Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,51 Mb.
səhifə5/5
tarix12.01.2019
ölçüsü0,51 Mb.
#95127
1   2   3   4   5

AĠĠORNAMENT



ONOR. LAWRENCE GONZI (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali): Mr Speaker, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ġimgħa, 1 ta' Diċembru 2000 fis-6.00 p.m. b'din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata

Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 2001


It-Tieni Jum Stabbilit

Voti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni


MR SPEAKER: Grazzi. Il-Kamra hija aġġornata għal-lejla, il-Ġimgħa l-1 ta' Diċembru 2000 fis-6.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.
Fis-12.54 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija, skond il-Mozzjoni ta’ Proċedura Nru 172.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



POWER STATION - DELIMARA
21358. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm swew lill-Enemalta l-ħsarat fil-Power Station ta' Delimara matul 1999 u din is-sena?
Kemm swew lill-Enemalta l-ħsarat fil-Power Station tal-Marsa matul l-istess perijodu? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament?
ONOR. JOSEF BONNICI: Tajjeb jingħad li t-terminu "ħsarat" huwa wiesgħa ħafna u jkun aħjar li wieħed jgħid "nefqa fuq manutenzjoni ta' l-impjant".
Din in-nefqa tikkomprendi overhauls programmati, manutenzjoni preventiva u naturalment manutenzjoni ordinarja li tkun meħtieġa ta' kuljum f'impjant ta' dan il-kobor.
L-ispejjeż konnessi ma' "nefqa fuq manutenzjoni", li jinkludu l-pagi tal-ħaddiema tal-Maintenance Workshop fiż-Zewġ Power Stations kienu kif ġej:
Sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999 -
Power Station tal-Marsa Lm2,995,513

Power Station ta' Delimara Lm1,112,679


Sena Finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1999 sal-31 ta' Awissu 2000 -
Power Station tal-Marsa Lm1,883,676

Power Station ta' Delimara Lm1,215,613



MOSTA - TA' MLIET - KAROZZI SKRAPPJATI
21359. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-karozzi skrappjati li hemm jiżgumbraw fl-inħawi tal-qasam tad-djar Ta' Mliet, il-Mosta peress li qed iħammġu l-ambjent u qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Jekk fl-affermattiv, meta?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MELLIEĦA - WHITE SHARKS
21360. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jinformani jekk jirriżultalux li d-Dipartiment tas-Sajd li fl-inħawi magħrufa Sikka l-Bajda, 3 mili 'l bogħod mill-inħawi tal-Mellieħa, qed ikun hemm rapporti li qed jidhru l-white sharks fl-inħawi?
Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?
ONOR. NINU ZAMMIT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd ma rċieva l-ebda rapport ta' dak li qed jindika l-Onor. Interpellant.

TOROQ - TRIQ TAL-MANIKATA
21361. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li ssir it-Triq tal-Manikata matul is-sena d-dieħla 2001?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tas-surveys li saru matul 1999 u din is-sena mid-Dipartiment tat-Toroq sabiex tiġi rranġata u mwessa' t-Triq tal-Manikata?
Kemm fil-fatt hija l-ispiża meħtieġa biex ir-residenti tal-Manikata jkollhom triq deċenti?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ta kuntratt għal resurfacing tat-triq li mit-triq ta' Għajn Tuffieħa tagħti għal Manikata, wara li sar survey tal-kundizzjoni ta' din it-triq mid-Dipartiment tat-Toroq.
L-ispiża għal din it-triq ser tammonta għal madwar Lm100,000.
Dan barra xogħol ieħor li qed jipprepara biex jagħmel il-Kunsill biex il-Manikata tkun servuta tajjeb f'dawk li huma toroq u servizzi.

WSC - QAMMIEĦ, MELLIEĦA
21362. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrapportati lill-WSC li l-ispieri tal-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ l-Mellieħa qed ikollhom ilma tad-drenaġġ matul din is-sena?
X'passi ttieħdu u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u tal-kwalita' tal-ilma ta' l-ispieri fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa?
ONOR. JOSEF BONNICI: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandhiex rapporti ta' spieri ta' l-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ li qed ikollhom ilma tad-drenaġġ.
Dawn l-ispieri huma proprjeta' privata u għaldaqstant il-Korporazzjoni mhix f'pożizzjoni li tieħu passi dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-imsemmija spieri.

