Malta debates tal-kamra tad-deputati


KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT



Yüklə 320,79 Kb.
səhifə3/6
tarix18.01.2019
ölçüsü320,79 Kb.
#100395
1   2   3   4   5   6

KONSIDERAZZJONI MILL-ĠDID FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' LIĠI GĦAT-TWAQQIF TA' AWTORITA` TA' MALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI

MALTA COMMUNICATIONS AUTHORITY BILL



L-Ordni għall-Kumitat ġie moqri
FIL-KUMITAT
L-Onor Michael Bonnici, President tal-Kumitati, jippresjedi.
KLAWSOLA 32 U T-TIENI SKEDA - Revoka u riżervi.
CLAUSE 32 AND SECOND SCHEDULE - Revocation and savings
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. ĊENSU GALEA: Mr Chairman, nipproponi din l-emenda:
''AU'' It-Tieni Skeda
(i) Fit-test Malti tal-paragrafu (a) tal-partita 5(2) il-kelma “ġenerali” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “individwali”; u
(ii) fil-partita 5(4) fil-paragrafu (d) il-kliem “fejn ikun hemm” għandu jiġi sostitwit bil-kelma “tawtorizza” u qabel il-kliem “dan ma jurix” għandha tidħol il-kelma “meta”.
Second Schedule
(i) In the Maltese text of paragraph (a) of item 5(2) the word “ġenerali” shall be substituted by the word “individwali”; and
(ii) in paragraph (d) of item 5(4) the word “Where” shall be substituted by the word “authorise”, the word “is” shall be deleted and the words “he does not” shall be substituted by the words “when he does not”.
Dan huwa sempliċement minħabba traduzzjoni ħażina li kien hemm f'din il-klawsola.
THE CHAIRMAN: Rimarki? L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Sur President, dan juri biċ-ċar kemm kellha raġun l-oppożizzjoni meta waqt li konna qed niddiskutu dan l-abbozz ta' liġi fl-istadju ta' kumitat, konna għedna li din il-liġi fiha ħafna żbalji. Issa l-gvern kellu jiġi hawnhekk u jitlob recommittal biex jirranġa dak li kienet ġibdlet l-attenzjoni għalih l-oppożizzjoni.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. ĊENSU GALEA: Mr Chairman, m'iniex se noqgħod nidħol f'diskussjonijiet, pero` tajjeb wieħed jgħid li minn liġi ta' 140 faċċata kulma nstabu żewġ kelmiet li riedu jinbidlu. Naħseb li kulmin għandu l-iċken idea tal-prattika ta' dan il-parlament jaf kemm-il darba kellna recommittals fuq liġijiet ferm iqsar minn din.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Il-Ministru jkun jaf ukoll li r-recommittals dejjem saru bi ftehim u mhux kif sar din id-darba, u dan minħabba li l-gvern mhux qed jimxi mal-ftehim li sar fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra rigward kif għandhom jiġu diskussi l-liġijiet. U qed ngħid dan biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf għalfejn aħna opponejna għal dan ir-recommittal.
Aħna għajjatna division per prinċipju għaliex fl-istess laqgħa konna ftehemna kif kellhom jiġu diskussi l-liġijiet wara xulxin. Il-Leader of the House qed jibqa' jinsisti li hemm liġi li għandha tiġi diskussa din il-ġimgħa meta fil-verita' ma kienx imissha li tiġi diskussa din il-ġimgħa. U din hija r-raġuni għalfejn aħna opponejna għal dan ir-recommittal.
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. ĊENSU GALEA: Mr Chairman, il-liġi li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Mizzi m'hijiex din li għandna quddiemna u għalxejn noqogħdu nipprovaw insibu raġuni fejn m'hemmx.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Iva, imma jien kont qed nagħti r-raġuni għalfejn aħna opponejna għar-recommittal ta' din il-liġi. Meta l-Ministru Ċensu Galea kien whip, kien imur fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra u jgħid "le" għal kollox. Sieħbu, il-Prof. Guido de Marco, li kien jipprova jsib triq minn fejn ngħaddu, kien isib l-oppożizzjoni ta' Dr Fenech nnifsu, li ried li huma jgħidu "le" għal kollox u fuq kollox. (Interruzzjonijiet) Ara aħna mhux hekk nimxu!
THE CHAIRMAN: Is-Sedja ma tistax tippermetti debate f'dan il-mument. L-Onor. Cuschieri.
ONOR. JOSEPH CUSCHIERI: Jiena nixtieq niġbed l-attenzjoni u nfakkar li waqt l-istadju ta' kumitat ta' din il-liġi, l-oppożizzjoni kontinwament kienet qed tiġi akkużata b'telf ta' ħin.
THE CHAIRMAN: M'iniex se nippermetti rimarki li m'għandhomx x'jaqsmu mal-klawsola li għandna quddiemna. Il-mistoqsija hija l-emenda ''AU'', kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
L-emenda ''AU'' għaddiet.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija klawsola 32 u t-Tieni Skeda kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola 32 u t-Tieni Skeda, kif emendata, għaddew u ġew ordnati biex isiru parti mill-Abbozz ta' Liġi.
Fis-7.09 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitati rrapporta progress.
MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond OP 104 issa l-Ministru jressaq it-Tielet Qari.
MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Skużi, dak l-item tneħħa minn fuq l-aġenda għaliex kellna r-recommittal. L-item li jmiss issa fuq l-aġenda huwa l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Konsumatur. Fuq dan nitlob ruling.
MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond OP 104 ladarba jkun hemm rapport min-naħa tal-President tal-Kumitati, il-Kamra jerġa’ jkollha quddiemha l-item li jkun imiss fuq l-aġenda, li f’dan il-każ huwa t-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi. Allura rridu ngħaddu għat-Tielet Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi. (Interruzzjonijiet) Safejn naf jien, hekk hi l-proċedura u dejjem hekk għamilna! Meta jkun hemm recommittal u jsir ir-rapport lis-Sedja, imbagħad ngħaddu għat-Tielet Qari minnufih. (Interruzzjonijiet) Imma x'inhi d-diffikulta`? Ma nistax nifhem! Dejjem hekk għamilna!
MR SPEAKER: L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, nerġa' ngħid li OP 42 jgħid li:
"Id-diskussjoni fuq kwistjoni interrotta jew sostitwita kemm fil-Kamra, jew fil-kumitat tal-Kamra kollha, tista' titressaq mill-ġdid u l-mozzjoni jew ordni terġa' titqiegħed fuq l-aġenda għal ġurnata futura fuq mozzjoni wara avviż.".
Jiġifieri biex dan l-item jerġa' fuq l-aġenda jrid jerġa' jiġi b'avviż fuq mozzjoni.
MR SPEAKER: Il-Viċi Prim Ministru.
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, kieku veru qed nitkellmu fuq kwestjoni interrotta jew sostitwita kien ikollu raġun jirraġuna hekk l-Onor. Mizzi, pero` f'dan il-każ japplika OP 104 li jitkellem dwar ir-recommittal. F'dan l-artiklu hemm proċedura stabilita u preċiża għar-recommittal. Issa għaddejna mir-recommittal u għalhekk japplika OP 104.
Jien għalija jekk it-Tielet Qari ma jsirx illum imma jsir għada filgħodu m'hijiex se taqa' d-dinja, pero` ma nixtieqx li jinbidlu l-proċeduri stabiliti ta' din il-Kamra. Jekk il-proċedura fil-passat kienet dejjem hekk insegwuha - u dan jista' jivverifikah fi ftit ħin l-Iskrivan tal-Kamra - u jekk il-proċedura fil-passat kienet li t-Tielet Qari ma jsirx, ma ġara xejn, nagħmluh mument ieħor. Jiena li qed ngħid huwa: Ejjew insegwu l-proċedura normali. Jekk is-soltu wara recommittal ngħaddu għat-Third Reading, allura ngħaddu għat-Third Reading. Jien m'iniex se ninsisti li bilfors isir issa, imma jekk il-proċedura tgħid li għandha ssir issa allura ninsisti li ssir issa.
MR SPEAKER: Mela nista' neħodha li qed naqblu biex ngħaddu għat-Tielet Qari? (Interruzzjonijiet) L-Onor. Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, kif teħodha li qed naqblu meta jien diġa` tlabtek għal ruling!
MR SPEAKER: Jekk m'hawnx qbil, allura ngħaddu għat-tieni item fuq l-aġenda. (Interruzzjonijiet) (Għajjat) Il-Ministru Bonnici.


Yüklə 320,79 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin