AĠĠORNAMENT
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju, 1998 fis-6.00 p.m. b’aġenda li tiġi komunikata aktar tard.
MADAM SPEAKER: Rimarki? L-Onor. Edwin Vassallo.
ONOR. EDWIN VASSALLO: Madam Speaker, f'idejja għandi l-quarterly review ta' Ġunju, li għadu kemm ħareġ mill-Bank Ċentrali. Dan l-aħħar smajna diversi argumenti min-naħa tal-Gvern rigward titjib ekonomiku li qed ikollna u saħansitra kien hawn min ikkummenta min-naħa tal-Gvern li skond dan ir-rapport l-ekonomija Maltija qiegħda titjieb. Pero' jiddispjaċini ngħid li meta nħarsu lejn dak kollu li qed jintqal f’dan ir-rapport, żgur li r-riżultat ta' l-analisi li nagħmlu rigward l-istat preżenti ta' l-ekonomija ma tkunx korretta jekk ngħidu li l-ekonomija tagħna sejra tajba daqskemm qegħdin ngħidu jew daqskemm nixtiequ li tkun.
Fil-fatt l-ewwel ftit paġni ta’ dan ir-rapport jirrapportaw x'qiegħed isir fis-settur pubbliku u f'dak li għandu x'jaqsam mal-public sector consumption u proprju l-ewwel sentenza tgħid li b'riżultat tad-deċiżjonijiet meħuda f'Novembru tas-sena li għaddiet - jiġifieri grazzi għall-budget tas-sena li għaddiet - tant issikkajna ċ-ċintorin - u fil-fatt ir-rapport qiegħed jgħid " the fiscal tightening measures announced in November" - li l-Bank Ċentrali qiegħed jgħid "we have restrained private and public sector consumption". Din hija l-verita'. Id-deċiżjonijiet meħuda minn dan il-Gvern fl-aħħar budget ittieħdu biex f'dan il-pajjiż inaqqsu l-infiq pubbliku u jaraw kif jagħmlu biex jiġbdu lura kull infiq li seta' jinħoloq permezz ta' ekonomija ħajja. Għalhekk rajna lill-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex jara li f’pajjiżna ma jkunx hawn daqstant żieda f'dik li hija domestic demand, jiġifieri l-infiq li kull familja u kull ċittadin Malti jagħmel għall-kumditajiet tiegħu. Dan sar bil-ħsieb li inqas ma nonfqu, il-pajjiż inqas ma jixtri u nkunu nistgħu nnaqqsu l-volum tal-merkanzija ta' dak kollu li jiġi importat f'pajjiżna u allura nibdew nimxu lejn l-ewwel passi biex innaqqsu mill-iżbilanċ ekonomiku bejn dak li l-pajjiż jimporta u bejn dak li l-pajjiż jesporta.
Sabiex inkompli nsaħħaħ l-argumenti tiegħi, dan l-istess rapport tal-Bank Ċentrali jgħidilna li għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivita' kummerċjali tal-wholesale u retail u wkoll għal dak li għandu x'jaqsam mal-construction sector fix-xhur li qed ikopri dan ir-rapport li huma l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena - issa suppost li f’din is-sena kellna nagħtu nifs ġdid biex is-self-employed jerġa’ jieħu l-ħajja - bqajna lura u jkompli jgħidilna li "a slight drop in imports of consumer goods during the first two months of the year also provided further evidence in this regard". Għaliex kien hemm dan it-tnaqqis? Għaliex il-poplu Malti magħfus mit-taxxi ta' dan il-Gvern wasal biex inaqqas l-infiq tiegħu u l-kummerċ kompla naqas ukoll f'dawn l-ewwel erba' xhur. Fil-fatt tal-ħwienet bdew ibigħu inqas għaliex il-familji tagħna bdew jixtru inqas.
Saru anke kummenti min-naħa ta' diversi ministri u kif ukoll min-naħa tal-Prim Ministru fejn qalilna li f'Malta l-ekonomija sejra tajba għaliex qegħdin nesportaw iktar. Jekk inħarsu lejn dan l-istess rapport insibu li qed jgħidilna li minkejja li żdiedu xi ftit l-exports, dan kien dovut proprju għall-azjenda waħda li tesporta u se nikkwota:
"Most of the growth in merchandise export continue to be generated by a single large manufacture exporter".
Din hija s-sitwazzjoni.
Jekk inkomplu naraw x’qed jgħid dan ir-rapport għal dak li jirrigwarda t-turiżmu, insibu li l-istess Bank Ċentrali qiegħed jipprevedi li mhux se jkun daqstant tajjeb daqskemm kien is-sena li għaddiet. Dan ifisser li filwaqt li llum għandna ħafna previżjonijiet li dan is-sajf se mmorru aħjar fit-turiżmu, il-Bank Ċentrali qed jgħidilna li se jkun "slightly" iżjed jew "slightly" inqas. Allura se nibqgħu fl-istess baħar li konna qegħdin ngħumu fih is-sena li għaddiet u m'hux se jkun hemm xi titjib. Dawn l-affarijiet m’iniex qed ngħidhom jien li ilni biss għoxrin xahar f'dan il-Parlament imma qed jgħidhom il-Bank Ċentrali.
Jekk inħarsu wkoll lejn dak li għandu x'jaqsam mad-domestic demand, insibu li l-istess rapport ikompli jispjega kif din is-sena m'aħniex sejrin tajjeb.
Sur President, se jkolli nieqaf għaliex sar il-ħin u nkompli darba oħra.
THE DEPUTY SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Kamra taġġorna għal nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju, 1998 fis-6.00 p.m. b’aġenda li tiġi komunikata iktar tard. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u fid-9.43 p.m. l-Kamra aġġornat.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI IMWIEĠBA BIL-MIKTUB
PIXXINA NAZZJONALI - BORD - ĦADDIEMA
14595. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew ingaġġati mill-Bord tal-Pixxina Nazzjonali u f'liema karigi?
12/05/98
ONOR. EVARIST BARTOLO: Il-Bord tal-Pixxina Nazzjonali ingaġġa tnax-il persuna f'dawn il-karigi:
4 bħala Clerk/Secretary għall-'reception duties'u 'clerical work'
6 bħala Aquatic Facility Operators
2 bħala Cleaning/Maintenance u Security
PIXXINA NAZZJONALI - IMPJEGATI
14669. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Peress illi fil-ħarġa tat-"Times" tat-23 ta' April iċ-Chairman tal-Management Board tal-Pixxina Nazzjonali ġie rrapportat li qal "Eleven other staff members would not be effected by the report" (tas-Sur E. Pace), jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-impjegati; x'kien l-impjieg tagħhom; meta bdew jaħdmu l-Pixxina Nazzjonali u għaliex ma ġewx affettwati mill-konklużjonijiet tar-rapport?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Meta ċ-Chairman tal-Bord irrefera għal ħdax-il membru tal-istaff li m'humiex ser jiġu effetwati, kien qed jirreferi għal disa' 'plant room technicians' li jaħdmu mal-CMD tad-dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u żewġ watchmen li jaħdmu mas-segretarjat tal-Isports, Arti u Kultura.
Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-ħaddiema ilhom jaħdmu fil-pixxina nazzjonali mill-1993 u peress li m'humiex impjegati dirett mal-Bord Amministrattiv tal-Pixxina ma setgħux jiġu effetwati mir-rapport imsemmi.
SKOLA SPORTS - TRACK SUITS
14681. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W1,235 dwar il-kuntratt tat-track suits ordnati mill-Iskola Sport, jista' l-Ministru jgħid: (a) minn min kien magħmul il-Bord ta' l-Iskola Sport li talab il-kwotazzjonijiet għat-track suits u meta ġie appuntat kull membru tiegħu; (b) minn min kien ifformat l-adjudicating board li għamel l-għażla u min ħatru; (ċ) kemm kienet is-somma totali li kellha tintnefaq skond il-kwotazzjoni magħżula; (d) id-data li fiha ġie awarded it-tender; (e) id-data li fiha l-Ministru daħalu dubju dwar il-mod kif saru l-affarijiet u għaliex qamu dawn id-dubbji; (f) fiex ma ġewx imħarsa r-regolamenti finanzjarji; (g) jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rapport tas-Sur Pace kif ukoll tal-korrispondenza ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; (h) jekk investigax mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Kultura u Sports jew persuni fis-Segretarjat Privat tiegħu jekk kenux jafu x'kien qed jiġri; (i) jekk il-kuntratt mogħti ġiex ikkanċellat; u (j) indirizz u n-numru tal-karta
ta' l-identita' ta' min ingħata t-tender?
ONOR. EVARIST BARTOLO: a. Il-Bord tal-Iskola fiż-żmien li fih saru l-kwotazzjonijiet għat-track suits kien magħmul minn dawn l-Uffiċċjali:
ISEM META APPUNTAT
Sur Joe Fava - Chairman 29 ta' Awissu 1997
Ms Tania Zahra - Segretarja 29 ta' Awissu 1997
Mario Meli - Membru 29 ta' Awissu 1997
Alfred Cachia - Membru 29 ta' Awissu 1997
b. L-adjudicating board kien ifformat kif se nsemmi u ħatru s-Sur A. Ghio li hu l-Kap tat-Taqsima Sport fuq struzzjonijiet tad-Direttur taż-Żgħażagħ u Sport:
Chairman Sur Vince Scicluna - Sports Officer II
Membri Sur Aldo Cutajar - Principal
Sur Mario Saliba - Sports Officer I
c. L-ordni kienet għal 2500 track suit u bil-prezz ikkwotat fil-kwotazzjoni magħżula (i.e. Lm7.80 kollox inkluż u jinġieb bl-ajru) tlaħħaq is-somma totali ta' Lm19,500.
d. L-adjudicating board irrakkomanda l-għotja tal-offerta fis-17 ta' Ottubru 1997.
e. Jien daħalli d-dubju u tlabt li jsiru l-investigazzjonijiet fit-13 ta' Frar 1998 wara li l-Ministeru tal-Finanzi ġibidli l-attenzjoni dwar talba għal covering approval għal ordni ta' track suits li l-prezzijiet għaliha kienu nġabru permezz ta' hand quotations.
f. Ir-regolamenti finanzjarji ma ġewx imħarsa għax kellu jintalab il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi qabel ma tingħata ordni għal ammont li jaqbeż l-Lm10,000.
g. Peress li r-rapport tas-Sur Pace ġie mgħoddi lill-Pulizija u lit-Taqsima tal-"Employee Relations" fil-"Management and Personnel Office" għal iktar investigazzjoni u peress li din għadha mhix konkluża ma naħsibx li jkun għaqli li fil-mument preżenti titqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
h. Il-fornitura tat-track suits kienet f'idejn l-Iskola Sport li hija fi ħdan id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
i. Il-kuntratt mogħti ma ġiex kanċellat.
j. L-offerta ingħatat wara r-rapport tal-adjudicating board lill-Kumpanija A. Grech Pollacco.