WSC - SPIERI LLEGALI
21363. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti dwar spieri llegali li saru lill-WSC matul l-1999 u din is-sena?
X'passi ttieħdu u kemm ġew magħluqa boreholes ta' l-ilma matul l-istess perijodu fuq ordni tal-WSC?
ONOR. JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba, li tkopri spieri kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, hija kif ġej:
Bejn Jannar u Diċembru 1999 kien hemm rapporti dwar 32 spiera illegali. Ittieħdet azzjoni legali dwar 7 każi li rriżultaw li verament kien hemm tħaffir illegali. Ingħalqu 6 spieri illegali.
Bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena saru rapporti dwar 19-il spiera illegali. Wara li rriżulta li kien hemm tħaffir illegali, ittieħdet azzjoni legali f'4 każi. Ingħalqu 5 spieri illegali.

PULIZIJA - TRAFFIKAR TA' DROGA
21637. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' pussess u traffikar tad-droga minn Ħaż-Żebbuġ, Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħad-Dingli, l-Imdina, Ħal Qormi, Ħal Kirkop, Ħal Luqa u St. Venera mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1999 2000




Pussess

Traffikar

Pussess

Traffikar

Ħaż Żebbuġ

5

5

3

xejn

Siġġiewi

4

1

5

xejn

Attard

3

3

1

1

Dingli

xejn

1

1

xejn

Mdina

xejn

xejn

1

xejn

Qormi

9

15

9

4

Kirkop

xejn

xejn

xejn

xejn

Luqa

2

1

1

xejn

SVenera

xejn

1

2

xejn



PULIZIJA - SAN ĠILJAN/SAN ĠWANN
21639. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija detailed fl-għases ta' San Ġiljan u San Ġwann, nhar is-Sibt 25 ta' Novembru, 2000 u l-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 fix-shifts kollha? Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' uffiċjali xift, xift?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi nhar is-Sibt, 25 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan kien hemm Surġent u Kuntistabbli il-ħin kollu, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Kuntistabbli, il-ħin kollu wkoll. Nhar il-Ħadd, 26 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan, kien hemm Surġent u 2 Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu, u Surġent u Kuntistabbli matul il-kumplament tal-ġurnata u lejl, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Surġent u Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu u Kuntistabbli fix-xift ta` wara nofsinhar. B`żieda ma` dawn, matul il-lejl tas-Sibt, kien hemm ukoll Surġent u 12-il Kuntistabbli xogħol fl-area ta` Paceville, filwaqt li fil-lejl tal-Ħadd kien hemm ukoll 2 Surġenti u 10 Kuntistabbli.

PULIZIJA - TRAFFIKU
21640. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi organizzat it-traffiku fl-inħawi ta' San Ġiljan in vista tal-masses li kienu mistennija jidħlu Paceville għall-ftuħ ta' l-istabbiliment ta' Bay Street fil-weekend tal-25 u s-26 ta' Novembru, 2000?
Kemm ġew dettaljati uffiċjali tal-Pulizija għal dan il-għan?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi sabiex ikun organizzat it-traffiku fl-inħawi ta` San Ġiljan minħabba l-ftuħ ta` l-istabbiliment li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant, sar arranġament sabiex isir użu mill-parking area ġewwa Pembroke, minn fejn ukoll ġie organizzat shuttle service. Barra minn dan kien hemm żewġ kuntistabbli dettaljati xogħol extra duty on payment bejn id-9.00a.m. u s-1.00a.m. kemm matul il-ġurnata tas-Sibt kif ukoll il-Ħadd.

DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
21641. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-istation tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar fix-xift ta' bil-lejl?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi normalment, fix-xift ta` bil-lejl, ikun hemm erba` uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-istation tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

PULIZIJA
21642. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq is-Sibt 25 ta' Novembru, 2000 u l-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 f'San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u s-Swieqi? Jista' jgħid x'tip ta' serq ġie rrapportat? Jista' jgħid kemm kien hemm pulizija mid-distrett on the beat fil-lejl ta' bejn il-25 ta u s-26 ta' Novembru, 2000 fl-inħawi ta' San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u Swieqi? Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 xi uffiċjali tal-pulizija mid-distrett ta' San Ġiljan ġew ordnati jmorru Birkirkara minħabba l-festa ta' Kristu Re?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi l-każijiet ta` serq irrapurtati lill-Pulizija kienu:




25 ta` Novembru 2000


26 ta` Novembru 2000



San Ġiljan

1 – minn vettura

6 – minn vetturi

1 – ta` vettura

1 – snatch & grab

1 – suitcase

1 – handbag


Paceville

2 – minn vetturi

3 – handbags

1 – minn vettura



San Ġwann

3 – minn vetturi

xejn

Swieqi

3 – minn vetturi

1 – minn residenza

1 – minn garage


3 – minn vetturi

Infurmat ukoll illi fil-lejl ta` bejn il-25 u s-26 ta` Novembru 2000 fl-inħawi ta` San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u Swieqi, kien hemm Surġent u Kuntistabbli l-Għassa ta` San Ġiljan u l-istess numru l-Għassa ta` San Ġwann. Ma` dawn kien hemm ukoll Surġent u 6 Kuntistabbli mid-Distretti, Surġent u 4 Kuntistabbli mill-S.A.G. u 2 Kuntistabbli mit-Taqsima tal-Klieb. Żewġ Kuntistabbli, stazzjonati San Ġiljan, li kien imisshom xogħol wara nofsinhar, kienu ordnati xogħol Birkirkara.



DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
21643. L-ONOR. GAVIN GULIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul is-snin 1998, 1999 u 2000, sena b'sena?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
Sena Numru ta` sigħat f`overtime

1998 1,690

1999 17,869

2000 35,172


Ta` min ifakkar li d-Dipartiment beda jopera bħala entita` kompletament separata mill-1 ta` Jannar 2000.

MDC
21665. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Wara li l-MDC telqet minn House of Catalunya fl-1992 u minn dak iż-żmien marret f'diversi uffiċini u ntnefqu ħafna flus f'kull post li kienet, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus u fiex? Jista' jgħid x'kellha kera f'kull każ sal-preżent?
ONOR. JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra

QORTI TAL-FAMILJA
21666. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-riformi meħtieġa biex titwaqqaf il-qorti tal-familja?
ONOR. AUSTIN GATT: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 16095 u Nru 16136.

PENSJONANTI
21668. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-servicemen mhux se jieħdu ż-żieda ta' Lm1.50 mħabbra mill-gvern fl-aħħar budget?
Il-pensjonanti bl-eta' se jeħduha din iż-żieda?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-fatt li d-Dipartiment tat-Teżor ma jagħtix iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja, nitlob lill-Onorevoli Membru li jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BENEFIĊĊJI SOĊJALI
21669. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li xi persuni li jirreġistraw għax-xogħol irċevew xi ġimgħat ilu korrispondenza mingħand l-awtoritajiet fejn infurmawhom li se jitnaqqsilhom id-dole money u wegħduhom li se jingħataw bonus fl-aħħar tas-sena minflok? Jista' jispjega u jagħti aktar dettalji?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Jiena nfurmat mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li ma jafux b'każijiet bħal dak li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant li jgħaddi kopja tal-korrispondenza li qiegħed jirreferi għaliha lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali biex jinvestiga l-każ ikkonċernat.

SKEJJEL - SANTA LUĊIJA - JUNIOR LYCEUM
21670. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jikkonferma l-Ministru li l-klassijiet kollha fil-junior lyceum ta' Santa Luċija huma kollha mingħajr ventilaturi? Jaħseb li din hija ħaġa tajba?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li l-klassijiet fil-Junior Lyceum ta' Santa Luċija għandhom ventilazzjoni apposta fit-twieqi li tista' tinfetaħ ukoll fix-xitwa. Meta l-klima tkun sħuna, il-ventilazzjoni tiġi aktar faċilitata permezz tal-fannijiet li hemm fil-klassijiet.

SAĦĦA - CSAS
21675. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn CSAs bħalissa li jmorru jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Veru li dawn ma jistgħux jew mhux qed jingħataw aktar minn massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa? X'inhi r-raġuni li dawn huma kkunsidrati bħala self-employed u mhux impjegati tad-dipartiment tas-saħħa ta' l-anzjani u qed ikollhom iħallsu bolla b'rata għolja u m'għandhomx sick/vacation leave waqt li biex jitilqu jridu jagħtu notice period bħala impjegati normali?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

SKEJJEL - KURRIKULU NAZZJONALI
21680. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet ġew organizzati din is-sena skolastika s'issa mill-Ministeru, mid-diviżjoni ta' l-edukazjzoni jew minn xi struttura li taqa' taħthom li kellhom x'jaqsmu mal-kurrikulu nazzjonali l-ġdid? X'kienu dawn l-attivitajiet? X'temi kellhom? Meta ġew organizzati? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

ONOR. LOUIS GALEA: Ġew organizzati bosta attivitajiet bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. L-aktar li kellhom x’jaqsmu kienu ma' taħriġ. Dawn li ġejjin huma l-attivitajiet prinċipali:
1. Numru ta’ korsijiet ta’ taħriġ li saru bejn fil-15, 18 u 19 ta’ Settembru 2000.
2. Bejn il-25 u d-29 ta’ Settembru 2000 sar taħriġ professjonali għall-Uffiċjali Edukattivi tad-Dipartiment tal-Kurrikulu dwar ir-rwol tagħhom f’din il-fażi ta’ implimentazzjoni.
3. Mill-bidu ta’ Ottubru beda taħriġ kull ġimgħa tal-għalliema tal-PSE dwar l-introduzzjoni tal-PSE fil-Primarji u dwar l-introduzzjoni tat- ‘Thinking Skills’. Fl-20 ta’ Novembru ltaqa’magħhom Prof. Edward Debono.
4. F’Ottubru saret l-ewwel laqgħa għall-Kapijiet ta’ tlettax il-Skola Primarja skond l-iżvilupp maħsub tal-‘Literacy Programme’.
5. Bdiet ukoll l-ewwel fażi ta’ proġett ta’ taħriġ fil-‘Leadership Skills’ għall-Kapijiet tal-iskejjel. Dan il-proġett għandu tlett fażijiet u huwa ‘on-going’.
6. Bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru sar taħriġ professjonali dwar l-Assessjar u l-Kurrikulu Nazzjonali għall-Ufficjali Edukattivi tad-Dipartiment tal-Kurrikulu.
7. Bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru sar taħriġ f’ metodoloġiji għall-edukazzjoni fl-ewwel snin.
8. Bejn it-13 u l-24 ta’ Novembru sar taħriġ għall-Kapijiet fuq “School Based Curriculum Development.”
9. Numru ta’ laqgħat fl-iskejjel statali u tal-Knisja.
10.Inizzjattivi dwar il-Proġetti tal-‘Let Me Learn’, “Profiling and Portfolios’, ‘Technology Education’ u ‘ Co-ordinated Science’.
L-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-Iskejjel organizza attivitajiet li kellhom x'jaqsmu mas-sensibilizzazzjoni tal-ġenituri fosthom:
1. Korsijiet li jagħtu informazzjoni iżda wkoll ikabbru il-ħiliet ta' tmexxija, ta' komunikazzjoni u mezzi biex tirrisolvi konflitti. B'dawn qed isaħħu l-ġenituri f'sehem pro-attiv fl-edukazzjoni ta' wliedhom u fit-tmexxija ta' l-iskejjel.
2. Saru diversi laqgħat dwar is-sehem pro-attiv tal-ġenituri f'diversi skejjel u parroċċi.
Informat ukoll li ġew organizzati wkoll dawn l-attivitajiet li kienu kkoordinati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni:
1.Programmi fuq il-mezzi tax-xandir sabiex jintlaħqu aktar nies - li jinkludu:

a)Sensiela ta' tnejn u tletin programm ta' bejn 20 u 30 minuta kull wieħed fuq il-PBS.


b)Sensiela ta' tlettax-il programm ta' 15-il minuta fuq NET.
c)Tlettax-il programm li jinvolvu skejjel sekondarji fuq l-RTK .
d)Sensiela ta' programmi dwar il-Kurrikulu fuq ir-radju Voice of the Mediterranean.
e)Qegħdin jinħadmu 13-il programm ieħor.
2. Bosta sessjonijiet ta' tħejjija ta' dokument saru min-National Steering Committee on the Implementation of the National Curriculum. Id-dokument huwa pjan strateġiku b'targets u bi gwida għall-iSkejjel u għal istituzzjonijiet oħra dwar x'inhu mistenni fit-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Huwa maħsub li it-target jintlaħqu fuq firxa ta' erbgħa snin sa Ottubr 2004 - kull skola tilħaqhom b'ritmu tagħha u b-emfasi relattiv għall-bżonnijiet speċjali ta' l-iskola stess.

UNIVERSITA' - KORS TAL-LIĠI
21681. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li daħlu għal kors tal-liġi din is-sena? B'liema kwalifiki daħlu? Kemm hemm minnhom barrani u b'liema kwalifiki ġew aċċettati?
ONOR. LOUIS GALEA: Informat li n-numru ta' studenti li daħlu għal kors tal-Liġi din is-sena kien ta' 140. L-istudenti kollha ġew ammessi għax jissodisfaw ir-regolamenti tal-kors u r-regolamenti tad-dħul fl-Universita`. Dawn kienu jinkludu 5 li daħlu bħala studenti bi prova (probationary) u 30 li daħlu bħala studenti maturi. Kien hemm 4 studenti barranin li ġew aċċettati meta kien stabbilit li l-kwalifiki li għandhom jistgħu jkunu meqjusa ekwivalenti għal kwalifiki speċjalment rikjesti mir-regolamenti.

EUPU - SEGRETARJU EŻEKUTTIV
21682. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jimlew il-post ta' segretarju eżekuttiv ta' l-EUPU? Min kienu dawn il-persuni? Xi kwalifiki kellhom? Min intgħażel? B'liema mod? B'liema kriterji? B'liema kwalifiki?
ONOR. LOUIS GALEA: Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.

PULIZIJA - SPIŻERIJI VETERINARJI
21684. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li ġiet riferuta lilu u cioe: Jista' jgħid kemm hemm spiżeriji veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' huma? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' spiżeriji simili? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? Fejn?

ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi liċenzji għall-ftuħ ta` spiżeriji ma jinħarġux mill-Pulizija iżda mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u dana skond l-artikolu 22 tal-Kap 31 tal-Liġijiet ta` Malta.

DIPARTIMENT TAS-SIGURTA' SOĊJALI - ĦADDIEMA
21685. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni rreġistrati bħala full-time employees mad-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali
ONOR. LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni reġistrati bħala full time employees mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali huwa 355.

DIPARTIMENT TAL-VAT - PERSUNI REĠISTRATI
21689. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?
Jista' jaqsamhom skond il-kategorija ta' xogħol?
Jista' jgħid ukoll kemm hemm, jekk jeżistu, persuni li għandhom aktar minn reġistrazzjoni waħda?
ONOR. JOHN DALLI: Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni attivi registrati mad-Dipartiment tal-VAT ghall-fini ta' l-Att ta' l-1998 dwar it-Taxxa Fuq il-Valur Mizjud skond il-kategorija ta' l-attivita' ekonomika taghhom hu kif jidhru fid-Dokument li qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Safejn hu maghruf, kull persuna jew entita' ghandha biss numru ta' registrazzjoni wiehed.


QORMI - ST. CATHERINE STREET - ALLEY 2
21690. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta Alley 2, f'St. Catherine Street, Qormi se tingħata t-tarmak?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien infurmat li peress li l-isqaq kien ilu li kien asfaltat, ix-xogħol ta` manutenzjoni/resurfacing li jrid isir fih jagħmlu l-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

TOROQ - DAWL
21691. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi nstallata lampa fil-kantuniera ta' Triq iċ-Ċawsli ma' Triq l-Imdina li hija l-aktar area diżabilitata fl-akwata u nieqsa mid-dawl?
ONOR. JOSEF BONNICI: It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

SAĦĦA - NURSING OFFICERS
21692. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-riżultati ta' l-interviews li saru bejn Lulju u Awissu għall-ingaġġ ta' nursing officers? Meta se jiġu ngaġġati dawn in-nursing officers?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Ma sarux interviews għall-ingaġġ ta' Nursing Officers.

RECONCILATION PROGRAMME - VICTIM/OFFENDER
21695. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sistema jew metodu ta' victim/offender reconciliation programme teżistix f'Malta? Jekk iva, liema huma dawk l-organizzazzjonijiet u dipartimenti governattivi nvoluti?
Jekk saret, x'riżultati tat?
Jeżistu nies kompetenti f'dan il-qasam? Il-vittmi ta' reati, x'għajnuna jirċievu mill-pulizija, mill-Qrati, mill-Gvern?
Jekk victim/offender reconcilation programme mhux fis-seħħ, hemm xi ħsieb li dan jsir u min se jkun responsabbli minnu?
ONOR. TONIO BORG: L-Emendi li hemm proposti għall-Kodiċi Kriminali jaħsbu biex għall-ewwel darba fl-istorja legali ta` Malta l-vittma f`reat ikollha d-dritt li tattendi u tkun preżenti waqt il-proċeduri kriminali kontra l-akkużat. B`din l-emenda il-vittma:
(a)ser tibda tgawdi mid-dritt li tkun preżenti f`kull stadju tal-proċeduri kriminali anke fejn hi ser tkun xhud;
(b)ser tgawdi wkoll mid-dritt ta` assistenza legali quddiem il-Qorti ta` l-Appell Kriminali fil-gurisdizzjoni inferjuri tagħha;
(c)ser tkun tista` titlob li l-atti tal-każ li jkunu ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali biex dan jikkunsidra jekk hemmx lok għall-appell;
(d)ser tkun tista` tagħmel sottomissjonijiet quddiem il-Qorti Kriminali u l-Qorti ta` l-Appell Kriminali meta din tasal biex tagħti l-piena f`kawżi ta` ġuri u l-appelli minn dawn il-kawżi.
Barra minn dan jien ninsab infurmat li teżisti kooperazzjoni sħiħa bejn il-Pulizija u l-programmi tal-SWDP (Social Welfare Development Programme) fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali biex iħarsu u jieħdu ħsieb l-interessi tal-vittmi tar-reati li jkunu għaddew minn trawma wara t-twettieq ta` dawn ir-reati. Kemm il-Pulizija u kemm l-SWDP għandhom in-nies kompetenti u b`esperjenza biex jittrattaw każijiet delikati ta` din il-kwalita`.

Ninsab infurmat ukoll li diversi persuni jagħmlu użu tajjeb minn dawn is-servizzi, iżda għal raġunijiet ovvji ma jistgħux jiġu kwantifikati r-riżultati li qed jinkisbu minn dawn l-inizjattivi.



SA MAISON GARDENS
21698. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkomplux jiddilapidaw ruħhom Sa Maison Gardens?
ONOR. NINU ZAMMIT: Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi regolarment isir maniġġ ta' siġar u pjanti u l-manteniment neċessarju.
Rigward il-manutenzjoni ta' l-isfrastruttura, cioe is-swar li jdawru dawn il-ġonna, saru talbiet speċifiċi għal għajnuna lid-Direttur Ġenerali tal-Works Division.

SPTAR MONTE CARMELI
21700. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-reazzjoni ta' l-awtoritajiet tas-saħħa għar-rakkmandazzjonijiet fir-rapport ta' l-Ombudsman (Ottubru 2000) dwar l-Isptar Monte Carmeli? Liema minnhom se jitwettqu? Meta?
ONOR. LOUIS DEGUARA: L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

SKEJJEL - KULLEĠĠ SANTU WISTIN - WORKING GROUP
21701. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' s'issa l-working group li twaqqaf biex jistudja s-sitwazzjoni li nħolqot meta l-Kulleġġ Santu Wistin keċċa student għax irrepeta iżjed minn darba?
Meta huwa maħsub li jlesti x-xogħol tiegħu?
ONOR. LOUIS GALEA: Il-working group s'issa ma setgħax jiltaqa' għaliex għadu mhux kompost minħabba n-nuqqas ta' nomina tar-rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-Knisja.



Yüklə 0,51 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin