Malta debates tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 0,52 Mb.
səhifə6/7
tarix08.01.2019
ölçüsü0,52 Mb.
#92554
1   2   3   4   5   6   7

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



SISTEMA ĠDIDA TA' TASSAZZJONI - PUBBLIĊITA'

6946. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min tefa' t-tender biex jieħu l-kuntratt għall-pubbliċita' konnessa ma' l-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta' tassazzjoni minflok il-VAT u kemm kien kull tender? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll minn min kien jikkonsisti l-Bord ta' l-Għażla?
ONOR. ALFRED SANT: Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni kien responsabbli għall-kampanja pubbliċitarja konnessa ma' l-introduzzjoni tas-Sistema Ġdida ta' Tassazzjoni minflok il-VAT.
Fil-bidu ta' Mejju, 1997, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ħareġ quotations għall-kampanja pubbliċitarja.
Din kienet tikkonsisti f'dan li ġej:
Il-produzzjoni ta' għaxar videos ta' minuta l-wieħed għax-xandir fuq it-TV.
Il-produzzjoni ta' video ta' ħames minuti għax-xandir fuq it-TV.
Il-produzzjoni ta' għaxar reklami għar-radju ta' minuta l-wieħed.
Avviżi full page bil-kulur għall-pubblikazzjoni fil-ġurnali.
Ktejjeb informattiv bil-kulur ta' 16-il pagna, daqs A5. leaflets bil-kulur, daqs A5.
L-irrekordjar ta' 15-il programm outside broadcast.
L-istampar ta' 80,000 stedina fuq karta bil-letterhead tad-dipartiment.
Id-ditti mitluba jikkwotaw kienu:
Visual Trends & Co Ltd, Birkirkara;

Velprint Ltd, Guardamangia; u

Plus Advertising Co Ltd, Guardamangia.
L-offerti kienu:
Total

Visual Trends & Co Ltd Lm75,030

Velprint Ltd Lm72,950

Plus Advertising Co Ltd Lm65,360
Il-Bord ta' l-Għażla għat-tieni fażi kien magħmul minn tliet uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Dawn kienu:
Is-Sur Saviour Azzopardi - Senior Principal

Is-Sur Anthony Preca - Public Relations



Officer

Is-Sur Joseph Casingena - Information



Officer
Il-bord sab li l-aktar offerta vantaġġjuża kienet dik ta' Plus Advertising Co Ltd. L-għażla tal-Bord ġiet konfermata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.

BUĠIBBA - PROĠETT

6999. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-differenza bejn il-budget tal-proġett ta' Buġibba u kemm attwalment intnefaq?
Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni tad-differenza li tħallset, lil min tħallset u kif tħallset?
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm jiswa t-tarmac li ngħata lil proġett ta' Buġibba u min huma l-kuntratturi li ħadmu f'dan il-proġett?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Id-differenza ta' bejn l-istima oriġinali u kemm ġie committed fuq il-proġett, hija ta' madwar Lm500,000. Id-differenza hija dovuta għall-xogħlijiet li ma kienux ippjanati li jidħlu fil-proġett oriġinali, iżda rriżulta illi ma setgħux jitħallew barra għaliex kienu sejrin ikunu ta' detriment għall-proġett. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludi l-upgrading ta' partijiet mill-promenade, toroq u bankini li ma kienux inklużi fil-programm oriġinali.
Kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6925, ċifra eżatta dwar kemm tħallsu l-kuntratturi tkun tista' tingħata malli l-kejl kollu fuq il-proġett tkun finalizzat.
Ingħataw 'l fuq minn 131,000 metri kwadri ta' tarmac fuq il-proġett kollu u huwa stmat li t-tarmac sewa madwar
Lm1,200,000. Lista tal-kuntratturi kollha li ħadmu f'dan il-proġett ingħatat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6491.


KORS PGCE

7083. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6345 magħmula fid-9 ta' Ġunju u li kienet tgħid:
"Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors tal-PGCE ta' fil-għaxija twaqqaf u qed isir fil-għodu biss b'inkonvenjent għal dawk li diġa' qed jaħdmu"?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6345 mogħtija f'din is-seduta.


GOZO CHANNEL - VETTURI BEJN MALTA U GĦAWDEX

7274. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 6610, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-vetturi li qasmu misjuqa minn nies b'residenza f'Għawdex, b'residenza f'Malta u minn barranin?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:-


DATA

BARRANIN

RESIDENTI MALTIN

RESIDENTI GHAWDXIN

Nov 95

2648

5585

10129

Dec 95

1935

5766

9943

Jan 96

1873

5306

9975

Feb 96

1741

5214

7903

Mar 96

3267

6804

10189

Apr 96

4186

10087

9468

May 96

4501

8761

11437

Jun 96

4107

10350

11060




DATA

BARRANIN

RESIDENTI MALTIN

RESIDENTI GHAWDXIN

Nov 96

2936

7333

10899

Dec 96

1533

5023

9240

Jan 97

2052

5436

9750

Feb 97*

10311

9156




Mar 97*

11964

7063




Apr 97*

10909

7853




May 97*

12623

8705




Jun 97*

12946

8808



* Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibli jsir distinzzjoni bejn nies b'residenza f'Malta u bejn barranin minn Frar ta' din is-sena 'l quddiem.



U.E. - DIKJARAZZJONIJIET

7726. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Malta ġietx mistiedna tassoċja ruħha mad-dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni preżenti fi Sierra Leone ta' l-10 ta' Lulju, 1997?
Il-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant assoċjati ma' l-Unjoni Ewropea, Ċipru, l-Islanda u n-Norveġja assoċjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni, għalhekk jaħseb il-Viċi Prim Ministru li għandha ssir talba da parti ta' Malta sabiex minnufih nibdew niġu mistiedna mill-Unjoni Ewropea sabiex nassoċjaw ruħna ma' dikjarazzjonijiet simili?

ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta ma ġietx mistiedna tassoċċja ruħha mad-dikjarazzjoni fuq is-sitwazzjoni preżenti fi Sierra Leone.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, mhux eskluż li fil-qafas tad-diskussjonijiet fuq ir-relazzjonijiet li l-Gvern Malti qed ifittex ma' l-Unjoni Ewropea, Malta titlob li tiġi mistiedna tassoċċja ruħha ma' dikjarazzjonijiet simili.


KONTEST TA' L-EURO MEDITERRANEAN PARTNERSHIP

7727. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li Malta ħadet parti fis-segwenti laqgħat li saru fi Brussels bejn l-15 u t-18 ta' Lulju, 1997 fil-kontest tal-Euro Mediterranean Partnership laqgħa ta' l-uffiċjali anzjani dwar kwestjonijiet politiċi u ta' sigurezza; laqgħa tal-kumitat dwar il-proċess ta' Barċellona; u laqgħa tal-korrispondenti fuq il-programm ta' azzjonijiet prijoritarji dwar l-ambjent? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min kienet rappreżentata Malta f'kull waħda minn dawn il-laqgħat, x'konklużjonijiet kien hemm u x'kienet il-pożizzjoni Maltija dwarhom?
ONOR. GEORGE VELLA: Nikkonferma li Malta ħadet jew qed tieħu parti fil-laqgħat imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Għal-laqgħa ta' l-uffiċjali anzjani dwar kwestjonijiet politiċi u ta' sigurezza kif ukoll għal-laqgħa tal-kumitat dwar il-proċess ta' Barcellona, id-delegazzjoni Maltija kienet komposta kif ġej:
L-Ambaxxatur Victor Camilleri

L-Ambaxxatur Alfred A. Zarb



Dr. Jesmond Schembri, First Secretary
F'dawn iż-żewġ laqgħat, l-ewwel ta' din ix-xorta wara l-Laqgħa Ministerjali ta' Malta, saret diskussjoni ntensa dwar il-konklużjonijiet ta' l-imsemmija laqgħa u dwar kif dawn ser jiġu mplimentati u ko-ordinati.
Għal-laqgħa tal-korrispondenti fuq il-programm ta' azzjonijiet prijoritarji dwar l-ambjent, Malta hija rappreżentata mis-Sur Louis Vella, Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Din il-laqgħa għadha ma ntemmitx.


ETC - JOB PLACEMENTS

7611. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W347 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W347, f`Seduta Nru. 99.


IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

7612. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W346 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W346, f`Seduta Nru. 99.


IMPJIEGI - QTUGĦ MIR-REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

7613. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W345 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W345, f`Seduta Nru. 99.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

7614. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W344 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W344, f`Seduta Nru. 99.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

7615. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W343 li saret f'Marzu, 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari bil-miktub numru W343, f`Seduta Nru. 99.


OPM - HOSPITALITY

7616. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru W563 li saret f'April, 1997?

ONOR. ALFRED SANT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
L-informazzjoni għall-Ministeru mingħajr Portafoll u dik għat-Telemalta tinstab fi tweġiba separata bin-numru W571.
Hawn tajjeb li wieħed jgħid ukoll li, filwaqt li għal perijodu ta' sitt xhur bejn l-1 ta' Novembru, 1996 u t-30 ta' April, 1997 fid-dikasteru li għalih jien responsabbli, is-somma minfuqa bħala hospitality kienet Lm25,080, f'perijodu inqas ta' erba' xhur bejn l-1 ta' Jannar, 1996 u t-30 ta' April, 1996 l-istess infiq għal hospitality fl-istess ministeru kienet tlaħħaq Lm43,571.


ETC - NUQQAS TA' XOGĦOL

7784. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex matul ix-xahar ta' Mejju jkun hemm tnaqqis ta' 307 fil-labour supply f'Malta u ta' 287 fil-gainfully occupied?
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema kategoriji ta' self-employed (148) tilfu x-xogħol tagħhom matul Mejju 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7784, in-nuqqas fil-labour supply tax-xahar ta' Mejju kien ta' 307 persuna, li minnhom kien hemm 287 persuna li kienu jaħdmu bi qliegħ u 20 persuna oħra li kienu jirreġistraw għax-xogħol.
Fil-fatt minn dawk li kienu jaħdmu bi qliegħ kien hemm nuqqas ta' 94 persuna fis-settur privat; 36 persuna li kienu jaħdmu f'korporazzjonijiet u kumpanniji fejn il-Gvern għandu l-iktar ishma; u 157 persuna li kienu f'dipartimenti tal-Gvern.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħriġ ma jkollhiex informazzjoni x'wassal li dawn in-nies jieqfu mix-xogħol tagħhom, ħlief dawk li jgħidulna li x-xogħol tagħhom ġie tterminat minħabba nuqqas ta' xogħol jew redundancy. Fil-fatt, matul ix-xahar ta' Mejju kien hemm 210 persuna li ġew redundant.
Matul ix-xahar ta' Mejju kien hemm nuqqas ta' 148 persuna li kienu jaħdmu għal rashom u li kienu maqsuma kif jidhru fil-kategoriji li huma mniżżla fil-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


BUĠIBBA - PROĠETT

7785. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ċelebrazzjonijiet inżammu biex jiġi ċelebrat l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba?
Fejn inżammet iċ-ċelebrazzjoni? Meta saret? Kemm swiet flus l-okkażjoni? Min ħallas għaliha? Kemm kien hemm nies mistiedna għal din l-okkażjoni?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ma saret l-ebda tip ta' ċelebrazzjoni biex jiġi ċċelebrat l-ewwel fażi tal-proġett ta' Buġibba.


SKEJJEL - SKOLA SAJF '97

7786. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iskola sajf din is-sena? F'liema skejjel qed jattendu dawn l-istudenti?
Kemm hu n-numru ta' għalliema/għalliema studenti li qed jieħdu ħsieb dawn l-istudenti?
Kif jitqabbel dan in-numru ta' studenti u għalliema ma' dak tas-snin ta' qabel?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Numru ta' studenti jattendu Skola Sajf '97:


Malta

4204

Gozo

355

Total

4559

Skejjel/Ċentri Miftuħa


Malta - 50 Ċentru
Attard, Baħrija, B'Kara, B'Buġia, Burmarrad, Cospicua, Dingli, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gżira, Ħamrun Ġuże Pace, Ħamrun School Street, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Marsa, M'Scala, M'Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Msida, Mosta, Mqabba, Naxxar, Paola, Pieta', Qormi San Ġorġ, Qormi San Bastjan, Qrendi, Rabat, Safi, San Ġwann, Senglea, Siġġiewi, Sliema, St Julians, San Pawl il-Baħar, St Venera, Tarxien, Valletta, Vittoriosa, Xgħajra, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.
Gozo - 13-il Ċentru
Għajnsielem, Għarb, Kerċem, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, San Lawrenz, Sannat, Victoria, Xagħara, Xewkija, Żebbuġ.
Studenti Għalliema B.Educ:
Malta - 414 student

Gozo - 76 student


Għalliema/Ko-ordinaturi + Facilitators ma' tfal bi bżonnijiet speċjali:
Malta - 119

Gozo - 31


Ko-Ordinaturi Nazzjonali:
Malta - 2

Gozo - 1
In-numru ta' studenti li qed jattendu l-Iskola Sajf '97 jipparaguna tajjeb man-numru ta' studenti li attendew is-sena l-oħra. Peress li d-domanda ta' l-għalliema biex jagħmluha ta' ko-ordinaturi din is-sena kienet ferm akbar inħass il-bżonn li jiġu mpjegati aktar ko-ordinaturi iżda għal perijodi anqas. Hekk waqt li bosta ko-ordinaturi ħadmu d-disa' ġimgħat matul Skola Sajf '96 din is-sena l-istess perijodu kien maqsum bejn żewġ ko-ordinaturi.




SKEJJEL - JUNIOR LYCEUMS

7787. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu l-iskejjel li se jintużaw bħala Junior Lyceums (tal-bniet u tas-subien) fis-sena skolastika li jmiss?

Liema studenti se jkollhom jattendu skola differenti minn dik li kienu jattendu qabel?


B'mod partikolari f'liema skola se jattendu t-tfal li għaddew għal Junior Lyceum u li joqogħdu San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra għall-qari aktar kmieni f'din is-seduta.


PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI

7800. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni sena b'sena mressqa l-Qorti mill-Pulizija talli kissru il-litter act?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.

PULIZIJA - PERSUNI MTELLA' L-QORTI

7801. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija talli kissru l-ischool attendance laws?
ONOR. ALFRED SANT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jitlob l-informazzjoni.


INSTITUTE OF MASONARY AND CONSTRUCTION TECHNOLOGY

7802. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Masonary and Construction Technology minn meta din twaqqfet sena b'sena? Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-institute?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

INSTITUTE OF ENERGY TECHNOLOGY

7803. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew korsijiet fl-Institute of Energy Technology? Kemm hemm persuni jgħallmu f'dan l-istitute?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


VETTURI

7804. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn motor vehicles sena b'sena minn 1987 'il hawn?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-motor vehicles sena b'sena minn 1987 'il hawn huma kif ġejjin:-





Registrati

1987

151,430

1988

161,284

1989

171,729

1990

182,260

1991

194,916

1992

206,469

1993

215,597

1994

226,379

1995

240,111

1996

217,243

Jannar/Ġunju 1997

221,746


VETTURI ĠODDA -REĠISTRAZZJONI

7805. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn new registrations of motor vehicles sena b'sena mill-1987 'il hawn?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li n-numru ta' new registrations of motor vehicles huwa kif ġej:-





Reġistrati

1988

11,332

1989

12,052

1990

11,838

1991

13,323

1992

12,620

1993

9,541

1994

12,791

1995

15,562

1996

16,681

Jannar/Ġunju 1997

7,333

Jiena nformat ukoll li qabel l-1988 ma kenitx tinżamm statistika ta' new registrations of motor vehicles.


MALTAFEST

7835. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara l-esperjenza tal-Maltafest ta' din is-sena, għandux jikkonsidra serjament tfassil ġdid u aktar mifrux tul is-sena tal-Maltafest għas-sena li ġejja?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


KUNĊERTI/SPETTAKLI/DRAMA

7836. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kunċerti/spettakli/drami li ġew iffilmjati għal xandir bit-television u/jew bir-radju? Liema kienu l-istazzjonijiet li ġibdu l-films/irrekordjaw il-programmi?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


MALTAFEST - SPIŻA

7837. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Maltafest 1997 skond kull attivita'/spettaklu/kunċerti li saru? Kemm kien it-total ta' l-ispiża tal-Maltafest 1996? Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi dħul kien hemm minn sponsors u minn bejgħ ta' biljetti din is-sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


RANGES TA' L-ISPARAR - AIRGUNS

7838. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress li issa qed jingħataw permessi għall-użu ta' l-airguns, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jintużaw ir-ranges ta' l-isparar? U jekk, fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli dawn jintużaw?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


PERMESSI TA' ARMI - KUMITAT

7839. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat responsabbli mill-permessi ta' armi, meta ġie mwaqqaf u kemm-il darba ltaqa' sal-lum?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


TELEMALTA - MANAGEMENT

7840. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Management tat-Telemalta aċċettax ir-roster li pproponew l-istaff tal-Customer Service Unit (Sezzjoni Telegrafija fil-grad ta' Customer Service Assistant) bħala alternattiva għar-roster li ressaq il-management? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'kienet id-diffikulta' li sab il-managament biex jimplimentaha u jekk hux lest li jikkonsidra roster ieħor propost mill-istess staff?
ONOR. JOE MIZZI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7329 f'Seduta Nru. 93.


TELEMALTA - CUSTOMER SERVICE UNIT

7841. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu t-taħdidiet rigward ir-riforma tal-Customer Service Unit fi ħdan it-Telemalta? X'inhuma d-diffikultajiet eżistenti, jekk hemm, biex jintlaħaq ftehim? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-impjegati konċernati humiex sejrin ikunu informati bil-kondizzjonijiet il-ġodda qabel dan il-ftehim jiġi ffirmat?
ONOR. JOE MIZZI: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7840 f'Seduta Nru. 107.
Inżid ngħid li l-interessi tal-ħaddiema huma salvagwardjati permezz tal-union tagħhom.


SANTA VENERA - STORBJU

7842. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed joħloq ċertu storbju permezz ta' makkinarju li hemm installat fil-bini f'Old Railway Junction c/w Braille Street, Santa Venera u li suppost li hu bini b'użu kummerċjali u mhux wieħed industrijali?
Irrispettivament minn jekk itteħdux proċeduri kriminali tista' l-Pulizija tara li l-liġi tiġi mwettqa u li ma jsir l-ebda abbuż?
Ittieħdu proċeduri kriminali? Jekk iva, x'kien l-eżitu tagħhom in prima istanza u fl-appell?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat li l-Pulizija ħadet u għada qed tieħu l-passi neċessarji skond il-liġi biex l-inkonvenjent li qed jirriferi għalih l-Onor. Interpellant jitneħħa. Għadhom għaddejjin proċeduri bil-Qorti kontra l-persuna konċernata għax naqset li tobdi l-ordni preċedenti tal-Qorti, liema kawża mistennija tinstemgħa fil-31 ta' Lulju, 1997. Fil-frattemp il-persuna konċernata fetħet kawża kostituzzjonali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija għax dan ta' l-aħħar ma ħariġx il-liċenzja lil din il-persuna.


UNIVERSITA' - INĠINIERA RIĊERKATURI

7843. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 7386 (11/7/97) u mistoqsija parlamentari numru 7678 (16/7/97) li t-tnejn kienu:
"B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6710 u t-tweġiba mogħtija fil-11 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid għaliex la hemm ħtieġa ta' għaxar riċerkaturi temporanji qegħdin isiru biss intervisti biex jimtlew ħames postijiet?"
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 6710 magħmula minnu, fil-Fakulta' ta' l-Inġinerija m'hemmx stabilit post ta' inġinier riċerkatur.
Il-fondi biex tista' ssir din ir-riċerka jiġu pprovduti taħt il-Protokol li l-Gvern Malti għandu mal-gvern Taljan.
Fil-preżent qed jipproċedi l-proċess għar-reklutaġġ ta' l-inġiniera riċerkaturi kollha meħtieġa ħlief fil-każ ta' żewġ postijiet fejn l-approvazzjoni għad trid tiġi kkonfermata.


RAĦAL ĠDID - PARKEĠĠ ILLEGALI

7844. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara li l-Korp tal-Pulizija jieħu ħsieb li ma jsirx aktar parking illegali fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid li qed joħloq periklu u inkonvenjent lir-residenti?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi l-Pulizija qed tieħu azzjoni sabiex ir-regolamenti tat-traffiku f'din il-lokalita' jkunu osservati.


EDUKAZZJONI - HEALTH AND SAFETY TEACHERS

7845. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħatru l-Health and Safety Teachers kif hemm maħsub li jsir fir-Reorganisation Agreement li l-Ministru predeċessur tiegħek kien laħaq ma' l-MUT?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 2646 li ngħatat f'Seduta Nru. 25.


SKEJJEL - INFORMAZZJONI TEKNOLOĠIKA

7846. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet ta' taħriġ għal għalliema ta' tfal ta' Year 2 dwar l-Informazzjoni Teknoloġika matul is-Sena Skolastika 1996/1997?

Kemm saru korsijiet simili matul is-sena l-oħra?


Din is-sena saru xi korsijiet għall-għalliema mill-iskejjel tal-Knisja? Saru korsijiet simili s-sena l-oħra?
Kemm ipparteċipaw għalliema (a) mill-iskejjel ta' l-Istat; u (b) mill-iskejjel tal-Knisja matul dawn il-korsijiet fis-sentejn li għaddew?
Kien hemm xi għalliema li rrifjutaw li jattendu għal dawn il-korsijiet? Jekk kien hemm, x'se jsir minnhom?
ONOR. EVARIST BARTOLO: a) Kull Għalliem ta' Year 2 ingħata kors ta' 19-il siegħa dwar l-Informazzjoni Teknoloġika matul is-Sena Skolastika 1996/1997. L-istess kors ingħata lill-għalliema li qegħdin jispeċjalizzaw fit-tagħlim rimedjali. Dan it-taħriġ seħħ bħala parti mill-pani li minn Settembru 1997, it-tagħlim rimedjali (Support teaching) ser jiffoka fuq tfal ta' Year 2 (sitt snin) flok tfal ta' Year 3 (seba' snin).
Fil-bidu ta' kull sena skolastika jsir kors għall-għalliema ġodda ta' Year 1 u Year 2.
b) Is-sena l-oħra sar kors simili għal kull għalliem ta' Year 1 u sar kors speċjali għal 35 Anchor Persons. Il-funzjoni ta' dawn il-persuni hi li jkunu ta' support għal dawk l-għalliema li jkollhom diffikultajiet fit-tagħlim ta' l-I.T. Dawn issa qegħdin jgħinu wkoll fit-taħriġ ta' l-għalliema tal-Year 2.
c) Iva, saru korsijiet simili għall-għalliema mill-iskejjel tal-knisja kemm din is-sena kif ukoll is-sena l-oħra.
d) Il-parteċipazzjoni ta' l-għalliema mill-iskejjel ta' l-Istat u mill-iskejjel tal-Knisja matul dawn il-korsijiet fis-sentejn li għaddew hi kif se nsemmi:





1995/96

1996/97

Skejjel tal-Istat

175

170

Skejjel tal-Knisja

35

39

e) Ma kien hemm l-ebda għalliema li rrifjutaw li jattendu għal dawn il-korsijiet.


Ta' min jirrimarka li barra minn dawn il-korsijiet saru oħrajn wara l-ħin tal-iskola u fil-vaganzi tas-sajf li l-għalliema ġew mistiedna jattendu b'mod volontarju. Għal dawn il-korsijiet kien hemm numru konsiderevoli ta' għalliema li applikaw. Nixtieq nirringrazzja pubblikament lil dawk li attendew fil-ħin ħieles tagħhom.
B'kollaborazzjoni bejn id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-Universita' se jsiru korsijiet li jwasslu għal Diploma fl-I.T. Dawn il-korsijiet ser jispeċjalizzaw fl-oqsma tat-tagħlim tal-I.T. fil-qasam tal-Primarja, Sekondarja u Post-Sekondarja.


ENEMALTA - POLICIES

7847. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-policies li jikkonċernaw il-qasam ta' l-enerġija (b'mod partikolari l-Enemalta) li jkunu affettwati (sew fin-negattiv jew fil-pożittiv) vis-a-vis l-Unjoni Ewropa jekk Malta tibqa' fil-pożizzjoni tal-lum jiġifieri "ta' friża"; Malta tiddeċiedi li terġa' tiftaħ d-diskussjoni għal sħubija sħiħa; tilħaq l-istat li għalih qed jaspira l-Gvern Laburista; u Malta tiddeċiedi li tirtira l-applikazzjoni tagħha?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tipparteċipa f'diversi Programmi ta' Koperazzjoni Internazzjonali inkluż uħud imnedija mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-programmi jikkonċernaw prinċiparjament l-oqsma ta' sorsi alternattivi ta' enerġija u użu aħjar ta' riżorsi ta' enerġija li tuża l-korporazzjoni.
Dawn il-programmi ta' koperazzjoni jibqgħu fis-seħħ f'kull waħda mill-alternattivi li semma l-Onor. Membru.


TURIŻMU

7848. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jidhirlu l-Ministru li l-applikazzjoni ta' Ċipru biex tidħol fl-Unjoni Ewropea, pajjiż simili ħafna għal Malta u kompetitur dirett fl-industrija turistika, tistax b'xi mod taffettwa l-andament tat-turiżmu f'pajjiżna speċjalment dak li ġej mir-Renju Unit?
ONOR. KARMENU VELLA: Cipru mhux mistenni li jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropeja qabel is-sena 2000. Għalhekk, għadu kmieni biex wieħed janalizza l-effett ta' dan fuq is-settur turistiku ta' Cipru, u wisq izjed biex jitqiesu l-konsegwenzi ta'dan fuq it-Turizmu Malti.
Ilum, madwar 85% tat-turisti li jiġu Malta, joriginaw mill-Unjoni Ewropea għaldaqstant wieħed ma jifhimx il-preokkupazzjoni ta' l-Onor. Interpellant.


ENEMALTA - POLICIES ĠODDA

7849. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-policies ġodda li se jaffettwaw l-Enemalta u li qed ikunu kkonsidrati fit-tibdil li se jsir fil-liġi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-proċedura normali li ssegwi l-Korporazzjoni Enemalta fejn tidħol l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li din ta' l-aħħar tgħarraf lill-korporazzjoni dwar dawk il-liġijiet li jaffetwaw lilha.
Minħabba li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma bagħtet l-ebda tagħrif lill-Korporazzjoni għadu kmieni biex wieħed jgħid x'policies se taddotta l-korporazzjoni.
Infakkar lill-Onor. Membru li meta għamel il-mistoqsija l-emendi ma kenux għadhom qed jiġu diskussi fil-Parlament.
KALKARA - DAWL

7850. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta is-servizz tad-dawl ġol-Blokk tal-Gvern Nru. 3, Triq is-Salvatur, Kalkara peress li minħabba dan in-nuqqas l-inkwilini għadhom ma jistgħux jabitaw fihom?
ONOR. LEO BRINCAT: Ix-xogħol biex jingħata d-dawl fi Blokk Nru. 3 Triq is-Salvatur, Kalkara jinsab fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jitlesta fi żmien qasir.


DJAR - SWATAR

7851. L-ONOR. JOSEPH ABELA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw iċ-ċwievet dawk li ħadu post fis-Swatar, l-Imsida?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Parti mill-proġett tas-Swatar huwa allokat b'bejgħ u parti b'kiri.
Fir-rigward ta' appartamenti għall-bejgħ iċ-ċwievet qegħdin jingħataw mal-kuntratt.
Fil-każ tal-kiri, il-kuntratt tal-kirja jsir mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Meta dan jiġi iffirmat uffiċjal ta' l-Awtorita' tad-Djar jagħti ċ-ċwievet lill-benefiċjarji fuq il-post fejn isir condition report.


PTA - SIDIEN TAL-KAROZZI TAL-LINJA

7852. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-qliegħ tas-sidien tal-karozzi tal-linja f'Ġunju 1997 kien inqas minn ta' Ġunju 1996? Kif ukoll, jista' jgħid x'passi qiegħed jieħu biex itejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol biex dan il-qliegħ jitjieb?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Peress li s-sidien tal-karozzi tal-linja joperaw fuq bażi privata, m'iniex f'pożizzjoni nikkonferma jekk il-qliegħ tagħhom naqasx jew żdiedx. Li nista' ngħid hu li minn żmien għal żmien il-Gvern qed jagħtihom sussidju fir-rigward tax-xogħol bi skeda. Bħala imprendituri privati għandhom ikunu huma li jaqdfu biex itejbu l-qliegħ tagħhom u dan billi jtejbu s-servizz.


DISTRETT NRU. 4 - XOGĦLIJIET

7880. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin ħdejn ir-roundabout bejn Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u Santa Luċija fit-Triq Tal-Barrani humiex sejrin ikunu estiżi għas-service road li hemm mat-Triq Tal-Barrani (Triq Burlo') u l-area kollha ħdejn l-iskola ta' Santa Maria Goretti, Tarxien?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol li għadu kif tlesta' fir-roundabout imsemmija sar bħala parti mill-upgrading tat-Triq Tal-Barrani. Ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant huwa ta' natura differenti u jsir wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jinsabu mqiegħda b'mod permanenti.


TARXIEN - TRIQ XINTILL - ILMA

7881. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara għalfejn il-kwalita' ta' l-ilma fi Triq Xintill, f'Ħal Tarxien ħdejn ir-roundabout f'Tal-Barrani, liema ilma qiegħed jasal għand ir-residenti f'kulur is-sadid, huwa ta' kwalita' daqstant ħażina u x'passi beħsiebu jieħu sabiex titjieb il-kwalita' ta' dan l-ilma?

ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SKEJJEL - MANUTENZJONI

7882. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-iskejjel tal-Gvern li se jsirulhom xogħlijiet ta' manutenzjoni, l-istima tax-xogħlijiet u liema skejjel sejrin ikollhom ix-xogħlijiet magħmul mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u min minnhom sejrin ikunu magħmula mill-kunsilli lokali?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


VALLETTA - TRIQ IL-BATTERIJA - FOND NRU. 11

7883. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-każ rapportat lilu għall-fond Nru. 11, Triq il-Batterija, il-Belt Valletta li ġie requisitioned mingħajr il-kunsens tas-sidien?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar x'irriżulta minn investigazzjonijiet li saru fuq dan il-każ mill-pulizija fl-1987.


UFFIĊĊJU KONĠUNT - XIRI TA' DJAR


7884. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se terġa' toħroġ sejħa għal dawk l-emfitewti u/jew inkwilini li qegħdin b'ċens temporanju u/jew b'kera biex dawn jingħataw id-dritt li jixtru l-fond tagħhom li llum jinsabu taħt il-Joint Office u li meta ħarġu kienu ħarġu għoljin ħafna fil-prezz taħt l-amministrazzjoni preċedenti?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nirriferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li jiena tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 136.


ITALJA - KONKORSI TAL-KANZUNETTI

7885. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba li ta fit-12 ta' Mejju, 1997 għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5183, li fiha l-Ministru qal li la s-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti u lanqas xi dipartiment li jaqa' taħtu ma għamel sejħa għall-applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni ta' kantanti Maltin f'konkorsi tal-kanzunetti li kellhom jew għandhom isiru fl-Italja din is-sena, jista' l-Ministru jikkonferma li effettivament saret stedina lill-kantanti Maltin biex jipparteċipaw f'żewġ konkorsi internazzjonali f'Salerno (għal tfal bejn 8 snin u 13-il sena) u f'Ruma (għal kantanti liriċi ta' 36 sena jew aktar)?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


TARZNA TA' MALTA - EX-ĦADDIEMA

7904. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta li għażlu li jispiċċaw mix-xogħol taħt waħda mill-iskemi eżistenti, għadhom sal-lum ma rċevewx iż-żieda fil-pensjoni tagħhom ekwivalenti għal żewġ terzi taż-żieda mħabbra għall-għoli tal-ħajja? Jekk dan huwa minnu, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas relattiv?

ONOR. ALFRED SANT: Jiena nformat li l-ħlas taż-żieda fil-pensjoni lill-ex-ħaddiema tat-Tarzna ta' Malta li għażlu li jispiċċaw mix-xogħol qabel iż-żmien, għandu jsir mal-ħlas tal-pensjoni li jmiss fid-9 ta' Awissu, 1997.


ENEMALTA - KONSUM TA' ELETTRIKU

7905. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont imħallas (jew mitlub) għal konsum ta' elettriku f'dan l-aħħar quarter mingħand każini tal-baned; każini tal-football; każini politiċi u każin jew clubs oħra?
ONOR. LEO BRINCAT: It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba fi xi seduta oħra.


TELEMALTA - KONSULENTI

7906. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru Mingħajr Portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Minsitru: Jista' l-Ministru jgħati lista tal-konsulenti (individwi u ditti) li ġew imqabbda mill-Korporazzjoni Telemalta minn Ottubru, 1996 sal-lum u jindika f'liema oqsma u għal liema skop ġew inkarigati kif ukoll jekk lestewx jew le l-inkarigu lilhom mogħti?
ONOR. JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Periti Konsulenti
1. Zammit & Associates, Cachia & Formosa Associates, Saviour Camilleri (Interior Design) u Engineering Services Ltd. (kollha in konnessjoni mal-bini tal-blokk amministrattiv ġdid fil-Marsa)
2. Il-Perit Lino Bianco

(in konnessjoni ma' l-Enviornment Impact Assessment tal-proġett propost flok Pender Place u Mercury House)


Konsulenti Legali
1. L-Avukat Paul Lia

2. L-Avukat Edgar Mizzi


Il-Korporazzjoni Telemalta għadha tagħmel użu mis-servizzi ta' l-avukati li kellha qabel, speċjalment fuq każi antiki.
Konsulenti Maniġerjali
1. Impact (Consultancy & Developments) Ltd.

2. Outlook Co-Op

(Job Evaluation Exercise)
Konsulenti Finanzjarji
1. Is-Sur Ray Sladden

2. Is-Sur John Grima

(in konnessjoni mat-Treasury Management)

3. Computime

(in konnessjoni ma' eżerċizzju ta' Credit Control)

4. MSD


(in konnessjoni mal-Monthly Management Accounts)
F'kull każ, il-konsulenza għadha ma ntemmitx.


SOCIAL DEVELOPMENT PROGRAMME

7907. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Social Development Programme jew is-Social Welfare Planning Unit ipprovdewx xi finanzjament biex persuna jew persuni jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom sa livell ta' Masters barra minn Malta? Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, il-Ministru hu mitlub biex jindika min kienu l-persuni li bbenefikaw u jgħid x'inhuma l-kriterji li taħthom kemm l-SWDP kif ukoll l-SWPU jipprovdu l-fondi biex persuni jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fis-Social Work u oqsma relatati kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.
ONOR. EDWIN GRECH: Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra.


BIRGU - XATT SAN LAWRENZ - RIFLETTURI

7908. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' Marittima hijiex responsabbli għar-rifletturi li jinsabu f'Xatt San Lawrenz, il-Birgu, u jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, meta beħsiebha tieħu l-passi biex jinbidlu dawk li m'humiex qegħdin jixgħelu?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-Awtorita' Marittima m'hijiex responsabbli għar-rifletturi li jinsabu f'Xatt San Lawrenz, il-Birgu.
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirriferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Enemalta.


BIRGU - DAWL

7909. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta beħsiebha tbiddel il-bozoz maqtugħin li jinsabu ġewwa l-Birgu u li ilhom maqtugħa għal aktar minn tlett xhur?
ONOR. LEO BRINCAT: Skond ir-reġistru tad-distrett tar-Raħal il-Ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta ma' jirriżultax li hemm rapporti ta' lampi maqtugħin fil-Birgu li ilhom għal-aktar minn xahar.
Madanakollu, ix-xogħol pendenti rreġistrat se jiġi mwettaq flimkien max-xogħol l-ieħor.

COMPACT DISCS/CASSETTES - EŻENZJONI TA' DAZJU

7910. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Meta wieħed jikkonsidra l-kwantita' ta' talent li pajjiżna għandu u meta wieħed jikkonsidra kemm huma ftit l-opportunitajiet li l-mużiċisti, il-kompożituri, l-awturi u l-kantanti Malti u Għawdxin għandhom, u meta wieħed jiftakar u fl-istess ħin ifaħħar lil dawk l-intrapriżi privati li qegħdin jipproduċu u joħorġu għall-bejgħ compact discs u cassettes mija fil-mija Maltin, jaħseb il-Ministru li tiġi kkonsidrata proposta dwar eżenzjoni tad-dazju fuq compact discs u cassettes li huma mija fil-mija Maltin?
ONOR. LEO BRINCAT: Nifhem l-ispirtu wara l-mistoqsija mill-Onor. Interpellant iżda s-suġġeriment tiegħu jenħtieġ li jiġi studjat iżjed. Sadanittant se nirriferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kultura għall-kummenti u suġġerimenti tiegħu.


RABAT - PERMESS B'NRU. L/N 3275/96

7911. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7191, jista' l-Ministru jara li jsir dak li hemm mitlub fl-istess domanda, b'riferenza għall-post Nru. 13, Ciagħki Lane, Rabat, Malta (Ref. No. L/N 3275/96)?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Id-Dipartiment ta' l-Artijiet diġa' beda jaħdem biex jistabilixxi l-provenjenza tal-proprjeta' in kwestjoni biex ikun jista' jinbeda l-procedure għal ħlas tal-kumpens, qed tiġi wkoll studjata l-possibbilta' li jkun hemm rilaxx mill-akkwist tal-proprjeta'.

IMPRENDITUR MALASJAN

7912. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'obbligazzjonijiet kellu l-imprenditur Malasjan li l-Gvern Malti ħames snin ilu ttrasferielu blokk ta' ishma fil-Lombard Bank (Malta) Ltd? Jista' jgħid jekk dawn il-kondizzjonijiet ġewx imwettqa skond il-ftehim? Jekk le, ngħatat xi estensjoni? Jekk ingħatat, għalqitx u x'se jiġri issa?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kondizzjonijiet li hemm fil-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-imprenditur Malasjan għadhom kif kienu oriġinarjament.
Id-dettalji miltuba ma jistgħux jiġu mogħtija minħabba li huma ta' natura kummerċjali u delikata.


SAĦĦA - NEURO KIRURĠIĊI

7913. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta nbdiet in-newro-kirurġija f'Malta u min bdiha? Meta nġiebet is-CT Scan hawn Malta u kemm kien hawn newro-kirurgi f'Malta dak iż-żmien? Min ordna l-istrumenti kirurġiċi li jintużaw fin-newro-kirurġija u min ħarreġ lin-nurses f'dan il-kamp? Minn meta kien hawn iżjed minn newro-kirurgu wieħed fl-isptar hawn Malta? X'kienet il-kariga ta' newro-kirurgi ġodda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tan-Neuro Kirurġija ġie uffiċjalment inawgurat fl-1 ta' Ġunju, 1983. Iżda sa mill-15 ta' Lulju, 1982 in-Neuro Kirurgu Mr. Lawrence Zrinzo kien diġa' qiegħed jopera każi ta' Neuro Kirurġija.
Is-CT Scan bdiet tiffunzjona fl-10 ta' Novembru, 1983. Dak iż-żmien kien hawn Neuro Kirurgu wieħed f'Malta. Fid-19 ta' Lulju, 1984 beda jaħdem miegħu senior assistant.
Dawn baqgħu jaħdmu sa Lulju 1992, meta spiċċa kirurgu wieħed biss. Dan baqa' waħdu sa April 1994 meta ġie mpjegat Neuro Kirurgu ieħor bħala assistent. Bejn Awissu u Ottubru n-numru ta' Neuro Kirurġiċi kien tlieta iżda mbagħad reġa' sar tnejn sa Marzu 1997 meta reġgħu saru tlieta.
Il-kariga ta' Neuro Kirurġiċi kien hekk:


Dr. L. Zrinzo

Konsulent

Dr. A. Zrinzo

25/04/94 sa 11/08/94 Registrar

12/08/94 sa 26/08/96 Senior Registrar

mis-27/08/96 Konsulent


Dr. D. Tabakov

19/07/84 sa 19/07/93 Senior Registrar

mill-20/07/93 Konsulent



Dr. J. Van t Veelaat

Konsulent

Fil-bidu nett l-instrument li jintużaw fin-Neuro Kirurġija kienu ġew ordnati minn Sr. A.T. Pace. Warajha komplew Mr Emmie Mifsud N.O. u Mr Anthony Zammit N.O. Dan ta' l-aħħar kien qabbad lil Mr Philip Pio Chircop (S.N) biex flimkien jieħdu ħsieb jordnaw dak kollu li hemm bżonn għal-lista tan-Neuro Kirurġija. L-ordni għall-istrumenti tan-Neuro Kirurġija kienet issir taħt is-sorveljanza tal-Konsulent Mr. L. Zrinzo.


In-nurses hawn taħt imsemmija kollha ġew ittrenjati minn Mr. Lawrence Zrinzo FRCS.


N.O.

Philip John Chircop

MOT i/c CSSD

S.N.

Philip Pio Chircop

Resigned

S.N.

Maria Bugeja

Resigned

S.N.

Tonio Mallia

Resigned

D.N.O.

Robert Baldacchino

Scrub Nurse

S.N.

George Fenech

Scrub Nurse

Riċentement George Fenech S.N. attenda kors fl-Operating Theatre Techniques (Neuro Surgery) fin-National Hospital for Neurology and Neuro Surgery - Queen's Square London Il-kors dam mit-30 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru 1996.




GWARDJANI - ABBUŻI WAQT STRIP SEARCH

7914. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta nterna li qed issir rigward gwardjani fuq xi abbużi li saru waqt strip search, liema nkjesta qed titmexxa min-Nutar Mario Felice? Jista' l-Prim Ministru jagħti nformazzjoni jekk jafx meta din l-inkjesta għandha tkun lesta?
ONOR. ALFRED SANT: Il-Bord tal-Viżitaturi sema' x-xhieda kollha barra tal-persuna li dwarha sar l-allegat abbuż. Dan billi l-persuna ntalbet diversi drabi biex tidher quddiem il-Bord u dan l-inkontru baqa' għal raġunijiet diversi qatt ma sar. Għalhekk ic-chairman tal-bord għamel tentattiv biex ikellem il-persuna ndikata personalment u fil-fatt irnexxielu jagħmel dan. F'dak l-istadju l-bord, billi kien għadda żmien biżżejjed u kellu f'idejh evidenza suffiċenti biex jikkonkludi d-deliberazzjonijiet tiegħu, qabel li kellu jgħaddi għall-konklużjoni ta'l-investigazzjonijiet. Għalhekk il-bord mistenni li jissottometti r-rapport finali tiegħu fil-ġranet li ġejjin.


DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA

7915. L-ONOR. JOSE' HERRERA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li pendente litis jiġi allokat post/garaxx alternattiv lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li l-persuna konċernata kienet ġiet allokata garaxx wara l-ħruġ ta' tender pero' l-fond qiegħed jiġi okkupat illegalment minn terzi u hemm proċeduri l-Qorti li jdumu żmien?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-persuna li dwarha qed issir l-interpellanza, fl-ebda waqt ma ġiet allokata lilu ebda post/garaxx u għalhekk ebda obbligu s'issa ma jinkonbi lill-istess awtorita'. Intant hemm proċeduri kemm legali kif ukoll quddiem l-Ombudsman li jenħtieġ jiġu riżolti sabiex deċiżjoni tkun tista' tittieħed.


SEDQA - GĦAJNUNA

7916. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed iwettqu d-dipartimenti li jaqgħtu taħt id-dikasteru tiegħu biex jgħinu lis-SEDQA fix-xogħol tagħha li taqa' taħt il-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-dipartiment iħallas is-salarju ta' erba' medical officers li huma mislufin lill-aġenzija SEDQA:
Dr George Grech

Dr Tanya Buttigieg

Dr Moses Camilleri

Dr John Zammit Montebello




AIR MALTA - HIJACKERS TOROK - ESTRADIZZJONI

7917. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6787 u t-tweġiba mogħtija fis-Seduta tas-7 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum kienx hemm xi żvilupp fil-konsultazzjoni mal-Gvern Ġermaniż dwar l-estradizzjoni tal-hijackers Torok ta' l-ajruplan ta' l-Air Malta?
ONOR. CHARLES MANGION: M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6787.

ASSOCIATION OF INSURANCE COMPANIES - INĊIDENTI

7918. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6779 u t-tweġibiet mogħtija għaliha u għall-mistoqsijiet supplimentari, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu s'issa t-taħdidiet ma' kumpanniji ta' assigurazzjoni?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Fil-ġranet li ġejjin se ssir laqgħa bejn id-diriġenti ta' l-Intern u l-Association of Insurance Companies biex isir attentat ħalli jintlaħaq ftehim dwar time frame biex jiġu konklużi dawn id-diskussjonijiet.

UNIVERSITA' - KORS FL-INDUSTRIJA TAL-BINI

7919. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jieħdu sehem fil-kors part-time ta' sentejn fil-Middle Management fl-Industrija tal-Bini li qed isir fl-Univerista' ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru lectures fl-imsemmi kors dwar saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


PBS - PROGRAMMI MUŻIKALI

7925. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra emenda fil-liġi tax-xandir li biha kull stazzjon tar-radju lokali jrid jinkludi proporzjon xieraq ta' diski li jkunu mija fil-mija Maltin f'kull programm mużikali matul il-ħin kollu ta' xandir?

ONOR. ALFRED SANT: Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 13(2)(d) ta' l-Att ta' l-1991 dwar ix-Xandir proporzjon xieraq ta' materjal rekordjat u materjal ieħor imdaħħal fil-programmi jridu jkunu ta' oriġini u għamla Maltija u jkunu bl-ilsien Malti.
Ninsab informat li l-Awtorita dwar ix-Xandri ħadet passi u qed tkompli tħeġġeġ lil stazzjonijiet lokali sabiex idoqqu mużika Maltija fil-programmi mużikali tagħhom.


PULIZIJA - GĦASSA TAŻ-ŻURRIEQ

7926. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm suppost huwa n-numru ta' Pulizija surġenti, eċċ li tirrikjedi l-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq li tieħu ħsieb anke għases oħra fl-irħula tal-madwar? Kemm fil-fatt hemm jaqdu dmirijiethom fl-għassa taż-Żurrieq?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex f'dawn l-aħħar xhur ingħataw numru kbir ta' transfers minn din l-għassa?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab informat illi fl-għassa msemmija, fil-preżent hemm stazzjonati spettur, seba' surġenti u 22 kuntistabbli. Il-complement ta' kull għassa qed jiġi rivedut bħala parti mill-programm ta' modernizazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Il-postings isiru skond l-esigenzi tas-servizz.


SKEJJEL - CHILD ABUSE

7927. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' child abuse fl-iskejjel minn Ottubru 1996 'il hawn?
F'liema settur tal-qasam edukattiv kienu dawn il-każi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-każi jiġux riferuti lill-aġenziji jew dipartimenti oħra governattivi?
Fiex wasal il-proġett ta' policy guidelines dwar child abuse li kien tnieda mill-amministrazzjoni preċedenti?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SKEJJEL - CO-EDUCATION

7928. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar il-Co-Education fil-livell sekondarju?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-policy ġenerali hija li l-iskejjel ikunu subien u bniet għalihom ħlief fil-każ ta' korsijiet fit-teknoloġija li jsiru fl-iskejjel tas-snajja'.


TELEMALTA - RATI MNAQQSA

7933. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema ħinijiet il-konsumatur ma jħallasx skond il-ħin li ddum it-telefonata? F'liema ħinijiet hemm rati mnaqqsa?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-paġna XV tad-direttorju tat-telephone fejn isib it-tagħrif mitlub.


SANTA VENERA - DAR SAN ĠUŻEPP - GROUND

7934. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7753?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SAĦĦA - MEDIĊINI

7935. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jara għaliex qegħdin jinxtraw Salbuvent inhalers (Salbutanol) li l-mouthpiece tagħhom ma taqbilx ma' l-ispacer komuni li hawn fis-suq?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-inhalers, mhux imsemmi li jridu jaqblu ma' l-ispacers li hawn fis-suq. Mhux possibbli li wieħed jibdel l-ispeċifikazzjonijiet kull darba minħabba l-fatt li hawn aktar minn kwalita' waħda ta' spacers fis-suq.


MOSTA - TRIQ IZ-ZAKKAK - ASFALTAR

7936. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata l-parti tat-triq li hemm ma' Triq iz-Zakkak, Mosta proprju minn mal-ħanut Stationery Yellow Rose, 'l ġewwa fejn jidher li din hija l-unika parti tat-triq fl-inħawi li għadha ma ngħatatx l-asfaltar?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-parti tat-triq li hemm ma' Triq iz-Zakkak ma tistax tiġi asfaltata peress li għad hemm servizzi mqiegħda b'mod temporanju.

GĦAWDEX - TRASFERIMENTI

7937. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4693,minn fejn jirriżulta li mill-1 ta' Novembru, 1996 sat-30 t'April, 1997 kienu saru 61 trasferiment bejn dipartiment u ieħor f'Għawdex, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-61 trasferiment humiex ta' mpjegati klerikali u ta' oħrajn industrijali? Jekk fl-affermattiv, x'kien in-numru f'kull kategorija? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm iżjed trasferimenti mill-1 ta' Mejju sal-lum f'Għawdex u jekk fl-affermattiv, kemm?
ONOR. ALFRED SANT: Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-61 trasferiment imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4693 kienu jirrigwardaw 16 il-impjegati fil-gradi tas-Servizz Ġenerali, 40 fil-gradi industrijali u ħamsa fi gradi oħra. L-informazzjoni dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija qed tinġabar.


BARRIERI

7938. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika x'se tkun il-politika (policy) tal-Gvern rigward barrieri li llum huma diżutli?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'seduta oħra.



Yüklə 0,52 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin