess tal-Kamra, pero` f'dan il-każ hemm ordni permanenti speċifiku dwar recommittal.
Lill-Onor. Mizzi nistiednu jara OP 104 li jitkellem proprju fuq recommittal. M'għandux għalfejn idur fuq ordnijiet permanenti oħrajn li m'għandhom x'jaqsmu xejn!
MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, dan li qed jintalab irid isir bil-permess tal-Kamra u inutli noqogħdu nduru ma' l-istanding orders. Għalhekk jien nitlob ruling min-naħa tiegħek.
MR SPEAKER: Nimxu mal-proċedura stabilita f'OP 104. Min jissekonda l-mozzjoni tal-Ministru?
ONOR. LOUIS DEGUARA (Ministru tas-Saħħa): Nissekonda.
MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi sabiex il-Kamra tgħaddi għall-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat ta' dan l-abbozz ta' liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
MR SPEAKER: Din id-division tittieħed minn hawn u 20 minuta.
Il-Kamra kienet sospiża fis-6.36 p.m. u rriżumiet 20 minuta wara.

MR SPEAKER: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija. Il-mistoqsija hi li l-Kamra tgħaddi għall-konsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi għat-Twaqqif ta' Awtorita` ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division

VOTAZZJONI NRU: 247

FAVUR: 33

Abela Anthony

Galea Mario

Agius Francis

Galea Pace Victor

Asciak Michael

Gatt Austin

Azzopardi Frederick

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Joe

Mifsud Bonnici Carmelo

Borg Tonio

Mugliett Jesmond

Cristina Dolores

Muscat Claude

Dalli John

Pullicino George

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Fenech Adami Eddie

Vella John

Frendo Michael

Zammit Ninu

Galea Censu

Zammit Dimech Francis

Galea Louis





KONTRA : 13

L-Onor.

Abela Carmelo

Cuschieri Joseph

Agius Chris

Dalli Helena

Bartolo Evarist

Farrugia Angelo

Brincat Leo

Gulia Gavin

Buhagiar Charles

Herrera Jose'

Chircop Karl

Mizzi Joe

Coleiro Marie Louise




Il-mozzjoni għaddiet.

Yüklə 320,79 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin