MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
SKEJJEL - SUPPORT STAFF
17653. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm xi twettaq mir-rakkmandazzjonijiet tar-rapport tal-working group dwar is-support staff fl-iskejjel ta' l-Istat li hemm riferenza għalih f'mistoqsija parlamentari numru 178?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li r-rapport dwar is-support staff requirements in state schools ġie studjat mill-Office of Review fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Sar survey fiżikament dwar l-istaff kollu li mhumiex teaching grades li hemm f'kull skola individwali biex seta' jkun magħruf in-nuqqasijiet attwali f'kull skola. Instab li, f'xi skejjel, kien hemm ħtieġa ta' tqassim aħjar tal-personnel konċernat. Saru diversi aġġustamenti biex jakkomodaw aħjar il-ħtiġiet ta' kull skola.
Pass importanti kien l-introduzzjoni tal-pożizzjoni ta' school secretary fl-iskejjel intitolati għalihom - 59 b'kollox. Dawn is-segretarji ntgħażlu wara sejħa għal applikazzjonijiet, ġew appuntati u bdew jiffunzjonaw diġa'. Bħala riżultat kien hemm xi ċaqlieq żgħir ta' skrivani skond il-ħtiġiet.
Sar survey ukoll tal-ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni biex ikun hemm l-aħjar tqassim possibbli fiċ-ċirkostanzi. Ġew impjegati casual cleaners u casual clerks għal fejn kien hemm xi nuqqas.
Sadanittant is-sitwazzjoni qegħda kontinwament taħt osservazzjoni biex il-bżonnijiet ta' l-iskejjel ikunu moqdija tajjeb.
SKEJJEL - TAS-SNAJJA'
17671. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl-iskejjel tas-snajja' kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent? Liema optional? Liema obbligatorji? Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li s-suġġetti fl-Iskejjel tas-snajja' huma:
Suġġetti
|
Optional Obligaotrji
|
Numru ta' Lezzjonijiet
|
|
|
|
Technical Education
|
xejn kollha
|
8
|
Technical Design
|
xejn kollha
|
4
|
Physics
|
xejn kollha
|
3
|
Mathematics
|
xejn kollha
|
4
|
English
|
xejn kollha
|
4
|
Maltese
|
xejn kollha
|
3
|
Religion
|
xejn kollha
|
2
|
Social Studies
|
xejn kollha
|
1
|
Geography
|
xejn kollha
|
1
|
History
|
xejn kollha
|
1
|
Computer
|
xejn kollha
|
1
|
Physical Education
|
xejn kollha
|
1
|
Appreciation
|
xejn kollha
|
2
|
SKEJJEL SEKONDARJI
17672. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Fl-iskejjel sekondarji Lorenzo Manche', Fra Diego Bonanno, Maria Theresa Nuzzo u San Ġużepp (Kordin) u Furtu Selvatico, kemm suġġett jkollu jagħmel l-istudent? Liema? Liema obbligatorji? Liema optional? Kemm lezzjonijiet għal kull suġġett kull ġimgħa?
ONOR. LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
JUNIOR LYCEUMS - SUĠĠETTI
17673. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fil-Junior Lyceums, kemm suġġetti jkollu jagħmel l-istudent? Kemm u liema huma obbligatorji? Kemm u liema huma optional u kemm lezzjonijiet fil-ġimgħa dedikat għal kull suġġett?
ONOR. LOUIS GALEA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
DJAR - TISWIJIET
17746. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' d-dipartiment jara li jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fl-appartament li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
TL/V/33/99
17753. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrimedja bil-permessi meħtieġa għat-talba TL/V/33/99?
Peress l-bżonn ta' dawn il-permessi huma wieħed urġenti, jista' l-Ministru jara li ma jkunx kawżat aktar dewmien?
Jekk fl-affermattiv, meta?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li t-talba TL/V/33/99 ġiet riferuta lill-Uffiċċju tal-Pulizija dwar Permessi tal-Ħwienet, fil-5 ta` Ottubru, 1999, fejn beda il-proċess. Din l-applikazzjoni ġiet ipproċessata mid-Dipartimenti tal-Gvern ikkonċernati kollha, u fit-23 ta` Novembru, 1999, intbagħtet fid-Distrett Nru. 9, tal-Mosta, biex iwaħħlu r-rapport tad-Distrett, flimkien man-neighbours consent form. Peress li kien hemm gar li oġġezzjona għal din it-talba, fl-24 ta` Marzu, 2000, l-applikazzjoni ġiet riferuta għal konsiderazzjoni tal-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL - KUMITAT
17777. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, iva jew le, jekk hux se jkun huwa l-Prim Ministru li se jaħtar il-kumitat tat-tmexxija tat-triġijiet taż-żwiemel fil-Marsa jew xi persuni qrib tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-raġunijiet?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Nirriferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 17585 u 17586.
WSC - ARLOĠĠ TAD-DAWL
17814. L-ONOR. MICHAEL ASCIAK staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ tal-ilma tad-dawl tal-inkwilini, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jiġu ċċekkjati mill-korporazzjonijiet responsabbli peress li minkejja li diġa' sar rapport minnhom għadu ma ġara xejn?
ONOR. JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
INTERNATIONAL TAX MEETING - DELEGAZZJONI MINISTERJALI
17815. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li attendiet l-International Tax Meeting organizzata mill-OECD bejn id-29/03/2000 f'Pariġi? Saru interventi/diskorsi min-naħa tad-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista' jitqiegħed id-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kien hemm komunikat finali fi tmien il-laqgħa? Jekk iva, jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-delegazzjoni kienet komposta minni, l-attorney general, il-President tal-MFSC, uffiċjal tad-dipartiment tat-taxxa u l-Ambaxxatur Malti għal Franza.
Jiena għamilt il-kummenti tiegħi waqt d-dibattitu fil-laqgħat u ma sarux diskorsi.
Il-komunikat li nħareġ huwa pubbliku u jista` jinkiseb.
BORZA TA' MALTA
17816. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi tħabbar f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li l-gvern kien beħsiebu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-legali notice li tiġbor diversi tibdiliet għar-regoli tal-Borza ta' Malta, dan ifissirx li t-talba bil-miktub ta' l-istockbrokers Maltin ġiet abbandunata għal kollox?
Meta mistennija jiġu fis-seħħ dawn ir-regolamenti ġodda?
Dan ifissirx ukoll li l-kunsill tal-Borza ta' Malta ma laqgħax it-talba ta' l-istockbrokers Maltin biex dawn it-tibdiliet jiġu ntrodotti fuq medda ta' żmien bħalma ġara f'każi oħrajn li liberalizzazzjoni bħal telekomunikazzjoni, eċċ?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma naħsibx li għandi x`inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17764.
OECD - FISCAL AFFAIRS
17817. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Billi Jeffrey Owens, head of fiscal affairs ta' l-OECD, dan l-aħħar qal li meta ġew eżaminati d-diversi ġurisdizzjonijiet in konnessi mal-harmful tax competition list li ġabret l-istess OECD, kull ġurisdizzjoni li ġiet reviewed ġiet assigned contact country fl-OECD innifsu li miegħu saru diversi diskussjonijiet bilaterali, jista' l-Ministru jgħid liema kien l-assigned OECD contact country li ġie assenjat lill-pajjiżna?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-contact country li ġiet assenjata Malta kienet il-Ġermanja.
RABAT - WASHOUTS
17818. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17613?
ONOR. JOSEF BONNICI: Jiena nformat li matul il-perijodu imsemmi ma sarux ebda washouts fir-Rabat, Malta.
DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - REKLAMAR
17824. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17593, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17190, jista' jgħid x'inhija l-policy tal-gvern għar-reklamar ta' art għal skopijiet agrikoli? X'policy għandu l-gvern għal dan il-għan u liema huma s-siti f'Malta u Għawdex li fil-mument qed jiġi reklamat bil-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17190 fejn spjegajt il-policy ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar skond il-provvedimenti tal-liġi sabiex tissalvagwardja l-ambjent kontra perikli potenzjali minn dan it-tip ta` żvilupp.
Ninsab informat ukoll li s'issa għad ma ħareġ l-ebda permess li jissanzjona reklamar ta` art għal skopijiet agrikoli.
PITKALIJA ĊENTRALI - ĦAXIX/FROTT
17825. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-prezzijiet medji tal-prodotti tal-ħaxix u frott li l-bdiewa daħlu fil-Pitkalija Ċentrali għax-xahar ta' Ġunju, 2000?
ONOR. NINU ZAMMIT: L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
SKEJJEL - MANUTENZJONI
17827. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17706 dwar l-iskola primarja ta' Ħal Luqa?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li t-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lestiet offerta għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos li għandhom iwasslu għat-tkabbir u t-tiġdid ta' l-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa.
Fil-preżent qegħdin jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa biex tali offerta tkun ippublikata. Darba jiġi appuntat kuntrattur mid-Dipartiment tal-Kuntratti jkun jista' jingħata bidu għax-xogħol imsemmi.
HOUSING AUTHORITY - CHAIRPERSON
17828. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju nkluż il-fringe benefits taċ-chairperson tal-Housing Authority u taċ-chairperson ta' l-SWDP?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ic-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar tirċievi s-somma ta' Lm7,000 bħala remunerazzjoni. Bħal kull membru ieħor tal-bord hija intitolata għall-hospitality allowance sa massimu ta' Lm150 fis-sena u child care allowance sa massimu ta' Lm80 fix-xahar.
Għandha l-użu bla ħlas ta' karozza uffiċjali, tal-mobile phone u tat-telefon tad-dar.
Rigward l-informazzjoni mitluba dwar ic-Chief Executive Officer tal-SWDP nirriferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li jien tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 13032.
MADLIENA - TRIQ IL-VEDUTA
17829. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bidlet il-livelli ta' Triq il-Veduta, Madliena sabiex tinqeda persuna meta b'dan il-mod qiegħed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti l-oħra?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li t-triq li rrifera għaliha l-Onor. Interpellant minn dejjem kienet iddisinjata b`iżjed minn talut wieħed, parti taqleb lejn Triq il-Majjistral u parti lejn Triq il-Markiż J. Scicluna. Sabiex il-ksur tat-taluti ta` din it-triq ikun iktar uniformi, inħass il-bżonn li jsir tibdil żgħir fin-naħa ta` Triq il-Majjistral. Dan sar wara studju tekniku u dettaljat, filwaqt li ttieħed ħsieb li ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent għar-residenti tat-triq.
MADLIENA - TRIQ IL-MAJJISTRAL
17830. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jivverifika r-raġuni għaliex Triq il-Majjistral, l-Madliena ġiet imblukkata minn xi persuni irresponsabbli u li tittieħed azzjoni minnufih ħalli din it-triq terġa' tinfetaħ?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien informat li s-sit kien spezzjonat u jidher illi l-art madwarha li ttella' l-ħajt kienet ġiet esproprijata bis-sistema ta` request for expropriate on behalf of third parties.
Id-dipartiment qed ikompli jinvestiga s-sitwazzjoni biex jiġi stabbilit x`wassal biex jittella' dan il-ħajt u biex sussegwentament jittieħdu l-passi meħtieġa dwar il-każ.
VRT TEST
17831. L-ONOR. RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-vetturi li għamlu l-VRT sal-lum?
Kemm jammonta n-numru ta' vetturi li għadhom ma għamlux l-VRT?
Jista' jgħid ukoll kemm min dawn huma vetturi privati, dawk tal-gvern u tal-korporazzjonijiet pubbliċi u entitajiet governattivi?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien informat li minn mindu ġie ntrodott il-vehicle roadworthiness test jiġifieri mill-1 ta` Ottubru. 1999 sal-31 ta` Mejju, 2000 kien hemm 59,637 vettura li għamlu il-vehicle roadworthiness test.
WSC - KONTIJIET
17832. L-ONOR. RITA LAW staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma pendenti xahar b'xahar u lokal b'lokal, li għadhom ma waslux għand il-konsumatur?
Liema huma dawk il-kontijiet li jridu jitqassmu lill-konsumatur? Ta' liema xhur u f'liema lokalitajiet?
ONOR. JOSEF BONNICI: Sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, ma narax il-ħtieġa li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha toqgħod tiġbor dawn id-dettalji kollha, meta l-ħin u r-riżorsi umani involuti jistgħu jiġu utilizzati aħjar.
Tajjeb li ngħid li huwa l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li sa l-aħħar tas-sena l-backlog tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkun ġie cleared.
TA' ĠIORNI - TRIQ JEAN HOUEL
17833. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi biex il-gallarija ta' Flat 9, Blk G, Triq Jean Houel, Ta' Ġiorni, issirilha l-manutenzjoni meħtieġa peress li hija ta' perikolu għan-nies u min ħin għal ieħor hemm il-biża' li partijiet minnha taqa' għal isfel?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
MALTACOM - IMPJEGATI
17834. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mis-securities tal-Maltacom mhux qed jingħataw il-vacation leave annwali ntitolat lilhom?
Jaf il-Ministru li minn fost il-ħaddiema hemm min għandu vacation leave annwali akkumulat ta' tliet snin? Jista' jikkonsidra li tingħata għażla lill-ħaddiema jekk jitħallsux jew inkella jingħatawx bħala leave il-ġranet dovuti lilhom?
ONOR. JOSEF BONNICI: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
CHILDREN ALLOWANCE - TNAQQIS
17835. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17713?
ONOR. LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17713.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PENSJONIJIET - TNAQQIS
17836. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17712?
ONOR. LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17712.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PENSJONIJIET - TNAQQIS
17837. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17711?
ONOR. LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17711.Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
BENEFIĊĊJU TAL-MARD
17838. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17710?
ONOR. LAWRENCE GONZI: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numri 17710.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PA2416/00
17841. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17696, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proġett pilota ta' Moynihan House kif ippreżentat mit-taqsima proprjeta' tal-gvern?
ONOR. TONIO BORG: Kopja tal-proġett pilota ta` Moynihan House kif ippreżentat mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra iktar kmieni f'din is-seduta.
MIDI - FTEHIM
17845. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17723?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Kopja tal-ftehim li ntlaħaq ma' terzi dwar trasferiment ta' proprjeta' f'Manoel Island tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta. Ftehim dwar postijiet vakanti oħra dalwaqt jiġi konkluż.
DINGLI - TRIQ GIAN MARIA ABELA
17846. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17705, jista' l-Ministru jivverifika l-fatti mal-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għax fil-fatt jeżisti culvert kbir fi Triq San Pawl tal-Pitkali li jagħti għal Triq Gian Maria Abela filwaqt li minn din it-triq jgħaddi kwantita' kbira ta'ilma tax-xita?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien informat li Triq San Pawl tal-Pitkali ġiet spezzjonata mid-Dipartiment mas-Sindku tal-kunsill tal-lokal u rriżulta li mill-ħajt ta` proprjeta` li tagħti għal ġo din it-triq hemm żbokk antik li jista` jkun kien jieħu l-ilma mill-artijiet ta` wara.
Għalhekk id-dipartiment se jkompli jara dan l-iżbokk minn fejn ġej biex jiġi determinat jekk hemmx catchment fuqu, u jekk jirriżulta li jrid isir culvert biex jingħaqad miegħu fit-toroq eżistenti, x-xogħol meħtieġ ikun jista` jsir.
ST JAMES CAVALLIER - PERIT RICHARD ENGLAND
17850. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 17603, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' x'tip ta' servizz ta l-Perit Richard England għall-ħlas tas-somma ta' Lm65,900 bħala konsulenza għal proġett ta' Bieb il-Belt?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-konsulenza tal-Perit Richard England għall-Proġett ta' Bieb il-Belt jinkludi:
- disinn preliminari ta' l-Opera House, Pjazza Ħelsien u tal-bus terminus;
- sottomissjoni ta' l-applikazzjoni 'outline' lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar; u
- diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma ħareġ il-permess.
FURJANA - PLAYING FIELDS
17851. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu pproġettat li jsir u meta hu maħsub li jitlestew ix-xogħlijiet fil-King George VI playing fields, Furjana?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ix-xogħol li hu ppjanat li jsir fil-King George VI playing fields Furjana, huwa upgrading komplet ta' dan il-post rikreattiv.
Se jsiru passaġġi ġodda b'pavimentar ġdid, areas bil-ħamrija, bandli ġodda, dwal u street furniture oħra. Ix-xogħol inbeda bil-ħaddiema ta' l-ewwel distrett u bħalissa qed niddiskutu programm ta' xogħol biex jiġi stabbilit meta ser jitlesta matul is-sena d-dieħla.
NATIONAL COMPUTING CENTRE - EŻAMIJIET
17852. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ARMATA - IMPJEGATI
17853. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnell ta' l-Armata li attendew għal kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fl-Armata llum?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba, li hi mifruxa fuq għaxar snin, qed tinġabar.
Dik l-informazzjoni li tista' tinħareġ se tingħata fi tweġiba f'xi seduta oħra.
ARMATA - IMPJEGATI
17854. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu suldati wara li rriżenjaw mill-Armata s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien ir-rank tagħhom?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: L-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta ma jagħtix lis-suldat dritt ta' riżenja. Jista jiġi maħlul mis-servizz taħt sistema ta' discharge by purchase jew tmiem ta' servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni.
Fl-1999 kien hemm ħames discharges by purchase (surġent, lance bombardier u tliet gunners) u gunner li temm is-servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni. Fis-sena 2000 kien hemm tliet gunners li ġew discharged by purchase.
ARMATA - IMPJEGATI
17855. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li qed jagħmlu għassa madwar il-ħabs humiex qed jingħataw x'jieklu u x'jixorbu, waqt ix-xift tagħhom u x'tip ta' protezzjoni mix-xemx qed tipprovdilhom l-Armata?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Ninsab informat li s-suldati li qegħdin jagħmlu għassa madwar il-ħabs jaħdmu fuq xift normali bħal suldati oħra.
Biex dawn is-suldati jiġu protetti mix-xemx, l-awtoritajiet tal-ħabs ipprovdew strutturi li diġa' kienu f'posthom meta s-suldati bdew l-għassa.
GĦARAB - VIŻA
17856. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?
ONOR. JOE BORG: Peress li d-domanda titratta d-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi Għarab, u għalhekk tikkonċerna il-qasam ta' l-immigrazzjoni, li jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Intern, nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
PULIZIJA - MWIET
17857. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? X'kienet il-kawża tal-mewt f'kull każ?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
Kawża tal-mewt
|
1998
|
1999
|
2000*
|
Omiċidji
|
7
|
12
|
4
|
Inċidenti tat-traffiku
|
16
|
12
|
8
|
Suwiċidju
|
11
|
23
|
8
|
Oħrajn
|
21
|
21
|
20
|
* Sa l-10.07.2000
PULIZIJA - FIRE ENGINES
17858. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Billi l-pulizija żammet taħt il-control tagħha żewġ fire engines għal crowd control speċjalment waqt il-logħob tal-football, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija detailed biex jaħdmu fuq dawn iż-żewġ vetturi? X'joqogħdu jagħmlu dawn meta l-vettura ma tkunx qed tintuża? Kemm qed jiswew lill-korp dawn iż-żewġ vetturi biex jinżammu?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li l-membri ta` l-SAG li għandhom il-ħila fl-immannġar ta` dawn il-vetturi, meta ma jkunux meħtieġa sabiex joperaw dawn il-vetturi, jagħmlu xogħol bħal kull membru ieħor ta` din l-Iskwadra. Fir-rigward ta` spejjeż li dawn il-vetturi qed jiswew lill-korp tal-pulizija, ninsab informat li bħalma hu l-każ f`kull vettura oħra, dawn huma għal fuel, maintenance u meta jkun meħtieġ tiswijiet ta` ħsarat li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal ieħor.
ĦAMRUN - VICTOR TEDESCO STADIUM
17859. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Kif beħsiebu jgħin il-Gvern fit-tkomplija ta' xogħlijiet fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun?
ONOR. LOUIS GALEA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
DIPARTIMENT TAL-VAT
17860. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multa li ġabar id-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' multi li ġabar id-dipartment f'każ ta' kompromess skond l-Artikolu 84 ta' l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud mill-1 ta' Lulju, 1999 meta bdiet titħaddem l-iskema sat-30 ta' Ġunju, 2000 kien ta' Lm44,200.
SIDIEN TA' ĦWIENET - IRĊEVUTI TAL-VAT
17861. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' sidien ta' ħwienet li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 117.
SIDIEN TA' RESTAURANTS - RIĊEVUTI TAL-VAT
17862. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien tar-restaurants li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' sidien ta' restaurants li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 13.
STREET HAWKERS - RIĊEVUTI TAL-VAT
17863. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' street hawkers (inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets) li ġew imħarrka minħabbba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' street hawkers, inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets, li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u t-30 ta' Ġunju, 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 78.
BORD TAT-TRAFFIKU - MEMBRI
17864. L-ONOR. RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17699, kif jista' jkollok bord jiffunzjona biċ-chairman biss mingħajr membri?
Liema kienet l-aħħar sena li l-bord tat-traffiku kellu l-membri tiegħu?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien informat li l-funzjonijiet tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mistennija jkunu nkorporati fl-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta li mistennija titwaqqaf dalwaqt.
FGURA - MUŻEW
17865. L-ONOR. RITA LAW staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Peress li fit-Triq Karmelitani, l-Fgura issa nbena l-mużew tat-tfal, jista' l-Ministru jtawwal l-aċċess ta' one way minħabba l-perikolu tat-traffiku?
ONOR. ĊENSU GALEA: Se ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex nara x'jista' jsir.
PULIZIJA - REATI
17866. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati ġo Paceville din is-sena u kemm minnhom ġew allegatament konnessi minn persuni taħt is-16-il sena? X'kien l-allegat reati?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li matul din is-sena, sa l-10 ta` Lulju, il-pulizija ta` San Ġiljan kellha 192 rapporti ta` reati li jidhru li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn ir-reati jinkludu, attentat ta` serq, offiżi fuq il-persuna, ħsarat, falsifikazzjoni, reati sesswali u serq. Minn dawn kien hemm rapport wieħed ta` offiża fuq il-persuna, fejn kien allegat li ġie mwettaq minn persuna taħt is-16-il sena.
DJAR - IMĠARR
17873. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani meta r-residenti ta' l-HOS 990/83 ta' l-Imġarr, Malta jkunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom skond l-iskemi preżenti?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Peress li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex it-titolu legali fuq l-art ma tistax tagħmel il-kuntratt finali mal-benefiċċjarji.
Pero', il-benefiċċjarji kellhom opportunita' li japplikaw taħt skema ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jifdu ċ-ċens - kumpens għall-okkupazzjoni - b'rata sussidjata u b'hekk ma jħallsux aktar ċens - kumpens għall-okkupazzjoni. Dawn il-benefiċċjarji m'applikawx taħt din l-iskema.
Illum il-benefiċċjarji jistgħu japplikaw biex jifdu ċ-ċens - kumpens għall-okkupazzjoni - bir-rata legali.
QORTI - GENERATOR
17874. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 17750?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
ARVID PARDO - MONUMENT
17875. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkontempla li jsir mafkar jew tip ieħor ta' monument f'ġiħ Arvid Pardo?
ONOR. LOUIS GALEA: Kif diġa' kont weġibt fil-mistoqsija oriġinali ta' l-Onor. Membru, is-suġġett qed jiġi kkonsidrat.
ILSIEN MALTI
17876. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonsidra li terġa' tiġi proposta l-liġi li kellha "ssaħħaħ il-qagħda ta' l-ilsien Malti u l-identita' nazzjonali Maltija li kienet tressqet għall-ewwel darba fis-17 ta' Ottubru, 1989 u d-dibattitu fuqha kien twaqqaf fuq talba ta' l-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien u mingħajr qatt ma tkompla?
ONOR. LOUIS GALEA: Il-kwestjoni se tkun għall-attenzjoni tal-bord rikostitwit dwar l-Ilsien Malti li hu presedut mill-Professur Albert Borg.
ACCOUNTANTS/AWDITURI
17881. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17749 dwar accountants u awdituri din tikkonċerna l-ministeru per se u mhux lill-entitajiet ikkonċernati, tista' ġentilment twieġeb mill-ġdid?
ONOR. JOSEF BONNICI: Ma jirriżultalix li l-ministeru per se uża s-servizzi ta' konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri biex isir monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali.
MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB
PULIZIJA - IMPJEGAT
W185. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li kienet pulizija u kienet għaddiet bord mediku hijiex se terġa' tiddaħħal lura fil-korp billi instabet medikament b'saħħitha biex tirriżumi postha fil-korp? Jekk se tiddaħħal, meta, u jekk le, għaliex?
ONOR. TONIO BORG: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11356 u 14556.
Dostları ilə paylaş: |