ETC - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL
15204. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol l-ewwel darba f'Mejju 1998?
ONOR. EDWIN GRECH: F'Mejju 1998 kien hemm 177 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba.
IMPJIEGI
15205. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul Mejju 1998: (a) mis-servizz pubbliku; (b) minn enti statutorji; (ċ) minn enti u kumpanniji li l-Gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-anqas nofs l-ishma tagħhom; (d) minn settur privat u jindika d-dipartiment, enti jew kumpannija fil-każ ta' (a), (b) u (ċ) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?
ONOR. EDWIN GRECH: It-talbiet li saru għall-impjieg matul Mejju 1998 kienu kif ġej:
a) mis-servizz pubbliku Nil
b) enti statutorji 14
c) enti u kumpaniji li l-Gvern
direttament jew indirettament
għandu mill-inqas nofs l-ishma
taghhom. 10
d) mis-settur privat 409
Id-dipartimenti, enti jew kumpaniji fil-każ ta'
a) mis-servizz pubbliku Nil
b) Enti Statutorji
Kunsill Lokali Rabat P/T Clerk 1
Malta Financial
Services Centre Asst. Manager 1
Kunsill Lokali Mosta Clerk/Secretary 1
Kunsill Lokali Paola Secretary 1
Malta Financial
Services Centre Analysts 2
Kunsill Lokali Zurrieq Secretary 1
Kunsill Lokali Dingli P/T Clerk 1
Malta Financial
Services Centre Senior Manager 1
Malta Financial Senior Systems
Services Centre Analysts 1
Malta Drydocks Marketing Executive 1
NTOM Executives-Research
& Planning 2
Planning Authority Director -
Administration &
Implementation of
Procedures 1
c) enti u kumpaniji li l-Gvern, direttament jew indirettament
għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom
Mitts Research Executive 1
Hal Ferh
Holiday Village Accounts Clerk 1
Mitts Accontants 2
Maltacom plc Medical Doctor 1
Grand Hotel Mercure Kitchen Helpers 3
Holiday Inn Crowne
Plaza Personnel Secretary 1
Voice of the
Mediterranean Asst. Producer 1
ETC - JOB PLACEMENTS
15206. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul Mejju 1998, kemm placements kienu mas-settur privat u kemm placments saru mill-Job Centre, minn Ħal Far u minn Għawdex?
ONOR. EDWIN GRECH: Il-"placements" li saru matul Mejju 1998 huma kif ġejjin:
PARASTATALI 55
PRIVAT Hal Far 96
Job Centre (Malta) 65
Ghawdex 4
Job Centre (Ghawdex) --
SERVIZZ TA' L-INTERNET
15334. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna mingħand il-kumpanniji rreġistrati lokalment bħala Internet Service Providers?
ONOR. ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt
għall-mistoqsija parlamentari numru 445 f'seduta 9. Għal raġunijiet imsemmija f'dik it-tweġiba in-numru t'abbonati tal-Internet ma jinżammx.
ĦABS ĊIVILI - DROGA
15335. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba nstabet id-droga jew sustanza oħra projbita fil-Ħabs ta' Kordin minn Novembru '96 sa llum?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li n-numru ta' kemm -il darba nstabet droga fil-Ħabs, minn Novembru 1996 sa Ġunju 1998, kien ta' 13.
KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U TEKNOLOĠIJA - GĦAMARA
15336. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'għamara nxtrat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mis-6/5/98 sa llum? Kemm ġiet tiswa kull biċċa għamara? Mingħand min inxtrat? X'tiswija ta' għamara saret fuq għamara ta' l-istess Kunsill mis-6/5/98 'il hawn? Kemm ġiet tiswa din it-tiswija jew restawr? Min għamel din it-tiswija jew restawr?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li ma nxtratx u l-anqas saret tiswija ta' l-ebda għamara mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija mis-sitta ta' Mejju 1998 sal-lum.
SERVICE CHARGE - TARIFFA
15337. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari numri 10830 u 11323, jista' l-Ministru jgħid mill-1.11.97 sa llum kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskont fil-ħlas tal-meter ta' l-ilma u d-dawl? Kemm daħlu applikazzjonijiet f'kull area office tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Kemm minn dawn ġew ipproċessati u kemm minn dawk li applikaw se jingħata lilhom dan l-iskont?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Novembru, 1997 daħlu 8,523 applikazzjoni għall-skont fuq il-ħlas tal-meter ta' l-ilma u d-dawl, imqassmin hekk.
Malta
-----
Balzan 187
B'Kara 488
Bormla 840
Hamrun 556
Luqa 252
Marsa 376
Mosta 229
Msida 447
Naxxar 190
Paola 526
Qormi 476
Rabat 325
San Gwann 218
San Pawl il-Bahar 172
Sliema 357
Valletta 448
Zabbar 482
Zebbug 423
Zejtun 503
Zurrieq 313
Ghawdex
-------
Nadur 167
Victoria 548
Min dawn ġew proċessati madwar 8,000 li minnhom 4,029 ġew aċċettati. Jirriżulta illi minn dawk aċċettati kien hemm 1,500 li kienu diġa applikaw qabel għalkemm ma kienx hemm ħtieġa li jagħmlu hekk.
WIED INĊITA - ĦADDIEMA
15352. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Peress li dan l-aħħar il-Ministru semma u indika li l-ħaddiema kollha li jaħdmu f'Wied Inċita jistgħu jiffurmaw koperattiva biex tmexxi l-istess fergħa tad-Dipartiment, jista' l-Ministru jgħid: (1) xi żvilupp hemm ippjanat f'Wied Inċita; (2) kemm huma l-ħaddiema fil-preżent f'Wied Incita u x'inhuma l-grade ta' kull ħaddiem inkluż l-esperjenza relatata fil-qasam tal-biedja ta' kull ħaddiem; (3) x'inhu l-valur ta' l-assi kollha ta' Wied Incita; (4) kemm hija l-area totali ta' din il-fergħa (Wied Incita)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: 1. L-iżvilupp ippjanat f'Wied Inċita huwa dak li jiġi addottat il-prinċipju ta' Ko-Operattiva fejn ikun hemm inċentiva li b'inqas ħaddiema isir aktar xogħol. Fil-kas ta' Wied Inċita dan ifisser aktar produzzjoni ta' xitel, arbuxelli u siġar.
2. Fin-nursery ta' Wied Inċita hemm 25 ħaddiem, biss 7 minn dawn huma f'sezzjoni tal-bowsers, 3 f'sezzjoni ta' maintenance ta' muturi, 4 watchmen u ħaddiem wieħed fis-sezzjoni ta' amministrazzjoni u 10 fi produzzjoni. Minn dawn ta' l-aħħar, li se jifformaw il-Ko-Operattiva l-gradi tagħhom huma ta' wieħed assistant agricultural foreman, 3 ġardinara u 6 general hand. Dawn il-ħaddiema ilhom impjegati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għal madwar dawn l-aħħar disgħa snin. Dan ma jinkludix is-sitt snin li għamlu bħala studenti u apprentisti. Il-persuna li qed imexxi għamel kors ta' studju l-Ingilterra.
3. Il-valur ta' l-assi fissi huwa dak tal-kera ta' l-art. Il-bini ma jistax jiġi nkluż għax parti minnu huwa kkundannat. Il-valur ta' l-assi mobbli huwa ta' inqas minn Lm500 għax il-parti l-kbira ta' dan jikkonsisti f'inġenji li diġa' għadda d-depreciation tagħhom.
4. L-area totali ta' din il-fergħa li tinkludi l-widien hija ta' madwar 150 tomna.
TRADE FAIR - STAND TAL-BIEDJA
15353. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jikkonferma l-Ministru li f'dawn il-jiem fl-istand tal-Biedja fit-Trade Fair qed jinbiegħ għasel ta' Malta li ġie prodott taħt l-umbrella tad-Dipartiment tal-Biedja u, jekk fl-affermattiv ifissirx li d-Dipartiment tal-Biedja qiegħed ibiddel ir-rwol tiegħu minn wieħed ta' l-esperimentazzjoni u produzzjoni ta'rġejjen għal waħda kummerċjali bil-għan li tikkompeti mal-produtturi lokali?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-uniku għasel li qed jinbiegħ mill-padiljun tal-Miniseru tal-Biedja u Sajd fil-Fiera tan-Naxxar, huwa dak li jinbiegħ mill-Għaqda għat-Trobbija tan-Naħal li jien stedint, flimkien ma' għaqdiet oħra filantropiċi u volontarji biex jieħdu sehem fl-interess tagħhom fil-padiljun tal-Ministeru.
Il-kampjuni ta' l-għasel ta' 80 gramma-il wieħed, li d-Dipartiment tal-Biedja qed iqassam mhux jinbiegħu iżda min irid jagħti donazzjoni għall-għaqda filantropika.
WIED INĊITA - BEJGĦ TA' ILMA SECOND CLASS
15354. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid, għall-perjodu li beda mill-1 ta' Jannar sal-lum: (1) kemm kien il-volum ta' ilma second class li ġie mibjugħ mill-installazzjoni f'Wied Inċita; (2) kemm kien id-dħul ta' revenue mill-operazzjoni msemmija f'(1)?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-valur ta' ilma second-class li ġie mibjugħ mill-istallazzjoni f'Wied Inċita mill-1 ta' Jannar hu 191,000 gallun, bi dħul ta' Lm467.
DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - FRIEGĦ TAN-NAĦAL
15355. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-preżent id-Dipartiment tal-Biedja għandu friegħ tan-naħal kif ukoll kemm minn dawn il-friegħ inqabdu fl-aħħar perjodu meta normalment jofrogħ in-naħal?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Minn Marzu 'il hawn is-Sezzjoni tan-Naħal qed taħdem fuq proġett sabiex terġa' iġġib fuq saqajha l-ammont ta' naħal li minħabba diversi ċirkostanzi dawn kienu naqsu għal madwar 10 friegħ.
F'dan iż-żmien in-numru ta' friegħ żdied għal madwar 40 fergħ li 17 minnhom huma friegħ li nqabdu minn diversi lokalitajiet.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15375. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15282, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas hemm marbut lill-MITTS fuq żewġ kuntratti għal Maintenance & Support of Technical Infrastructure Facilities u Maintenance & Support of Software Applications separatament? Jista' l-Ministru jgħid ukoll xi ħlas hemm marbut lill-MITTS fuq il-kuntratt li jkopri l-eżerċizzju fuq Year 2000 Compliance?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-ħlasijiet li għandhom isiru matul l-1998 lill-MITTS taħt il-kuntratt għal `Maintenance and Support of Technical Infrastructure facilities' u għal `Maintenance and Support of Software Applications' huma dawk indikati fir-risposta li tajt lill-Onorevoli Membru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15282, li minnha qed jikkwota, jiġifieri is-somom annwi ta' Lm 118,628 u Lm 21,753 rispettivament għal dawn is-servizzi. S'issa, tħallsu nofs dawn iż-żewġ somom lill-MITTS.
Għar-rigward ta' servizzi taħt il-kuntratt għal `Year 2000 compliance', sa issa saru żewġ pagamenti ill-MITTS ta' Lm 1,409 il-wieħed. Huwa stmat li s-somma kollha għall-1998 għal dan l-eżerċizzju tkun tlaħħaq Lm 5,636.
DIPARTIMENTI GOVERNATTIVI - MAINTENANCE AGREEMENTS
15376. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15284, jista' l-Ministru jgħid xi ħlas hemm marbut ma' kull kuntratt separatament għar-rigward ta' sistemi ta'computer implimentati fid-Diviżjoni tas-Saħħa?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru ġa ġiet mogħtija fir-risposta għal PQ 15284.
SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONANTI
15381. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jikkonferma l-Ministru li f'każ ta' pensjonanti/romol li jirċievu l-pensjoni tan-National Insurance u li dawn għadhom jgħixu magħhom xi membri tal-familja bi dħul minn impjieg, dawn l-istess pensjonanti/romol m'humiex jiġu eżentati mill-ħlasijiet tal-water service charge u mid-drainage service charge li tħabbru fl-aħħar budget?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lil Onorevoli Interpellant, illi, b'konformita ma' l-avviżi legali numri 17 ta' l-1974 u 6 ta' l-1981 pensjonanti jew romol kif deskritti fil-mistoqsija ma humiex intitolati għal skont fuq kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.
SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONANTI
15382. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jikkonferma l-Ministru li f'każ ta' pensjonanti/romol li jirċievu pensjoni non-kontributorja (Old Age Pension) u li għadhom jgħixu magħhom xi membri tal-familja bi dħul minn impjieg, dawn l-istess pensonanti/romol mhux qed jiġu eżentati mill-ħlasijiet tal-water service charge u tad-drainage service charge li tħabbru fl-aħħar budget?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lil Onorevoli Interpellant, illi, b'konformita ma' l-avviżi legali numri 17 ta' l-1974 u 6 ta' l-1981, persuni deskritti fil-Mistoqsija ma humiex intitolati għal-skont fuq kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma.
PULIZIJA - KORS TA' SURĠENTI
15410. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jibda l-kors tas-surġenti fil-korp tal-pulizija wara li sar l-eżami għall-istess grad?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi qegħdin isiru arranġamenti mal-Akkademja tal-Pulizija sabiex dan il-kors jibda fi żmien qasir.
ĠNEJNA - ĦAMRIJA
15413. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, sal-lum, tqassmet ħamrija mill-Ġnejna? Fejn tqassmet din il-ħamrija? Kemm ibbenefikaw bdiewa minnha?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
DJAR - APPARTAMENTI - ŻIEDA TA' SULARI
15414. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema blokki (lokal b'lokal) intalbu l-permessi għaż-żieda ta' sulari f'Malta u f'Għawdex? F'kull każ, ma' min saru l-konsultazzjonijiet dwar iż-żieda fl-għoli ta' dawn is-sulari? Kemm, f'kull każ, kien hemm oġġezzjonijiet u minn min, (jekk hux mir-residenti, mill-kunsilli lokali jew inkella mill-Planning Authority)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Sallum intalbu permessi għall-iżviluppi ta' sulari żejda f'dawn il-lokalitajiet:
-
Attard
|
St. Catherine HE
|
Gudja
|
Phase I
|
Żejtun
|
Triq ir-Ramla
|
Għaxaq
|
Tal-Qattus
|
Rabat
|
Ta' Busugrilla HE
|
Ta' Xbiex
|
HE
|
Mosta
|
Ta' Mlit HE
|
Qormi
|
Tal-Blat HE
|
Ta'Ġiorni
|
HE
|
Tarxien
|
HE
|
Żurrieq
|
HE
|
Żebbuġ
|
Mill Street HE
|
Pieta'
|
HE
|
Qormi
|
Ta' Farzina HE
|
San Gwann
|
HE
|
Victoria
|
Taċ-Ċawla HE
|
S'issa oġġezzjonijiet formali li nafu bihom saru fuq il-proġetti tal-Gudja u H'Attard iżda jista' jkun li saru oġġezzjonijiet oħra bil-miktub lill-Awtorita' tal-Ippjanar u dawn ma nafux bihom. Ma saru ebda konsultazzjonijiet qabel ma ġew sottomessi l-applikazzjonijet iżda fejn qed joħorġu il-permessi, qed isiru laqgħat pubbliċi mal-Kunsilli u mar-residenti biex jiġi stabbilit kif ser jissolvew l-ilmenti tar-residenti. Kif tħabbar ukoll pubblikament fil-ġurnali, ir-residenti ġew mogħtija indikazzjoni ta' x'ser isir biex l-inkonvenjenza tal-proġett tkun waħda minima.
RABAT - TRIQ LI TAGĦTI GĦAL WIED IL-QLEJJA
15415. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli t-triq li mir-Rabat (Mtarfa) tagħti għal Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes) tiġi rranġata wara li din tkissret bit-trakkijiet li wettqu xogħol għall-gvern?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Peress li x-xogħol fl-inħawi qed isir mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
KUNSILLI LOKALI
15416. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-talbiet pendenti quddiem id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li fil-preżent qed jitolbu li jkollhom bidliet fil-konfini tal-kunsill tagħhom? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilha pendenti kull waħda minn dawn it-talbiet? Kemm u liema minn dawn it-talbiet qed jiġu sottomessi wara li ġew diġa' kkonsidrati mill-Kummissjoni Elettorali?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dispożżizzjoni ta' l-Artikolu 3 (3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali "Tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss f'ċirkostanzi eċċezjonali u biss mill-Kummissjoni Elettorali...."
Għaldaqstant il-Kummissjoni Elettorali hija l-awtorita' kompetenti biex tipproċessa kull talba għat-tibdil tal-konfini u hi biss tagħti t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
PA - APPLIKAZZJONIJIET
15417. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-press releases li qed joħorġu fl-aħħar ta' kull xahar dwar il-case load pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kif ukoll dwar in-numru ta' każi li kienu determinati kull xahar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kull xahar kienu approvati applikazzjonijiet minn dawk determinati mill-1.1.98 sat-30.6.98? Minbarra hekk, mill-case load pendenti fl-aħħar ta' Ġunju 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dan il-case load kien ukoll pendenti qabel l-14 ta' Awissu 1997?
ONOR. GEORGE VELLA:
|
Determinati
|
Approvati
|
Jannar 98
|
770
|
520
|
Frar 98
|
817
|
606
|
Marzu 98
|
831
|
599
|
April 98
|
731
|
528
|
Mejju 98
|
1001
|
528
|
Ġunju 98
|
754
|
538
|
Bħalissa hemm 3,301 applikazzjoni pendenti, liema minnhom 1,020 (30.9%) daħlu qabel it-13 ta' Awwissu 1997.
PA - BDIL/ESTENSJONIJIET TA' LUKANDI
15418. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm eżenzjonijiet mill-Planning Authority fil-ħruġ ta' permessi għall-bdil/estensjonijiet ta' lukandi f'dik li hi l-kondizzjoni tal-parking, meħtieġ qabel ma joħroġ il-permess tal-bini kif indikat mill-istess Awtorita'?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - IMPJEGATI
15420. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fil-bidu ta' din is-sena u kemm hu llum? Jista' l-Ministru jagħti l-gradi relattivi?
ONOR. EDWIN GRECH: L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
PRODOTTI TAL-BIEDJA - IMPORTAZZJONI
15421. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma dak li qal il-Ministru tal-Biedja u Sajd f'nhar l-Imnarja li b'zona ta' kummerċ ħieles mhux se jitneħħew il-levies fuq prodotti tal-biedja mportati li jikkompetu mal-produzzjoni lokali?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel taħdidiet li saru mill-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropeja għal ftehim ta' kummerċ ħieles, il-Gvern Malti talab li l-levies fuq il-prodotti tal-biedja mportati li jikkompetu mal-produzzjoni lokali ser jibqgħu kif inhuma.
Jista' jkun hemm xi prodotti tal-biedja mportati li m'humiex jikkompetu mal-produzzjoni lokali. F'każ li dan ikun minnu, l-Gvern stess li jikkunsidra jneħħi l-levies minn fuq dawn il-prodotti mpurtati.
IMPJIEGI - SOCIAL WORKERS
15422. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: B'riferenza għal dak li tħabbar mill-media f'dawn il-jiem, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jimpjega aktar social workers biex tkun tista' tingħata għajnuna lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu ma' persuni bi ħtiġijiet speċjali u jekk iva, meta?
ONOR. EDWIN GRECH: Iva, d-deċiżjoni li tħabbret mall-ftuħ taċ-Ċentru tat-Taħriġ Adulti f'Marsaskala, li l-grupp ta' "Social Workers" magħruf bħala "SAPPORT" għadda minn taħt ir-responsabbilta ta' l-Programm Ħidma Soċjali għal dik tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja.
Dan il-grupp ta' "Social Workers" huwa ppjanat li jaħdem totalment fil-qasam ta' persuni b'diżabilita` biex iservi għall-bżonnijiet taċ-Ċentri tat-Taħriġ għall-Adulti. Dan is-servizz ukoll (b'xejn) se jiġi offrut ukoll lill-Għaqdiet Mhux Governattivi li huma Dar il-Kaptan, Dar il-Wens u Dar Nazareth.
Jien għadni kemm inkarigajt lis-Segretarju Permanenti f'dan il-Ministeru u Direttur tal-Ħarsien tal-Familja sabiex ifasslu programm għal dan is-servizz biex dan ikun servizz reali u mhux immaġinarju. Għalhekk insostni li jekk ikun hemm bżonn jiżdiedu is-"Social Workers" nagħmel ħilti kollha biex dan isir.
DIPARTIMENT TA' L-EDUKAZZJONI - TAGĦLIM TAL-COMPUTER
15423. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-ħidma li wettaq id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fl-Isla għal kors ta' tagħlim fuq computers li għalih attendew madwar 100 ruħ?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ma sar ebda kuntatt mas-Sezzjoni tal-I.T. tad-Dipartiment tal-Iżvilupp. Twettiq u Tiġdid tal-Kurrikulu dwar il-kors ta' tagħlim fuq il-computers li sar fl-Isla.
BORMLA - ĠNIEN
15424. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fejn se jsir il-ġnien f'Bormla li hu semma waqt laqgħa li kellu mal-Kunsill Lokali f'Mejju li għadda?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ġnien imsemmi ser isir faċċata tal-mitħna fl-"area" ta' Triq San Ġwann, ma' ġenb fejn ser isir il-proġett ta' "slum clearance".
PALERMO - SOCIETA' ITALIANA DI RADIOLOGIA MEDICA
15425. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li għamel f'Palermo meta tkellem fil-Kungress Internazzjonali tas-Societa' Italiana di Radiologia Medica?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija uffiċċjali Nru 1200 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-30 ta' Ġunju, 1998.
BICAL - INKJESTA
15465. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm inkjesta għaddejja kontra l-Kontrollur tal-BICAL, li ismu qiegħed jintbagħat separatament, liema inkjesta hija mmexxija mill-Qorti tal-Maġistrati, preseduta mill-Maġistrat Cuschieri? Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie appuntat espert tal-Qorti l-avukat Joe Micallef Stafrace? Jista' l-Ministru in oltre jgħid f'liema stadju waslet din l-inkjesta?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li Inkjesti Maġisterjali huma ta` natura sigrieta, u għalhekk ma jistax jiġi kkonfermat dak li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
PA - AZZJONI INDUSTRIJALI
15466. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jintervjeni fl-azzjoni industrijali li għaddejjin minnha diversi impjegati ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa? Jekk mhux beħsiebu jintervjeni, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jaħseb li din il-problema tkun riżolta?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PA - AZZJONI INDUSTRIJALI
15467. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li qegħdin jieħdu sehem fl-azzjoni industrijali fl-istess Awtorita'? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm permessi deċiżi nżammu milli jintbagħtu minħabba l-istess azzjoni?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
OMBUDSMAN - KAŻ TA' ŻEWĠ ĦADDIEMA
15468. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u meta beħsiebu jġib fuq l-agenda tal-House Business Committee l-każ ta' żewġ ħaddiema li l-aġġudikazzjoni fuq il-pronozzjoni tagħhom, skond l-Ombudsman, ma sarx kif suppost?
ONOR. GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onorevoli Membru jkun aktar speċifiku u jagħti aktar informazzjoni għal min qiegħed jirreferi.
PULIZIJA - LANEĊ/SPEED BOATS
15469. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm laneċ jew speed boats f'idejn l-awtoritajiet biex iħarsu l-bajjiet ta' Malta?
Jista' jgħid kemm għad-dispożizzjoni t'Għawdex u Kemmuna u kif jintgħażlu l-membri ta' dawn il-laneċ jew speed boats jiġifieri jekk għandhomx taħriġ fil-first aid, salvataġġ u tagħmir għal dan it-tip ta' xogħol?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
PULIZIJA - SORVELJANZA TAL-BAJJIET
15470. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: Issa li l-istaġun tas-sajf daħal ġmielu, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex verament ikun hemm serjeta' fis-sorveljanza tal-bajjiet li bħalissa qed ikun hemm periklu kontinwu ta' overspeeding minn diversi bċejjeċ tal-baħar?
Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-bajjiet f'Għawdex ikunu protetti mill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li jkun assigurat ukoll li kull min għandu kull tip ta' vettura tal-baħar ikollu l-liċenzji neċessarji flimkien ma' polza ta' assigurazzjoni?
ONOR. ALFRED SANT: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
SNIETER/AIRGUNS - PERMESSI
15471. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14636 fuq il-mistoqsija oriġinali numru 2613 għar-rigward ta' xiri ta' snieter u airguns, jista' l-Prim Ministru jgħati l-informazzjoni mitluba?
ONOR. ALFRED SANT: B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14636, ninsab infurmat illi il-505 applikazzjoni li kienu pendenti issa ġew ipproċessati kollha, filwaqt li fil-preżent l-applikazzjonijiet li jidħlu qed jiġu pproċessati mill-ewwel. Ninsab infurmat ukoll illi hawn 11,261 persuna liċenzjati sabiex iġorru senter, 1,393 sabiex iżommu 'airgun' u 4,712 sabiex iżommu senter u 'airgun'.
SISA - PERSUNI REĠISTRATI
15472. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-preżent reġistrati mad-Dipartiment tas-Sisa li jimlew il-formoli darba f'sena? Kemm huma dawk li jimlew il-formola kull tlett xhur?
Jista' l-Ministru jgħid il-45,329 persuna reġistrati mad-Dipartiment tas-Sisa kif inhuma klassifikati skond is-setturi diversi ta' negozju kif intgħażlu minn xulxin waqt it-tlugħ tar-random sampling?
ONOR. LEO BRINCAT: In-numru ta' persuni fil-preżent irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa li jimlew il-formola tat-taxxa darba fis-sena huwa ta' 34,462. In-numru ta' dawk li jimlew il-formola darba kull tliet xhur huwa ta' 10,807.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, it-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'tabella A.
Ir-raġuni għad-differenza bejn in-numru ta' taxpayers kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari u n-numru ta' taxpayers f'tabella A hija minħabba li, filwaqt li l-ewwel figura ta' 45,137 tirreferi għax-xahar t'April, il-figura ta' 45,329 tirreferi għax-xahar ta' Lulju. Bejn dawn ix-xhur ikun hemm numru ta' nies li jirreġistraw u oħrajn li jiddereġistraw.
BOZOZ - TWAĦĦIL TA' BOZOZ
15473. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid, minn Jannar sa l-aħħar ta' Ġunju, kemm ġew imwaħħla bozoz f'toroq rispettivament f'kull belt jew raħal? Kemm-il talba saret mill-kunsilli lokali, deputati jew awtoritajiet oħra inklużi residenti għal kull lokalita' rispettivament?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istock fil-preżent ta' dak kollu li għandu x'jaqsam mal-bozoz tat-toroq?
ONOR. LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qiegħda tinġabar u twegiba tingħata f'seduta oħra.
MOSTA - PUMPING STATIONS
15474. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma approvatx il-permessi mitluba mid-dipartiment tad-drenaġġ, biex isiru żewġ pumping stations fi Triq is-Sriedak u fi Triq Lord Mountbatten fil-Mosta?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MOSTA - GĦOTI TA' TARMAK
15475. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tad-dipartiment rigward l-għoti ta' tarmak fi Triq Gużeppi Hyzler u Triq il-Fortizza fil-Mosta?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
ANNIMALI - MOĦQRIJA TA' L-ANNIMALI
15476. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru liġijiet iktar ħorox dwar il-moħqrija ta' l-annimali?
ONOR. GEORGE VELLA: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lid-Dipartiment tal-Pulizija.
QRATI - BARRANIN AKKUŻATI B'REATI
15477. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm barranin li ġew akkużati b'omiċidju, stupru u traffikar tad-droga mill-1972? Jista' l-Ministru jagħti n-nazzjonalita' ta' dawk involuti u kemm kien hemm minnhom li ġew akkużati ħatja?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika ta` l-informazzjoni mitluba.
DRYDOCKS - GRIT BLASTING
15478. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jispiċċa l-grit blasting fid-Drydocks?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat li t-Tarzna qegħda tipprova ssib metodi
alternattivi għall-grit blasting konvenzjonali. Waħda
minn dawn il-metodi hija l-Ultra High Pressure Water
Blasting li għadha qed tiġi żviluppata.
UNIVERSITA' - CENTRE FOR COMMUNICATION TECHNOLOGY
15479. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-istaff akkademiku li hemm fis-Centre for Communication Technology ġewwa l-Universita' ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: a) x'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom u xi kwalifiki għandhom; b) liema suġġetti/units qegħin jgħallmu; c) x'kienet id-data tal-ħatra ta' kull wieħed minnhom; d) taħt liema sejħa ta' l-applikazzjoni ġie mpjegat kull wieħed minn dawn; e) xi kwalifiki kellu kull wieħed minnhom meta ġew impjegati u f'liema suġġett; u f) x'suġġett jew unit bdew jgħallmu meta ġew ingaġġati?
ONOR. EVARIST BARTOLO: It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu ma wasalx il-Ministeru mill-Universita'.
SEGRETARJAT GĦALL-ANZJANI - PERSUNI INGAĠĠATI
15481. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista l-Ministru jgħid jekk is-segretarjat ta' l-Anzjani għandux persuni ngaġġati miegħu b'kuntratt? Jekk iva, kemm hemm, meta ġew ingaġġati u kif ittieħdu l-proċeduri għal dan l-ingaġġ?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-segretarjat ta' l-Anzjani għandu tlett (3) persuni ingaġġati b'kuntratt. Dawn ġew ingaġġati f'dawn id-dati:
04 ta' Novembru 1996
24 ta' Marzu 1997 u
18 ta' Ġunju 1998
Il-proċeduri ta' l-ingaġġ ittieħdu bir-rakkomandazzjoni mis-Segretarju Parlamentari ta' l-Anzjani permess tal-Ministru tas-Saħħa u Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bl-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru.
GOZO CHANNEL - VAPURI
15482. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż tal-maintenance fuq il-vapuri tal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin sa l-aħħar ta' Ġunju, 1998?
ONOR. JOE DEBONO GRECH:
Jiena nfurmat li għall-aħħar ħames snin li għalqu f'Settembru 1997 l-ispejjeż tal-maintenance fuq il-vapuri tal-Gozo Channel kienu kif ġej:-
Ottubru 1992/Settembru 1993 - Lm459,472
Ottubru 1993/Settembru 1994 - Lm392,977
Ottubru 1994/Settembru 1995 - Lm529,435
Ottubru 1995/Settembru 1996 - Lm496,431
Ottubru 1996/Settembru 1997 - Lm294,248
Jiena nfurmat ukoll li l-ispiża bejn Settembru 1997 u Ġunju 1998 kienet ta' Lm241,757.
ANZJANI - DJAR TA' ANZJANI
15483. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ammessi nies anzjani fi djar tal-Gvern u minn fejn kienu lokal lokal?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispiċifika għal liema perjodu qed jagħmel din il-mistoqsija.
MISTOQSIJA GĦAL TWEĠIBA BIL-MIKTUB
UNIVERSITA’: FAKULTA’ TAL-LIĠI - LECTURERS
W1,642. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-lecturers tal-Fakulta’ tal-Liġi u għal kull lecturer jindika s-suġġett li jgħallem u kemm jagħti lectuers fil-ġimgħa on average ta’ sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15109 mogħtija f'seduta 238.
Dostları ilə paylaş: |