Malta debates tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 323,07 Kb.
səhifə5/5
tarix15.01.2019
ölçüsü323,07 Kb.
#96754
1   2   3   4   5

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



AIR MALTA - OUTSTATIONS

7780. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'żieda kien hemm ta' passiġġieri u revenue (f'perċentwali) għall-outstations ta' l-Air Malta f'Amsterdam, Ateni, Dubai, Eġittu, Pariġi, Frankfurt, Zurich, Vienna, Munich, Tuneż, Italja, Renju Unit, Amerka u Kanada fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju, 1997 kif imqabbla ma' l-istess perijodu fl-1996?
ONOR. KARMENU VELLA: Id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ikunu ppubblikati fl-Annual Reports tal-kumpannija tas-sena l-oħra u ta'din is-sena u nżid ngħid li ma jkunx fl-aħjar interess kummerċjali ta' l-Air Malta li nippubblika dettalji bħal dawn, speċjalment li jirrigwardjaw is-sena kurrenti.


TAXXI INTERNI - TAXPAYERS

7781. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: B'riferenza għall-mistoqisja parlamentari numru 7537, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-taxpayers indikati (individuals) fil-fatt mhux se jibqgħu jħallsu taxxi bħala effett dirett tal-miżuri li ttieħdu mill-Gvern preċedenti biex individwi (singles) li jaqilgħu inqas minn Lm3000 u koppji li jaqilgħu inqas minn Lm4000 ma jħallsux taxxi?
ONOR. LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tkun tista' tingħata meta l-assessments għas-sena ta' stima, 1997 ikunu nħadmu.


POSTA LTD - ĦADDIEMA

7782. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhu mistenni li jiġu mpjegati mal-Gvern il-ħaddiema ta' Posta Ltd?
Billi dawn il-ħaddiema rċevew avviż ta' tmiem l-impjieg minn ma' Posta Ltd u bidu ta' xogħol casual għal xahrejn mal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dawn l-istess ħaddiema f'għeluq il-perijodu msemmi?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Tingħata risposta f'xi seduta oħra meta kollox ikun iffinalizzat, madanakollu tajjeb li nerġa' nirrepeti li l-impjieg tal-ħaddiema kollha huwa assigurat mal-Posta.


SAJJIEDA - SAJD GĦAL-LAMPUKI

7783. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sajjieda li talbu li jitfgħu l-kannizzati tagħhom għal-lampuki fl-istaġun li ġej?
Meta fetħu dawn l-applikazzjonijiet?
Min fejn huma dawk li applikaw?
Meta hu mistenni li titla' l-polza?
Kemm mill-applikanti huma sajjieda fulltime u kemm huma part-time?
ONOR. NOEL FARRUGIA: In-numru ta' applikanti għar-rimjiet tal-lampuki għal din is-sena kienu 150.
L-applikazzjonijiet għar-rimjiet tal-lampuki ta' din is-sena fetħu b'avviż fil-Gazzetta tal-Ġvern tad-9 ta' Mejju u għalqu fl-20 ta' Ġunju.
Dawk li applikaw huma kif ġej:


GĦAWDEX




Marsalforn

2

Victoria

6

Qala

3

Sannat

3

Xewkija

8

Nadur

3

Xagħra

2

Għajnsielem

2

Għarb

1

San Lawrenz

1

Żebbug

1

Total

32




MALTA




Valletta

1

St.Paul's Bay

4

Rabat

3

Mosta

5

Attard

3

Mellieħa

2

Mgarr

1

Dingli

1

Naxxar

2

Balzan

1

Mdina

1

San Gwann

1

Swieqi

1

Gżira

2

Sta. Venera

2

Msida

2

Bormla

3

Zabbar

5

Sliema

2

St.Julians

1

Żebbuġ

1

Siġġiewi

2

Ta' Xbiex

1

Zurrieq

3

Marsaxlokk

29

Birgu

1

M'Scala

4

B'Buġia

11

Żejtun

11

Fgura

1

Tarxien

1

Luqa

3

B'Kara

3

Iklin

1

Hamrun

2

Gudja

1

Total

118

Sal-lum il-poloz tad-distretti kollha kienu merfugħa minbarra dik tax-Xlendi, Għawdex.


5. L-applikanti huma maqsumin kif ġej:
Fulltimers 72; MF 14; PTF 64.


BANEK - BANK ĊENTRALI

7794. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-assi ta' deheb u metal prezzjuż ieħor tal-Bank Ċentrali sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?
ONOR. LEO BRINCAT: L-assi tad-deheb u metal prezzjuż ieħor tal-Bank Ċentrali sena b'sena fl-aħħar għaxar snin kienu kif ġej:


Sena

Valur

(l-aħħar tal-periodu)

Lm

1987

62,401.636

1988

59,530,651

1989

27,050,801

1990

12,979,581

1991

6,436,538

1992

9,100,928

1993

10,214,849

1994

7,313,829

1995

3,596,400

1996

3,645,522


CRUDE BIRTH RATE

7795. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-crude birth rate lokalita' b'lokalita' għas-sena l-oħra?
ONOR. LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


ILLEGITIMATE BIRTHS

7796. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' illegitimate births sena b'sena minn 1987 'il hawn?
ONOR. CHARLES MANGION: L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jirriferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7210.


CRUDE DEATH RATE

7797. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-crude death rate lokalita' b'lokalita' s-sena l-oħra?
ONOR. LEO BRINCAT: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


SAĦĦA - KIDNEY TRANSPLANT

7798. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jistennew kidney transplant illum? Jista' jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Hemm total ta' 55 pazjent li bħalissa qiegħdin jirċievu trattament għall-kliewi jew renal dialysis, li sal 21 ta' Lulju, 1997 huma eliġibbli għal trapjenti tal-kliewi. Dawn huma d-dettalji:

MOD TA' DIALYSIS

KANDIDATI GĦAL TRANSPLANT

ETA' MEDJA

RANGE TA' ETA'

Haemodialysis

27

48

20 - 67

CAPD

28

36.6

8.62


SAĦĦA - ORGAN DONORS

7799. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li rreġistraw bħala organ donors illum?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Iktar minn 16,000 jinsabu fuq ir-reġistru ta' l-organ donors.


GĦAQDIET SPORTIVI - RAPPREŻENTAZZJONIJIET

7828. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7356?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-għaqdiet sportivi in kwestjoni jkunu għamlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom għal-liema raġuni jridu l-flus - jekk hux għal xogħlijiet maintenance, taħriġ, organizzar u/jew parteċipazzjoni f'tournaments lokali jew internazzjonali jew ħteġijiet oħrajn. Dawn it-talbiet jiġu miflija minn angoli differenti bħal x'importanza jkollha t-talba in konnessjoni ma' l-iżvilupp ta' l-isport u x'inhi tagħmel l-għaqda partikolari biex tgħin lilha nnifisha fost oħrajn.
Tajjeb jingħad illi dawn it-tip ta' rappreżentazzjonijiet deħlin kontinwament u l-għajnuna qed tingħata kontinwament mid-Dipartiment għaż-Żgħażagħ u Sport, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti, u kull rikjesta għall-għajnuna tiġi mistħarrġa fuq il-merti tagħha.
Din is-sistema ilha tintuża għal dawn l-aħħar snin anke mill-Gvern preċedenti. Iżda, bil-għan illi jkun hemm trasparenza akbar f'dawn l-affarijiet, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti qed jaħseb biex jiġu ppubblikati guide-lines u kriterji għal għajnuna biex kulħadd ikun jaf fejn hu. Dan il-proċess jinsab avvanzat wara li l-għaqdiet sportivi kollha ġew mistiedna, anke premezz ta' avviżi fil-ġurnali lokali biex iressqu s-suġġerimenti u l-proposti tagħhom dwar dan.
Fil-proċess imsemmi dawn il-proposti kollha qegħdin jiġu kkonsidrati wara li l-għaqdiet sportivi ngħataw iċ-ċans kollu biex jgħidu dak li jħossu f'laqgħat li ġew organizzati apposta mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura u Arti Joe Cilia, f'Dar il-Mediterran u fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.
In konnessjoni ma' l-għotjiet mogħtijin lill-Kumitat Olimpiku Malti, ta' min jirrimarka li din hi l-ogħla kontribuzzjoni li ta Gvern Malti s'issa għall-isport lill-Kumitat Olimpiku Malti, li juri l-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam.
Dawn l-għotjiet kienu mogħtijin hekk:
Lm50,000
Biex jagħmel tajjeb għad-deni kbir li l-Gvern preċedenti kien tħalla jakkumula in konnessjoni mal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru f'pajjiżna fl-1993.
Lm30,000
Għotja għall-programmi, preparazzjoni u taħriġ tekniku mid-diversi federazzjonijiet sportivi affiljati fil-Kumitat Olimpiku Malti li llum tħaddan fiha 33 federazzjoni sportiva, partikolarment in konnessjoni mal-avvenimenti indiki isfel.
Lm55,000
Għajnuna diretta għal parteċipazzjoni internazzjonali ta' pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Islanda u fil-Logħob tal-Mediterran f'Bari.
Il-Gvern dam xhur sħaħ jiddiskuti mal-Kumitat Olimpiku Malti dwar din l-għajnuna finanzjarja u persważ li l-Onor. Interpellant huwa kuntent bir-riżultati miksuba għall-investiment tal-Gvern fl-avvenimenti, anke aħjar mir-riżultati miksuba meta l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar saru f'pajjiżna fl-1993.
Il-Gvern iddeċieda li ma jagħmilx għotja waħda biex b'mod għaqli jkun jista' jimmonitorja kif kienu qed jiġu nvestiti flus il-poplu u l-progress miksub skond kif pproġettat lilu. Kieku ħareġ il-flus f'daqqa kienet tkun aktar diffiċli li wieħed jifli l-istadji differenti kif indikat fuq.
Din l-istrateġija ġiet maqbula mal-Kumitat Olimpiku Malti mill-bidu nett li kien kuntent bl-arranġament.


TA' QALI - FAĊILITAJIET SPORTIVI

7829. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7383?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra



Yüklə 323,07 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin