Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,51 Mb.
səhifə4/5
tarix12.01.2019
ölçüsü0,51 Mb.
#95127
1   2   3   4   5

ONOR. JOE MIZZI: Forsi tgħidilna inti!
ONOR. JOHN DALLI: Mhux ngħidlek jien lilek! Il-files inti rajthom. (Interruzzjonijiet) Inti rajthom, allavolja b'abbuż. (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY CHAIRMAN (Onor. Carmelo Mifsud Bonnici): Jekk jogħġobkom, no cross debate.

ONOR. JOHN DALLI: Il-files rajthom imma b'abbuż. (Interruzzjonijiet) Issa x'kien hemm inti taf! Stajt ħadthom inti l-karti għaliex int bagħbast fil-file. (Interruzzjonijiet) Il-file f'idejk kien. (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, jekk jogħġbok indirizza lis-Sedja.
ONOR. JOHN DALLI: F'idejk kienu l-files, inti stajt bagħbast fihom!
THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru nitolbok tindirizza ruħek lejn is-Sedja.
ONOR. JOHN DALLI: Inti biss stajt bagħbasthom il-files u ħadd aktar għaliex ħadd ma kellu l-files f'idejh. Inti abbużajt mill-pożizzjoni tiegħek ta' ministru. (Interruzzjonijiet) Iva, ndħalt f'affarijiet li mhux suppost tindaħal fihom. Insomma m'hijiex xi ħaġa ġdida din! (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY CHAIRMAN: Ministru, indirizza lis-Sedja, jekk jogħġbok.
ONOR. JOHN DALLI: Fuq il-fringe benefits qed nisimgħu lill-bankiera jgħidu li huma għandhom il-loan tad-dar, eċċ. Din il-ġimgħa għamilt meeting biex nispjega lill-MUBE u lill-GWU - għaliex huma jirrappreżentaw lin-nies fil-banek - is-sitwazzjoni kif se tinħadem. Din se tinħadem billi l-cost ta' l-interessi, jiġifieri l-livell li magħha tqabbel ir-rata ta' interess li attwalment titħallas, tkun fuq kemm iħallas il-bank għalihom. Jiġifieri jekk il-bank qed jagħmel loan lill-impjegat ma jgħidx b'kemm kien jislifhom lil ħaddieħor imma jgħid kemm kienu jiswewlu biex iżommhom għandu. U mill-informazzjoni li għandi, bejn wieħed u ieħor dawn jiswewh madwar 4.5%. Imbagħad jara b'kemm qed jislifhom lil dak li jkun u l-informazzjoni li għandi jien l-impjegati jissellfu bit-2.5% fuq il-house loans. Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq id-differenza ta' bejn 4.5% u 2.5% li huwa 2%. Jiġifieri meta aħna għedna li Lm300 huma tax-free, dawk l-impjegati tal-banek li għandhom self sa Lm15,000 - l-istatistika li rċevejt mill-banek turi li hemm madwar 85% ta' l-impjegati li għandhom loan ta' daqshekk - m'humiex se jħallsu b'sitt ħabbiet taxxa.
U l-prinċipju li xi unions, speċjalment l-MUBE, ippruvaw jannunċjaw kien li la dan qiegħed fil-collective agreement allura m'għandhomx iħallsu taxxa fuqu. Naturalment ir-risposta ovvja għal din hija li Alla ħares kellna noqogħdu ngħidu li dak li jiftehmu union u employer bejniethom u jpoġġuh fil-collective agreement ikun tax-free għaliex allura nistgħu nibagħtu lill-commissioner of inland revenue d-dar, u nżarmaw id-dipartiment kollu għaliex għandna l-unions u l-employers jiddeċiedu huma x'jitħallas jew ma jitħallasx taxxa. Ma nistgħux niġu f'dik il-pożizzjoni! Irridu naraw l-affarijiet kif se nagħmluhom, u jien naħseb li l-affarijiet għamilnihom bil-għaqal.
Issemmew ukoll l-ischolarships. Aħna m'aħniex ngħidu li jekk kumpannija tagħti scholarship lill-impjegat tagħha dak huwa fringe benefit; dak huwa human resource development li kumpannija għandha tagħmlu u għandha tiġi nkoraġġita biex tagħmlu, imma jekk il-kumpannija tagħti scholarship lit-tifel jew lit-tifla ta' l-impjegat tagħha, dak jitqies bħala fringe benefit. Dik hija d-differenza. Jekk kumpannija tagħti scholarship lil xi impjegat tagħha ma jitqiesx bħala fringe benefit; dak huwa cost għall-kumpannija biex tiżviluppa. Aħna għandna l-inċentivi biex ngħinu lin-nies jitgħallmu u jitħarrġu - l-Onor. Attard Montalto jaf għaliex ħaddimhom ħafna dawn l-inċentivi fl-MDC ­ - imbagħad se nintaxxaw it-taħriġ ta' l-impjegat? Dażgur li le! Qed ngħid dan biex niċċara ftit dan il-punt u issa se nitkellem dwar l-investment schemes ħalli niċċara dak il-punt ukoll.
Bl-intervent li għamel il-bieraħ l-Onor. Leo Brincat waqt il-question time tani l-okkażjoni nispjega dan il-kunċett, pero` naħseb li mhux ħażin nerġa' nispjegah fil-kuntest tal-budget debate. Hija realta` li l-investment schemes qed jiżdiedu b'mod qawwi u wasal iż-żmien biex naraw kif qed isiru l-affarijiet f'pajjiżna. Jekk wieħed qed jinvesti flusu ġo bank għandu withholding tax ta' 15%, jekk qed jinvesti direttament fl-istocks tal-gvern għandu withholding tax ta' 15%, u jekk qed jinvesti fl-istocks tal-gvern through an investment scheme m'għandu l-ebda taxxa. Aħna qed ngħidu li rridu nġibu l-istess sitwazzjoni għal kulħadd. Jien naħseb li din hija ħaġa tajba għaliex jekk jien irrid ninvesti f'investment scheme ma rridx ninvesti f'investment scheme għaliex hija għodda biex ma nħallasx taxxa fuq l-interessi, imma rrid ninvesti f'investment scheme għaliex il-manager huwa bniedem kapaċi u se jkabbarli l-valur tal-kapital għaliex se jinvesti tajjeb. Għalhekk għandi ninvesti fl-investment scheme u mhux nagħmluha faċli lil dak li jkun Ii jinvesti f'investment scheme għaliex b'hekk ma jħallasx income tax fuq l-interessi. Dak huwa l-kunċett. Jekk ikun hemm fund manager bravu u kapaċi jinvesti - kif inhuma l-biċċa l-kbira tal-fund managers; ma rrid nitfa' dell fuq ħadd - bl-interessi ntaxxati b'kollox il-valur jogħla. Kif se naħdmuha issa, l-investitur ma jridx joqgħod jagħmel id-dikjarazzjonijiet, imma kulma jiġri hu - nerġa' nieħu l-eżempju ta' l-istocks tal-gvern - li l-accountant general jibgħat iċ-ċekk ta' l-interessi lill-fund bil-15% mnaqqsa. Imma l-flus kollha li jibqgħu fil-fund ikunu tax-free.
Neħħejna wkoll l-abbużi li kienu qed isiru through l-K-plates. Konna ġejna f'sitwazzjoni fejn l-importaturi tal-karozzi minflok joffru lill-klijenti tagħhom hire purchase kienu qed joffrulhom lease agreements. B’hekk, meta dawn kienu qed jbigħu karozza, kienu qegħdin jikkompetu ma' l-oħrajn li ma kenux qed jagħmlu hekk billi jnaqqsilhom ir-registration tax b'mod sostanzjali. Jien naħseb li meta tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern u daħħlu din is-sistema ta’ tnaqqis fir­-registration tax fuq dawn il-flotot tal-karozzi, kienu jafu x'inhuma jagħmlu u meta lili ġew ikellmuni xi nies f’dan in-negozju kont għedt li għamlu sew, jiġifieri qbilt mad-deċiżjoni u kont lest li nkompliha. Kien hemm min ipprova jgħidli li l-ministri li kien hemm in-naħa ta' l-oppożizzjoni qalulhom ukoll li jistgħu jagħmlu din it-tip ta’ sistema fuq dan it-tip ta' leasing, pero` jiena għedtilhom li m’emmintomx għaliex nemmen li l-ebda politiku m’hu se jħalli lil xi ħadd idaħħal karozza bi 30% registration tax għall-użu personali. Li dan isir fil-konfront tal-flotot għat-turiżmu naqbel perfettament u ngħid li saret deċiżjoni tajba dakinhar li naqqsulhom ir-registration tax biex ibiddlu l-flotta, imma mhux imbagħad jiġu erba' min-nies li ma tantx iridu joborxu ħafna biex isibu Lm1,000 ħalli jħallsuha reġistration tax u jibdew għaddejjin b'karozzi daqshiex għall-użu personali tagħhom! Jien persważ li anke meta kienu fil-gvern tan-naħa l-oħra ma kellhomx din l-intenzjoni meta taw din il-concession lil dawn il-garaxxijiet.
Mr Chairman, qegħdin ngħidu li rridu nenforzaw it-taxxa, pero` qegħdin ngħidu wkoll li rridu nenforzaw l-effiċjenza fil-gvern. U hemmhekk ukoll se nagħmlu eżerċizzju u se nispjega ftit malajr malajr.

L-ewwelnett l-Onor. Alfred Sant reġa' rrepeta li meta telqu huma mill-gvern ma kienx hemm deficit ta' Lm150 miljun, imma kien hemm deficit ta’ madwar Lm123 miljun. (Interruzzjonijiet) Qed jgħidulna li f'Settembru kien ta' Lm78 miljun. L-ewwelnett ngħidilhom li d-deficit ma tistax tieħdu f'Settembru imma trid tieħdu dejjem fl-aħħar tas-sena għal ħafna raġunijiet li naħseb jafhom l-Onor. Brincat, pero` jien dakinhar stess li kien qalha, jiġifieri proprju sena minn għada, it-2 ta' Diċembru 1999, kont poġġejt dokument fuq il-Mejda tal-Kamra - li poġġa wkoll l-Onor. Lawrence Gonzi meta tkellem hu bi tweġiba nhar l-Erbgħa li għaddew - fejn fih spjegajt il-kalwlata li għamel l-Onor. Alfred Sant biex ħareġ biċ-ċifri tiegħu. Per eżempju, fil-kalkoli li għamel l-Onor. Alfred Sant ħalla barra l-allokazzjoni ta' madwar Lm7 miljun lill-IPSE li kienet marbuta mad-dħul tal-Maltacom; daħħal lill-Maltacom u l-IPSE ma daħħaliex. Dik suppost tidħol jew mhux suppost tidħol? Dan huwa eżempju wieħed. Kien hemm ukoll Lm6 miljun oħra tal-Gozo Ferries li fil-kalkolu ta' l-Onor. Alfred Sant tidher li m’hijiex spiża meta din aħna dejjem urejniha bħala investiment. Dawn huma l-affarijiet li jridu jiġu rranġati, pero` m'iniex se noqgħod nitkellem ħafna fuq hekk għaliex fil-ħin li fadalli xtaqt nitkellem fuq żewġ affarijiet partikolari, waħda minnhom il-Korporazzjoni Enemalta.


Sur President, jien ma nistax nifhem kif jiġi hawnhekk l-Onor. Alfred Sant, jagħti l-impressjoni li sar xi tbagħbis biċ-ċifri ta’ din is-sena, imbagħad jirriżulta li qed jitkellem fuq iċ-ċifri tal-budget tas-sena d-dieħla. Imma t-tbagħbis f'moħħu qiegħed. Li ġara fil-każ ta’ l-Enemalta kien li kien hemm problema u l-management ta' din il-korporazzjoni marru għand il-ministru u staqsewh x’se jagħmlu. U dan ma qalilhomx biex imorru jgerfxu xi ftit ċifri ħalli ngħaddu imma mar, flimkien miegħi, għand il-Prim Ministru u kellna meeting flimkien fejn staqsejna lill-istess management xi proposti kellhom biex id-deficit innaqqsuh. Dawn ġewna bil-proposti li fost affarijiet oħra jgħollu l-petrol imma aħna għedtilhom li dik ma kenitx is-soluzzjoni u tajnihom soluzzjoni oħra fosthom it-Lm3 miljun sussidju mill-gvern biex l-iżbilanċ jitneħħa. Dan kollu qiegħed fil-budget, jiġifieri m’hijiex xi ħaġa li għamilniha bil-moħbi. Imma din hija xi ħaġa ħażina jew tajba? It-tbagħbis f'moħħu qiegħed dan.
Imbagħad ħarġilna b'tal-kuntratti fejn qalilna li l-kuntratti issa ħriġnilhom notice u qed inħallsulhom 75% u nżommulhom 25% li jitħallsu bil-5% fis-sena. U dwar dan poġġa karta fuq il-Mejda tal-Kamra, imma wara l-karta li poġġa kien hemm karta oħra li ma poġġihiex li fiha kien hemm paragrafu li jgħid li jekk il-bank jagħmlulna garanzija, din tal-25% taqa' kollha. Issa ‘l quddiem jien inpoġġi wkoll din il-biċċa karta fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli l-poplu jkollu l-istampa kollha mhux il-biċċa li għoġbot lill-Onor. Alfred Sant biss. Jiġifieri l-Onor. Sant waqaf fejn qabillu. Imma din x’serjeta` hi? Jiġifieri dak li pprova jipproġetta l-Onor. Alfred Sant, li dan huwa xi pjan tal-gvern biex l-ispiża ta' sena jitfagħha fuq is-snin ta' wara, hija sempliċement ħrafa. Kulma qegħdin nagħmlu hawnhekk huwa li nipprovaw ngħidulhom li huma għandhom responsabbilta` ta' ħames snin fuq il-kwalita` tax-xogħol li qed jagħmlu u se nżommulhom il-flus biex jekk tiġri l-ħsara nagħmluha bi flushom. Imma mhux biex naħbu l-ispejjeż! U hija għarukasa, Mr Chairman, li niġu hawnhekk u nipprovaw inqarrqu b'dan il-mod. Jien naħseb li min tah l-ewwel paġna tah ukoll it-tieni paġna lill-Onor. Alfred Sant. Mela allura kif jiġi hawnhekk b'nofs l-istorja? Din hija n-nuqqas ta' kredibilita` li qed jiġi ffaċċat biha l-pajjiż. Dan huwa l-kankru li għandna f'pajjiżna llum; li kulħadd jipprova jigdeb u jħawwad. L-istess fuq tal-Middle Sea Insurance.
Dwar dawn ix-shares kellna nies min-naħa ta' l-oppożizzjoni jiftaħru li bis-saħħa tagħhom ix-shareholders iż-żgħar tal-Middle Sea Insurance għamilnilhom din il-konċessjoni. Allura issa saret xi ħaġa ħażina għaliex għamilniha? Tan-naħa l-oħra għamluli mistoqsija wara l-oħra fil-parlament dwar meta se nfittex iħallashom u issa f'daqqa waħda saret xi ħaġa ħażina! Aħna qbilna li lill-HSBC neħdulhom dawn ix-shares għaliex kieku x-shares telgħu kien se jgawdi l-HSBC. Pero` meta ħadnihom lill-Mid-Med konna għedna li ridna neħduhom lill-HSBC u għalhekk lix-sharedholders Maltin l-oħrajn tajnihomlhom lura bl-istess prezz li ħadnihom. Imma x'fiha ħażin din?!
Sur President, sar ħafna diskors dwar kemm żdiedu l-ispejjeż tal-gvern. Ma nafux li żdiedu l-ispejjeż tal-gvern! Żdiedu minħabba l-effett ta' l-agreement mas-servizz pubbliku u minħabba l-pensjonijiet. Jiġifieri kieku tan-naħa l-oħra kienu fil-gvern kienu se jneħħuhom u kienu se jibqgħu jgħaddu ż-żmien b'tas-servizz pubbliku? F'sentejn dawn m’għamlu xejn. Ma jafux dawn li l-offerta tagħhom kienet li mill-ewwel iżidu bil-persentaġġ. Aħna għamilna sitt snin inżidu with a fixed sum u għalhekk issa hemm dawn iż-żidiet kollha f'daqqa. Aħna kemm-il darba għednilhom jgħidulna x’kienu jagħmlu kieku kienu huma fil-gvern, u għalkemm il-pjan tal-Partit Laburista ma ġiex ippubblikat fil-programm elettorali, xorta ġie ippubblikat permezz ta’ artiklu intitolat “Kieku kont ministru tal-finanzi”, miktub minn xi ħadd anonimu f’"l-orizzont" tas-7 ta' Settembru 1997 - 'il quddiem inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra - u li qal li m'għandux x'jaqsam mal-kabinett imma li nafu li għandu u kellu x'jaqsam ħafna mal-kabinett.
F’dan l-artiklu, l-artikolist ġab ħafna affarijiet qrib il-likk, bħal meta qal li jagħmel Lm1 għal kull mediċina li tittieħed b’xejn, ħaġa li nafu li saret taħt il-Partit Laburista fil-gvern. L-artikolista qal ukoll li kieku kien ministru tal-finanzi kien jagħmel team biex naqta' l-abbużi fis-servizzi soċjali, u issa għaliex dan qed nagħmluh aħna qed jgħidu li min jaf x'għandna f'moħħna! Qal ukoll fl-istess artiklu li kieku kien jagħmel tariffa ta’ 50c għal kull visita fil-polikliniċi u jgħolli ċerti servizzi bħall-ilma, d-dawl u l-gass, affarijiet li nafu li saru. Dan l-artikolista anonimu qal ukoll li kieku kien jagħmel skema ta' irtirar kmieni, taxxa ta' 5c fuq il-konsum tal-petrol u soprataxxa fuq il-banek. Fl-aħħarnett qalilna li kieku kien hu ministru tal-finanzi l-ħaddiema tal-gvern ma jibqgħux bis-security of tenure u jibda jagħmel skemi ta' apprendistat għaliex hekk irridu nsibu x-xogħol lill-ħaddiema tagħna.
Sur President, qabel nagħlaq irrid ninnega b'mod mill-iktar qawwi l-allegazzjoni li għamel l-Onor. Leo Brincat illum fejn qal li jien nara l-pubblikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali qabel dawn jiġu ppubblikati. Jien niddikjara li l-pubblikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali narahom wara li jiġu pubblikati u qatt ma rajt ebda pubblikazzjoni tal-Bank Ċentrali qabel ma ġiet pubblikata. Dan li nipprovaw nattakkaw lil kulħadd għaliex ikun ikkritikana xi ftit, hija ħaġa li f'dan il-pajjiż trid tieqaf. (Onor. Membri: Hear, hear)
Qabel nagħlaq nixtieq nitlob il-permess sabiex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li rriferejt għalihom tul id-diskors tiegħi.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Hawn permess? (Onor. Membri: Iva)
Il-permess ingħata.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja ta' artiklu li deher fil-ħarġa ta' "It-Torċa" tas-7 ta' Settembru 1997, intitolat "Kieku kont Ministru tal-Finanzi"; u
Estratt minn dokument in konnessjoni mat-tender għall-proġett ta' refurbishment tat-triq bejn

Burmarrad u l-ajruport, b'riferenza għall-ħlasijiet.


Nirringrazzjak.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Grazzi. Skada l-ħin tad-diskussjoni fil-Kumitat ta' Provvista.
Il-mistoqsija hija l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor. Leo Brincat. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id­-division tittieħed minn hawn u ħames minuti oħra.
Billi ntalbet votazzjoni l-Kumitat ġie sospiż fin-12.31 p.m. u rriżuma ħames minuti wara.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Se nerġa' npoġġi l-mistoqsija. Il-mistoqsija hi l-emenda kif imressqa u moqrija mill-Onor. Leo Brincat. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Negatived.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Division.


VOTAZZJONI NRU. 267
FAVUR: 29
L-Onor.







Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





KONTRA: 33
L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu





L-emenda m'għaddietx.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Se npoġġi issa l-mistoqsija fuq il-Voti tal-Ministeru tal-Finanzi u nibda minn Vot 23. Il-mistoqsija hi:

VOT 23 - MINISTERU TAL-FINANZI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,643,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 23 - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa. Jingħalqu l-bibien.
VOTAZZJONI NRU. 268

FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu











KONTRA : 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt Vot 23 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT 24 - TEŻOR
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,156,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 24 - Teżor, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.


VOTAZZJONI NRU. 269
FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu











KONTRA: 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 24 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT 25 - PENSJONIJIET
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 776,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 25 - Pensjonijiet, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.

VOTAZZJONI NRU. 270

FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu











KONTRA: 29

L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo




Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 25 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Jinfetħu l-bibien. Il-mistoqsija hija:
VOT 26 - TAXXI INTERNI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,375,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 26 - Taxxi Interni, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa stess.
VOTAZZJONI NRU. 271

FAVUR : 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu





KONTRA: 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 26 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT 27 - DWANA
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 6,150,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 27 - Dwana, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.

VOTAZZJONI NRU. 272

FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu











KONTRA : 29

L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 27 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT 28 - VAT
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 4,015,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 28 - V.A.T., kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.

VOTAZZJONI NRU. 273
FAVUR: 33

L-Onor.

Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu











KONTRA: 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 28 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT 29 - KUNTRATTI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 362,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot 29 - Kuntratti, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.
VOTAZZJONI NRU. 274

FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu










KONTRA: 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot 29 għaddiet.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Il-mistoqsija hija:
VOT IV - MINISTERU TAL-FINANZI
Illi s-somma ta' mhux iżjed minn Lm 1,870,000 li titħallas mill-Fond Konsolidat tiġi applikata taħt il-Vot IV - Ministeru tal-Finanzi, kif dettaljata fl-Abbozz ta' l-Estimi Ġenerali ta' Nefqa għas-sena 2001.
Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
ONOR. MEMBRU: Division.
THE DEPUTY CHAIRMAN: Din id-division tittieħed issa.

VOTAZZJONI NRU. 275
FAVUR: 33

L-Onor.


Abela Anthony

Galea Louis

Agius Francis

Galea Mario

Asciak Michael

Galea Pace Victor

Azzopardi Frederick

Gatt Austin

Azzopardi Jason

Gonzi Lawrence

Bonnici Josef

Hyzler George

Bonnici Michael

Mifsud Bonnici Antoine

Borg Tonio

Mifsud Bonnici Carmelo

Cristina Dolores

Mugliett Jesmond

Dalli John

Muscat Claude

D'Amato Helen

Pullicino Orlando Jeffrey

Debono Giovanna

Refalo Michael

Deguara Louis

Vassallo Edwin

Farrugia Jean Pierre

Vella John

Fenech Adami Eddie

Zammit Ninu

Frendo Michael

Zammit Dimech Francis

Galea Censu





KONTRA: 29
L-Onor.


Abela Carmelo

Farrugia Michael

Agius Chris

Farrugia Noel

Attard Montalto John

Gulia Gavin

Bartolo Evarist

Herrera Jose'

Borg Karmenu

Law Rita

Brincat Leo

Mangion Charles

Buhagiar Louis

Mizzi Joe

Cardona Chris

Parnis Silvio

Chircop Karl

Refalo Anton

Cilia Joe

Sammut Joseph

Coleiro Marie Louise

Sant Alfred

Cuschieri Joseph

Vassallo Adrian

Dalli Helena

Vella George

Debono Grech Joe

Vella Karmenu

Farrugia Angelo





Ir-Riżoluzzjoni taħt il-Vot IV għaddiet.
Fis-12.53 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-Viċi President tal-Kumitati rrapporta r-Riżoluzzjonijiet taħt Voti 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29 u IV ġew approvati mill-Kumitat ta’ Provvista.
MR SPEAKER: Sar il-ħin. Insejjaħ issa l-Viċi Prim Ministru sabiex, jekk jogħġbu, iressaq l-Aġġornament tal-Kamra.

Yüklə 0,51 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin