Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 386,33 Kb.
səhifə6/7
tarix12.01.2019
ölçüsü386,33 Kb.
#94934
1   2   3   4   5   6   7

AĠĠORNAMENT



ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tnejn 23 ta'Marzu, 1998 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda.
Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi tat-Turiżmu għal Malta - it-Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji oħra - it-Tieni Qari (Kont.);
Abbozz ta' Liġi dwar il-Kummerċ ta' l-Assigurazzjoni - Kumitat;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa (Emenda Nru 4) - it-Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar Taxxa Speċjali fuq Banek Kummerċjali – it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur (Emenda Nru 3) - it-Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Telekomunikazzjoni – it-Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar is-Sigurta’ fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Ħabs - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi dwar il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni Ċivili - it-Tieni Qari;
Abbozz ta' Liġi kontra l-Korruzzjoni - it-Tieni Qari (Kont);
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet – it-Tieni Qari;
MADAM SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. il-Kamra hija aġġornata għal nhar it-Tnejn, 23 ta' Marzu, fis-6.00 p.m bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.
Fl-10.28 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



MINISTERU TAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI - PETROL/DIESEL

13022. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?
Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżisti limitu ta' 150 litru kull xahar għal dawk li jużaw il-karozzi mikrija u dan jiġi mmonitorjat kull xahar mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.
Il-gradi (scales) li huma ntitolati li jistgħu jżommu l-karozzi għandhom huma dawk li għandhom dan id-dritt skond il-kuntratt tagħhom, bħalma huma d-Diretturi, Periti u Enġiniera.
Jistgħu jżommu l-karozzi għandhom ukoll gradi oħrajn li għalkemm ma jaqgħux f'din il-kategorija, id-dipartiment jidhirlu li għandhom bżonn dan is-servizz skond il-kwalita' tax-xogħol tagħhom.
Għal dan il-għan il-Ministeru ħareġ Transport Policy ġdida li bħalissa qed tiġi mplimentata.


QORTI SUPERJURI - SENTENZI

12583. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Peress li s-sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri, uħud mis-sentenzi tal-Qrati Inferjuri u s-sentenzi tad-diversi tribunali huma llum kollha oriġinali mill-computer, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Gvern milli jistabbilixxi database ta' sentenzi possibbilment annotati u aċċessibbli anke esternament, kif inhu llum ir-Reġistru tal-Kumpanniji?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li database tas-sentenzi mill-Qrati Superjuri diġa` qed tinżamm. Il-ħsieb hu li mhux fil-bogħod anke s-sentenzi tal-Qrati Inferjuri u tat-tribunali jiġu nklużi fid-database. Qed tiġi kunsidrata wkoll il-possibilta` li dawn ikunu aċċessibbli esternament.


LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA - PJANI TAL-GVERN

12584. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern biex jiżgura li l-leġislazzjoni sussidjarja tiġi ppubblikata fl-iqsar żmien possibbli u darba pubblikata li l-aġġoranament tagħha jkun proċess kontinwu u immedjat?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li f`dan il-mument qiegħda tingħata prijorita` għall-pubblikazzjoni tal-Liġijiet prinċipali aġġornati sal-31 ta` Diċembru 1998 f`format CD. Il-leġislazzjoni sussidjarja tinbidel kontinwament u aktar spiss u għalhekk huwa maħsub li anke din tiġi pubblikata f`format CD. Dan isir wara l-pubblikazjoni tal-liġijiet prinċipali.


KODIĊI/LIĠIJIET - UPDATE

12585. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex jiżgura li l-Kodiċi u l-Liġijiet jiġu updated u mhux kif inhuma llum u jgħid ukoll jekk għandux pjani biex jiżgura li l-aġġornament ikun proċess kontinwu u mmedjat?
ONOR. GAVIN GULIA: Nirreferi lil l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt lil l-Onor. Sandro Schembri Adami għall-mistoqsija parlamentari numru W1,270 li ġiet preżentata fis-seduta numru 188 ta` nhar it-18 ta` Frar, 1998.


LEGAL PUBLISHING

12586. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi relazzjoni mad-ditta Legal Publishing li tippubblika l-liġijiet f'volumi u żżommhom emendati kif ukoll tippubblika sentenzi tal-Qrati u jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jispejga x'inhi?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li f`Settembru 1992, il-Gvern u d-ditta Legal Publishing iffirmaw ftehim li bih il-Gvern ingaġġa d-ditta biex tippublika, għan-nom tiegħu, is-sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qrati Superjuri.
Dan il-ftehim kien għal perjodu ta` 5 snin mill-1.2.93, bil-fakulta` li jiġġedded għal 3 snin oħra. Fil-fatt, dan il-ftehim ġie mġedded.


UFFIĊĊJU TAN-NUTAR TAL-GVERN - DIGITISED IMAGING

12587. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' digitised imaging elettroniku fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li dan il-proġett, li ġie mibdi mill-M.S.U. u qed jitkompla mill-MITTS qiegħed fl-istadju li jibda jiffunzjona din is-sena wara li fl-aħħar sentejn ġie identifikat il-hardware meħtieġ u nkitbet is-software neċċessarja għalih. Kellha ssir ukoll ċerta ristrutturazzjoni fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u xogħlijiet anċillari għal dan il-għan. Ġiet identifikata computer room, saret istallazzjoni ta` clean power supply u ta` fibre optic network ; din ta` l-aħħar il quddiem isservi għall-funzjonijiet oħra.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

12588. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw għax-xogħol min jeddhom bejn Jannar 1992 u Diċembru 1997 u jagħti l-informazzjoni xahar xahar?
ONOR. EDWIN GRECH: Tabella tan-nies li waqfu jirreġistraw minn jeddhom bejn Jannar 1992 u Diċembru 1997.tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


TA' KANDJA - OPERATIONS ROOM

12952. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Dwar il-proġett f'Ta' Kandja għall-bini ta' Operations Room għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ippjanat mill-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) meta se jitlesta x-xogħol; b) f'liema stadju wasal ix-xogħol; c) veru li minħabba nuqqas ta' fondi xogħol bħal aluminium, sofitti u plastering ġew miżmuma għalkemm ġie awarded it-tender?
ONOR. ALFRED SANT: Ix-xogħol waqaf għal ftit għal raġunijiet tekniċi iżda għandu jirriżumi fi żmien qasir. Interuzzjonijiet bħal dawn huma normali f'xogħlijiet ta' din il-kwalita'.


MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - PETROL/DIESEL

13031. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?
Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


OPM - PETROL/DIESEL

13032. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?
Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?
ONOR. ALFRED SANT: It-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija dwar dawk il-vetturi li jinkrew għall-esiġenżi tad-Dipartiment rispettivi hi fin-negattiv.
Jeżisti threshold pero għall-użu ta' petrol jew diesel intitolat lill kull min għandu l-użu ta' vettura personalizzata skond il-grad, kif jidher hawn taħt.
Il-gradi li huma ntitolati li jistgħu jżommu vettura għandhom għall-esiġenzi tas-servizz huma s-Segretarju Permanenti, OPM (Grad 1) intitolat għal 175 litri petrol allowance fix-xahar, id-Diretturi Ġenerali (Grad 3) u d-

Diretturi (Gradi 4 u 5) huma ntitolati għal 150 litri petrol allowance kull wieħed fix-xahar.


Il-konsulenti li jaħdmu fil-Management Efficiency Unit huma ntitolati għal Lm40 petrol allowance fix-xahar.


MINISTERU TAL-FINANZI U KUMMERĊ - PETROL/DIESEL

13033. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?
Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?
ONOR. LEO BRINCAT: L-entitlement massimu ta' petrol lil kategoriji differenti ta' mpjegati tal-gvern li huma intitolati għal karozza għall-użu uffiċjali u privat għal bażi tal-performance contract tagħhom jew għal bażi ta' xi arranġament speċjali huwa kif ġej:-

Segretarju Permanenti - 175 litru fix-xahar


Direttur Ġenerali

Diretturi / Uffiċjali li għandhom



permess speċjali - 150 litru fix-xahar
F'dawn il-każi l-persuni kkonċernati jżommu l-karrozza għandhom ukoll barra l-ħinijiet normali tax-xogħol.

MINISTERU TAT-TRASPORT U PORTIJIET - PETROL/DIESEL

13034. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin għand id-dipartimenti tal-gvern fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, x'inhu dan it-threshold?
Liema gradi (scales) huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Fil-Ministeru għalkemm m'hemmx limitu fuq l-ammont ta' petrol jew diesel li jittieħdu fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin, isir kontroll permezz ta' logbook li fih jiġi rrekordjat il-vjaġġi u l-mili li jsiru u r-raġuni għalihom. L-gradi li huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz huma s-Segretarju Permanenti, d-Direttur tal-Corporate Services u s-Segretarja Privata.
Fid-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet m'hemm l-ebda threshold ta' kemm jittieħed petrol jew diesel fil-ġimgħa għall-karozzi mikrijin. Iżda d-dipartiment iżomm logbook għal kull karozza mikrija fejn jiġu rrekordjati il-qadi li jsir b'dawn il-karozzi. Isir kull sforz sabiex il-konsum tal-petrol jew diesel jinżamm baxx kemm jista' jkun. Id-Direttur Traffic huwa ntitolat li jżomm karozza għall-esiġenza tas-servizz.
Fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili m'hemm l-ebda karozzi mikrijin. L-gradi li huma ntitolati li jistgħu jżommu karozza għandhom għall-esiġenzi tas-servizz huma d-Direttur Ġenerali, d-Direttur Operations u d-Direttur Servizzi Tekniċi.

SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI

13035. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil minn grad wieħed sa ħamsa? Min huma? X'post qegħdin jokkupaw? Xi kwalifiki akkademiċi għandhom? F'liema sezzjoni jew dipartiment qiegħed kull wieħed minn dawn?
ONOR. ALFRED SANT: Jiena nfurmat illi n-numru ta' uffiċjali fil-gradi minn wieħed sa ħamsa (Officers in Grade I sa V) huwa 132.
Id-dettalji l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant jinsabu fit-tabella li qed poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


RABAT - GOLF COURSE

13041. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed joffri l-Ministeru lill-bdiewa milqutin jew li jistgħu jiġu milquta mill-iżvilupp ta' Golf Course taħt il-Verdala Hotel, Rabat?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Il-każ qed jiġi diskuss ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar.


SAĦĦA - IMPJEGATI

13043. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Waqt li naqbel ma' l-intenzjoni espressa fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 12613, jista' l-Ministru xorta waħda jagħti d-dettalji mitluba?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tas-Saħħa, jixtieq jirringrazzja lin-numru sostanzjali ta' dawk kollha li fil-ħin liberu tagħhom attendew għall-programm fuq it-televiżjoni. B'nies bħal dawn nistgħu nipproġettaw u nħajru aktar żgħazagħ għall-professjoni medika u para medika.
F'rigward ta' numru ta' nies li attendew waqt il-ħin ta' xogħol, dan kien ta' tmienja.


SPTARIJIET - KONSUM/NEFQA TA' PETROL

13044. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li hemm aktar sptarijiet tal-gvern f'Malta u Għawdex barra Zammit Clapp u r-Residenza San Vinċenz de Paule, jista' l-Ministru jagħti risposta kompleta għall-mistoqsija parlamentari numru 12578?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-konsum u n-nefqa ta' petrol għas-snin 1996 u 1997 kienu hekk:
SENA KONSUM NEFQA
SPTAR SAN LUQA 1996 218253 litri Lm57631.228

(INKLUZ SPTAR BOFFA)

1997 229787 litri Lm64668.767
SPTAR MONTE CARMELI 1996 45321 litri Lm12010

1997 21631 litri Lm6489
SPTAR GENERALI GHAWDEX 1996 21,211 litri Lm5,563.06

1997 8,225 litri Lm2,438.99
Qiegħed isir audit dwar il-konsum.


SAĦĦA - MEDIĊINI B'XEJN

13045. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Peress li pazjenta b'I.D. No. 123438(m) qegħda tallega li ilha tistenna l-kartuna s-safra biex tieħu l-mediċini approvati lilha aktar minn sitt xhur u allura matul dan iż-żmien kellha tixtri l-mediċini għolja minn butha minkejja li hi pensjonanta, jidhirlu l-Ministru li dan id-dewmien huwa esaġerat minkejja li hemm proċeduri neċessarji li jridu jiġu esegwiti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-pazjenta, Nru. tal-I.D. 123438M inħarġitilha Kartuna Safra tal-mediċini għall-kundizzjoni ta' ażżma fl-1 ta' Ottubru, 1997.


SAĦĦA - IMPJEGATI

13046. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad-dipartiment tiegħu li huma casuals? Liema grad jokkupaw, meta ġew ingaġġati u fejn huma posted?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Tweġiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


PUBLIC HEALTH EVANS - LABORATORJU

13047. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern dwar il-laboratorju tal-Public Health Evans? Kemm hu l-complement preżenti ta' impjegati ġo dan il-laboratorju u liema grad għandhom? Kemm minnhom jaħdmu fuq bażi kaswali?


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Għaddejin diskussjonijiet dwar il-futur ta' dan il-laboratorju.
Il-Kompliment preżenti ta' dan il-Laboratorju huwa ta' 31.

Il-Gradi huma kif imsemmija hawn taħt:



GRAD NUMRU TA' HADDIEMA
Chief Scientific Officer 1

Senior Scientific Officer 2

Scientific Officer 4
Pharmacist / Analyst 2
Asst. Principal Med Lab. Technologist 2

Senior Med. Lab Technologist 2

Medical Lab. Technologist 6 *
Executive Officer 1

Assistant Ward Clerk 1
Health Attendant 1

Laboratory Operator 3

Supervisor 1

Handyman 1

Labourer 1
Skilled Labourer 1

Security Guard 1

Hospital Auxiliary 1
* Tliet Med Lab Technologist qed jaħdmu fuq bażi każwali.


SERVIZZ ĊIVILI - EŻAMI GĦAL XUFIERA TA' L-AMBULANZI

13048. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Minisru jgħid meta hemm il-ħsieb li dawk li għamlu l-eżami għal ambulance drivers jinħatru? Meta sar dan l-eżami u sakemm huwa validu r-riżultat?
ONOR. ALFRED SANT: L-eżami għal dawn il-postijiet sar fi Frar 1997 u r riżultat, li ġie ppubblikat fid-19 ta' Diċembru 1997, huwa validu għal sena.
Il-ħatra ta' Ambulance Drivers qiegħda tiġi evalwata fil-qafas ta' Manpower Plan li qiegħed isir bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
PULIZIJA - PASSI KONTRA ŻEWĠ MEMBRI

13075. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 10045 u 10398, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu il-passi dixxiplinarji hemm imsemmija? X'rank għandhom l-istess membri? F'liema taqsima kienu meta seħħ l-inċident, u fejn huma stazzjonati llum?
Jista' l-Ministru jikkonferma li fost l-akkużi hemm dik ta' sewqan bla kont?
ONOR. ALFRED SANT: Ninsab infurmat illi l-passi dixxiplinarji kontra ż-żewġ kuntistabbli li kienu stazzjonati l-Mobile Squad meta seħħ l-inċident għadhom mhux konklużi.
Ninsab infurmat ukoll li llum wieħed għadu stazzjonat il-Mobile Squad u l-ieħor stazzjonat l-Stolen Vehicles Squad. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10045.


VALLETTA - TRIQ IR-REPUBBLIKA - ĦWIENET

13076. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jingħataw postijiet alternattivi lill-inkwilini tal-ħwienet fi Triq ir-Repubblika li jokkupaw dak li fadal fit-Teatru Rjali?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Wara l-laqgħa li saret ma' dawn is-sidien, l-avukat tagħhom u l-GRTU dawn intalbu jagħtu l-proposti tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu kkonsidrati.

PULIZIJA - MEMBRI FIL-KORP

13077. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati xogħol klerikali, taqsima b'taqsima, fl-1.1.97?
Kemm hemm membri ta' din ix-xorta llum?
ONOR. ALFRED SANT: Il-programm ta' modernizzazzjoni tal-Pulizija f'Jannar 1997 identifika x-xogħlijiet li jidhru hawn taħt bħal estraneji għad-dmirijiet ta' pulizija u li għandhom għalhekk jiġu speċifikament assenjati lill-uffiċjali klerikali:-


Numru

Jannar 1997 Marzu 1998
MIA Immigration Section 86 43

Seaport Immigration 13 5

Civil Status 3 1

ID Cards 3 2

Trading Licences 6 5

Principal Citations Office 23 19

Criminal Records Office 6 7

Data processing 13 14

Weapons' Office 5 5
TOTAL 158 101
Għalhekk it-total ta' pulizija fuq xogħol indikat hawn fuq bħala klerikali diġa niżel b'36% u ser ikompli jinżel bi 30 persuna oħra hekk kif il-proċess ta' trasferimenti ta' Immigration Officers jiġi ffinalizat fil-futur qarib. Wara li jintemm il-proċess indikat hawn fuq jibda x-xogħol fuq kategoriji oħra ta' dmirijiet klerikali li qed isir mill-pulizija fl-Għases u units oħra.
Għalkemm dan il-pjan kien ilu jiġi studjat għal ħafna snin, kien issa li qed jittieħdu passi konkreti biex il-pulizija jiġu assenjati xogħol proprju li jaqbel mad-dmirijiet tagħhom bħala uffiċjali tal-Korp.


MINISTERU/DIPARTIMENT TAL-BIEDJA - FLUS MINFUQA FUQ REKLAMAR

13078. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12894, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar l-1997?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Riklamar

Crest Pubblicity- Programmi fuq RTK- Lm 1,101.38
Riklami fuq Green Week, Trade Fair, World Food Day

Nazzjon/ Mument -- Lm 370

Times -- Lm 322

Gens/RTK -- Lm 183.08

Orizzont/Torċa -- Lm 465.69


RABAT GĦAWDEX - TRIQ IL-KAPUĊĊINI - SKAVAR

13102. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta s'issa lid-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-iskavar li qed isir fi Triq il-Kapuċċini r-Rabat, Għawdex?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


BANEK - IMPJEGATI ĠODDA

13103. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Mid-Med Bank, Malta Stock Exchange, Malta Financial Services Centre, Lohombus Bank Ltd, Central Bank of Malta, Metco, Malta Counter Trade, Limsuk bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-aħħar ta' Frar 1998?
ONOR. LEO BRINCAT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija parlamentari numru 12253. Nixtieq inżid li fil-METCO żdiedet persuna waħda.

SAĦĦA - BOLOL FUQ IL-MEDIĊINI

13104. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12704 u t-tweġiba mogħtija fis-seduta tat-13 ta' Marzu, jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru mal-Posta dwar ħlas ta' bolol fuq il-mediċini? Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment qed jieħu ħsieb biex jara x'qed idaħħal il-Gvern ta' Malta minn dawk il-bolol?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12857. Id-Dipartiment ta' l-Isptarijiet, id-Dipartiment tal-Kura Primarja u s-Servizz Farmaċewtiku tal-Gvern ikkordinati mid-Dipartiment ta' l-Amministrazzjoni u Finanzi huma responsabbli biex f-isem il-Ministeru jressqu talbiet għal pagamenti lill-Posta.


SKEJJEL - GĦAWDEX - SKOLA PRIMARJA

13118. L-ONOR. ANTON TABONE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal numru ta' mistoqsijiet preċedenti fuq l-istess suġġett, jista' issa l-Ministru jwieġeb billi jgħid jekk itteħditx deċiżjoni favur jew kontra l-estensjoni ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat u jekk fl-affermattiv, x'inhu l-eżitu tad-deċiżjoni? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kien il-vot fl-Estimi għal dan l-iskop?
Yüklə 386,33 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin