Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 467,41 Kb.
səhifə6/8
tarix16.01.2019
ölçüsü467,41 Kb.
#97520
1   2   3   4   5   6   7   8

AĠĠORNAMENT



ONOR. GEORGE VELLA: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 1997, fid-9.00 a.m. b'din l-agenda:
Abbozz ta’ Liġi dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji - it-Tieni Qari (Kont.).
L-aġenda għas-seduta ta' għada fil-għodu għadha kemm tqassmet lill-Membri u l-Minuti jsibuhom quddiemhom qabel is-seduta.
MADAM SPEAKER: Grazzi.
Skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar, 1997, il-Kamra hija aġġornata għal għada l-Erbgħa, 29 ta' Jannar, 1997, fid-9.00 a.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Viċi Prim Ministru.
Fid-9.40 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija skond il-Mozzjoni Nru. 37 tal-15 ta' Jannar 1997.


MISTOQSIJIET-IMWIEĠBA BIL-MIKTUB



PUBLIC SERVICE COMMISSION - WARD CLERKS/PARAMEDICAL AIDS

1061. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru ġie rrapportat li qal li kienet il-politika tal-Gvern illi ma jimpjegax aktar nies mal-Gvern, mentri mir-risposti li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsijiet parlamentari numri 475 u 476 hu evidenti fil-fatt li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jimpjega kemm "ward clerks" kif ukoll "paramedical aids", u jirriżulta wkoll li matul Novembru u Diċembru 1996 ġew impjegati nies kemm mill-Gvern kif ukoll minn enti statutorji, korporazzjonijiet u kumpanniji kkontrallati mill-Gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid preċiż x'ried ifisser meta qal li mhux se jiġu mpjegati aktar nies? Kemm-il darba hi l-intenzjoni tal-Gvern li fil-fatt jimpjega nies miegħu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jistenna li jiġu mpjegati nies matul l-1997 u f'liema dipartimenti u gradi?
ONOR. ALFRED SANT: Nirreferi lill-Onor Membru għat-Tweġiba li qed nagħti fis-seduta tal-lum għall-Mistoqsija Nru. 1060, magħmula mill-istess Onor Membru.

PBS - PROJECT MANAGER

1062. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dan l-aħħar l-PBS qabdet "Project Manager" biex jieħu ħsieb ix-xogħol fuq in-"News Centre" tagħha? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu, xi kwalifiki għandu, it-termini ta' l-ingaġġ tiegħu u jekk tqabbadx wara li saret sejħa pubblika jew inkella direttament? Jekk ġie ngaġġat direttament, min għamel l-għażla? Jista' wkoll jgħid jekk issa id-deċiżjonijiet dwar in-"News Centre" humiex se jittieħdu mill-"project manager" minflok mill-Kap tat-Televiżjoni?
ONOR. ALFRED SANT: Iva. Il-post m'huwiex wieħed sostantiv, hu temporanju, u ma jinvolvix ħlas extra u għalhekk imtela' amministrattivament minn fost il-ħaddiema tan-News Centre.
Id-deċijonijiet dwar in-News Centre ser jittieħdu skond il-linja ta' tmexxija amministrattiva li qed issegwi l-P.B.S.

MALTA GOVERNMENT INVESTMENT ĦLASIJIET/BENEFIĊĊJI TAD-DIRETTURI

1063. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Peress li permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 750 jien staqsejt lill-Ministru biex fost oħrajn jgħid x'kienu l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li jirċievi kull direttur tal-Malta Government Investments u kumpanniji oħra li fihom għandha sehem l-MGI; u l-Ministru rrisponda billi ma rrispondiex iżda qal biss "il-kondizzjonijiet huma li kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti"; peress li din il-Kamra m'għandhiex x'taqsam mal-amministrazzjoni preċedenti, nitlob lill-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?

ONOR. LINO SPITERI: Ma naqbilx li amministrazzjoni m`għandhiex x`taqsam ma` l-oħra. L-amministrazzjoni tkompli. Huwa l-Gvern li jinbidel. Kif għidt fit-tweġiba tiegħi, il-kundizzjonijiet mitluba ma nbidlux.
Jien m`għandi ebda diffikulta` nagħti d-dettalji li jixtieq l-Onorevoli Membru, li kopja tagħhom qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra. Sadattant, irrid infakkar li fil-~Parliamentary Accounts Committee (PAC)~, il-membri tal-Gvern ta` dak iż-żmien kienu ħadu l-qagħda, li l-PAC addattaha, li dettalji dwar kumpaniji fis-settur pubbliku li mhumiex f`qagħda monopolistika, m`għandhomx jingħataw. B`rispett lejn il-PAC nixtiequ jesprimi ruħu fuq dal-punt.

MALTA GOVERNMENT INVESTMENTS - DIRETTURI

1064. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Peress illi permezz tal-mistoqsija parlamentari numru 750 jien staqsejt lill-Ministru biex fost oħrajn, jgħid min huma d-diretturi tal-Malta Government Investments u kumpanniji oħra li fihom għandha sehem l-MGI; u l-Ministru ma tax l-informazzjoni mitluba iżda qal biss li "Dettalji tad-diretturi jistgħu jikisbu mir-Registrar of Partnership"; peress illi l-istess Ministru diġa' ta parti mill-informazzjoni miltuba kif ukoll informazzjoni simili fuq kumpanniji reġistrati oħra (ara mistoqsijiet parlamentari numri 210, 211 u 377); peress illi Ministri oħra tal-Gvern preżenti, inkluż il-Prim Ministru, qatt s'issa ma sabu diffikulta' li jagħtu din it-tip ta' informazzjoni minkejja li l-istess informazzjoni tkun aċċessibbli pubblikament bħalma huma d-diretturi ta' kumpanniji reġistrati jew membri ta' Kummissjonijiet, korporazzjoni eċċ., li jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern; peress li naħseb l-Ministru jaqbel li r-risposta tiegħu tista' tiġi interpretata li qed jippretendi li kull Membru ta' din il-Kamra li tinteressah din l-informazzjoni jrid imur jagħmel ir-riċerka hu fir-Registrar of Partnerships meta din l-informazzjoni hi faċilment aċċessibbli fil-Ministeru tiegħu; nerġa' nitlob lill-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba?
ONOR. LINO SPITERI: Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1063. Sadattant, kulħadd jinterpreta kif jidhirlu, u skond in-nuċċali tiegħu. Iżda rrid infakkar li kemm il-darba fl-imgħoddi membri li talbu tagħrif diġa pubblikat ġew riferuti għas-sors attwali. Waqt li dejjem lest li nagħti t-tagħrif xieraq, ikun barra minn loku li xi ħadd jippretendi li dak li hu pubbliku ma jsibux hu. Dan ukoll jista` jingħata xi interpretazzjoni.

TOROQ - TISWIJA TA' TOROQ

2042. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Billi skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 817 jirriżulta li d-Dipartiment tat-Toroq għandu lista ta' toroq f'Malta kollha li fihom irid isir dawn it-tip ta' xogħol ... ... L-asfalt f'dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol". Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jpoġġi kopja ta' din il-lista fuq il-Mejda tal-Kamra maqsuma lokal b'lokal?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li talab l-Onor. Interpellant

SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ TA' LIMBORDIN - TISWIJA

2045. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Billi skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 989 lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni ġejt mitlub nagħmel id-domanda lill-Ministru tiegħek, tista' jekk jogħġbok tieħu l-passi neċessarji biex it-Triq ta' Limbordin l/o San Pawl il-Baħar tiġi rranġata kemm jista' jkun malajr wara li xi ġimgħat ilu kien sar xogħol fuq it-tqegħid tal-cable f'din it-triq? X'wassal biex din il-parti tat-triq ma ġietx irranġata meta l-kumplament tat-triq ġiet miksija bit-tarmak xhur ilu?
ONOR. LEO BRINCAT: Jirriżulta li parti mit-triq ta` Limbordin fejn żmien ilu kuntrattur ta` l-EneMalta ta t-tarmak mal-kumplament tat-triq li twassal il-Mellieħa via l-Miżieb, inqalgħet minħabba li t-tarmak tqiegħed fuq it-tafal.

Wara li dan l-aħħar l-EneMalta kellha tiftaħ ħofra fil-ġenb tat-triq biex issir ġonta fuq il-`cable`, ser jittieħdu l-passi neċessarji biex il-kuntrattur jiġi avżat biex jirrimedja x-xogħol li kien sar.




UNJONI EWROPEA - AKKORDJI/TRATTATI BILATERALI

2061. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-akkordji u trattati bilaterali bejn Malta u pajjiżi oħra li bdew jiġu negozjati wara s-26 ta' Ottubru, 1996 u li għadhom ma ġewx iffirmati?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara s-26 ta' Ottubru, 1996 ma saru ebda akkordji u trattati bilaterali bejn Malta u pajjiżi oħra.


UNJONI EWROPEA - AKKORDJI/TRATTATI U KONVENZJONIJIET MULTILATERALI

2062. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta l-akkordji, trattati u konvenzjonijiet multilaterali li tagħhom Malta hija membru (sew bħala firmatarja oriġinali u sew jekk Malta tkun aċċediet għalihom sussegwentement) b'indikazzjoni ta' dawk li Malta rratifikat sal-lum u dawk li Malta għada ma rratifikatx?

ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xhur ilu nbeda eżerċizzju sabiex il-listi msemmija fil- mistoqsija jinġabru u jkunu aġġornati. L-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa hu eżerċizzju intensiv u jirrikjedi attenzjoni speċjali. Il-Ministeru qed ikompli b'dan l-eżerċizzju u kif jitlesta hemm il-ħsieb li jkun ippubblikat għall-informazzjoni tal-pubbliku. Sakemm dan l-eżerċizzju jitlesta, u fil-każ li l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi informazzjoni dwar xi akkordju, trattat jew konvenzjoni multilaterali, nixtieq nistiednu sabiex jagħmel kuntatt mad-Dipartiment għall-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru tiegħi fejn jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.


ENEMALTA - DISTRIBUTION CENTRES

2069. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' distribution centres u substations li għandha l-Korporazzjoni Enemalta f'Malta u f'Għawdex rispettivament?
Kemm minn dawn is-substations u distribution centres inbnew bejn l-1987 u l-1996? X'effett kellha ż-żieda ta' dawn id-distribution centres u substations fuq il-provvista tad-dawl madwar Malta u Għawdex?
Kemm hu ppjanat li jinbnew substations u distribution centres ġodda? Fejn? Meta?
ONOR. LEO BRINCAT: L-EneMalta għandha 699 `substations` f`Malta u 67 bejn Għawdex u Kemmuna. Għandha wkoll 13 `Distribution Centres` f`Malta, wieħed f`Għawdex u ieħor f`Kemmuna. 335 minn dawn is-`substations` u 9 `Distribution Centres` ġew imħaddma bejn Mejju 1987 u Novembru 1996.
Mhux possibbli li wieħed jippreċisa kemm u fejn hu ppjanat li jinbnew is-`substations` peress li dan jiddependi fuq l-iżvilupp ta` proġetti privati li għad iridu jsiru u wkoll fuq kemm jirnexxila l-EneMalta ssib postijiet biex tibni s-`substations`.
Madanakollu huwa mistenni li r-rata li biha kienu qed isiru s-`substations` f`diversi lokalitajiet f`Malta u Għawdex f`dawn l-aħħar snin tiġi sostenuta.
Bħalissa l-EneMalta għaddejja b`ħidma biex isir `distribution centre` fil-Mosta u ieħor f`Tal-Qroqq.

DJAR - DJAR REKWIŻIZZJONATI

2144. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Billi diversi drabi waqt il-ħin tal-mistoqsijiet il-Ministru għad-Djar qal li d-dipartiment jirranġa d-djar rekwiżizzjonati qabel ma jallokahom, jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex bidla fil-"policy" wżata s'issa, u jekk le, taħt liema skema se jirranġa dawn il-postijiet id-dipartiment?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: Ma jirriżultalix li jien xi darba għidt illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jirranġa djar rekwiżizzjonati biex isiru abitabbli. L-uniċi każi fejn id-Dipartiment jirranġa postijiet wara li jiġu allokati, huwa fejn il-Gvern huwa proprjetarju. Fil-fatt il-"policy" dwar id-djar rekwiżizzjonati għadha li dawn ma jiġux allokati kemm-il darba mhux abitabbli.


IMPJIEGI - REĠISTRAZZJONI GĦAX-XOGĦOL

2155. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'kull lokalita' tal-11 u t-12-il distrett elettorali fl-aħħar ta' Ottubru, 1996?
Kemm kien in-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-istess lokalitajiet fil-15 ta' Jannar?
Kif inhuma maqsuma dawn il-persuni skond il-kategoriji differenti applikati fil-ministeru?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta` persuni jirreġistraw għax-xogħol f`kull lokalita` tal-11 u

t-12 il-distrett elettorali huwa kif ġej:-




Lokalita`

Numru ta` Persuni jirreġistrawgħax-xogħol 31 ta` Ottubru 1996

Mdina

5

Mellieħa

27

Mġarr

17

Rabat

143

San Pawl il-Baħar

87

Għargħur

36

Iklin

18

Mosta

138

Naxxar

83

B`referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni għadha

qed tinġabar.
B`referenza għat-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega aħjar x`ifisser bil-kelma kategoriji.


GARAXXIJIET REĠISTRATI GĦAL XOGĦOL "SELF-DRIVE"

2156. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' garaxxijiet li huma reġistrati biex jagħmlu xogħol ta' "self-drive", jew "chauffer driver service" f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' jinsabu dawn il-garaxxijiet? X'inhi l-proċedura li trid tintuża biex bniedem japplika u jiġi mogħti liċenzja biex jopera garaxx kemm jekk ikun "self-drive" jew le? Hemm xi limitu fuq dan it-tip ta' xogħol, fis-sens ta' liċenzji li jistgħu jiġu mogħtija?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nfurmat li l-liċenzji għall-garaxxijiet biex jagħmlu xogħol ta' "self-drive" jew "chaffeur driven service" jinħarġu mis-sezzjoni tad-"Trading licences" fid-Dipartiment tal-Pulizija. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din id-domanda Ministru responsabbli mill-Pulizija.

KORPORAZZJONI MALTIJA TA' L-IŻVILUPP - 'SCIENCE PARK'

2212. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proposta tal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp li jsir "Science Park" fuq l-art biswit l-Universita' jew inkella fuq art f'Kalafrana? Jista' l-Ministru jgħid kif tqabbdu dawn l-individwi/kumpanniji biex iħejju dawn l-istudji?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO:

Rapport inizjali fuq il-potenzjal u l-vijabbilta` ta` Science u Business Park f`Kalafrana u/jew hdejn l-Universita` kien sar mill-kumpanija Bovis f`Settembru 1994. Dan ir-rapport kellu jigi segwit b`diskussjonijiet ohra bejn il-Korporazzjoni u l-Bovis dwar il-possibilta` ta` joint venture bil-ghan li jigi zviluppat dan il-Park. Bi ftehim ma` Bovis it-tahdidiet gew terminati f`Jannar 1996.


Il-Kumpanija Bovis kienet tqabbdet taghmel ir-rapport imsemmi direttament mill-Korporazzjoni. Ta` dan l-MDC hallset nofs l-ispejjez, jigifieri Lm14,430.45. In-nofs l-iehor kien a spejjez ta` l-istess Bovis.

KORPORAZZJONI MALTIJA TA' L-IŻVILUPP - BOVIS INTERNATIONAL

2213. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kif kienu ġew ingaġġati BOVIS International mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp? X'kien ix-xogħol mistenni minnhom u f'liema perjodu? Jista' l-Ministru jgħid xi tħallsu sena b'sena, tul l-ingaġġ tagħhom?

ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Bovis gew ingaggati direttament mill-MDC biex jaghmlu rapport dwar it-twaqqif ta` Science Park u biex jassistu fi programm dwar upgrading u management ta` l-oqsma industrijali.
Ix-xoghol mistenni kien jinkludi studju fuq is-sistema ta` amministrazzjoni ta' l-oqsma industrijali kif ukoll it-thejjija w implimentazzjoni ta` programm ghal ristruturazzjoni w upgrading ta` l-oqsma industrijali kollha. Il-kuntratt ta` Bovis kien ikopri perjodu minn Novembru 1994 sa Dicembru 1997. Il-kumpanija kellha tipprovdi zewg esperti teknici tul dan il-perjodu. Bi qbil mal-kumpanija dan il-kuntratt twaqqaf f`Marzu tal-1996.
Ghal dawn is-servizzi il-kumpanija Bovis thallset l-ammonti li gejjin:
1994 Nofs l-ispejjez ghall-istudju dwar il-potenzjal u vijabilita` tas-Science Park ghal Malta Lm 14,430.43
1995 Upgrading u Management tal-oqsma industrijali Lm117,585.76

1996 Upgrading u Management tal-oqsma industrijali Lm 48,228.88


Total Lm180,245.07


SPTAR SAN LUQA/FMSS - KUMITAT TAR-REFURBISHMENT

2214. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid minn min huma komposti l-Kumitat tar-Refurbishment ta' l-Isptar San Luqa u l-Bord tal-Fondazzjoni għax-Xjenzi u Servizzi Mediċi?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Dwar il-Membri tal-Kumitat tar-Refurbishment ta` l-Isptar San Luqa, nirreferi l-Onor Interpellant għar-Risposta li tajt f`seduta 9 għal PQ 472.

Fil-preżent hemm ad interim bord tal-FMSS kompost minn:


President Mr Mario Cacciottolo

Membru Mr Joseph Barbara



Membru Mr Alfred Vella.

SPTAR SAN LUQA - "MOBILE PHONES" FL-AMBULANZI

2215. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi diskussjonijiet bejn ir-Refurbishment Committee ta' l-Isptar San Luqa, il-Mid-Med Bank u l-Kumpannija Telecell biex din ta' l-aħħar tinstalla "mobile phones" f'ambulanzi tad-Diviżjoni tas-Saħħa u jkollha dritt li jkollha reklam fuq dawn l-ambulanzi filwaqt li l-Mid-Med Bank jimpenja lilu nnifsu biex jixtri l-ambulanzi u jkollu dritt ukoll li jirreklama fuq l-istess ambulanzi? Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Kemm ili responsabbli mis-Saħħa ma saru ebda proposti jew diskussjonijiet dwar din il-materja.
Ninsab infurmat li fil-passat id-ditta Telecell kienet għamlet xi proposti imma d-Dipartiment kien iddeċieda li jmur fuq sistema tar-radios bħala mezz ta` komunikazzjoni bejn l-Ambulanzi, l-vetturi tiegħu u d-diversi sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa.


ŻEJTUN - DAR TA' L-ANZJANI

2216. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet stmata li kellha tqum id-Dar ta' l-Anzjani fiż-Żejtun u fil-fatt x'kien il-valur totali ta' l-infiq li sar? Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' x'intnefaq bħala investiment kapitali u lil min saru l-ħlasijiet relattivi fil-perjodu l-1 ta' Jannar, 1985 sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-1996?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-proġett tad-dar taż-Żejtun inbeda fl-1985 u l-post (ġebel u saqaf) tlesta wara l-1987 u tħalla hekk sa l-1992. L-istima tad-dar dak iż-żmien kien ta` madwar Lm400,000. Ix-xogħol baqa` wieqaf bejn 1988 u 1992.
Fl-1992 tkompla x-xogħol u din infetħet f` Marzu 1994. Il-valur totali tax-xogħol li sar kien Lm1,087,000.
Breakdown dettaljat ta` x`intnefaq bħala investiment kapitali u lil min saru l-ħlasijiet jingħata f`seduta oħra.

TELEPHONES - APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI

2217. L-ONOR. CHRIS CARDONA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet għat-telephones pendenti bħalissa (a) f'B'Kara, (b) f'Ħal-Lija; u (ċ) f'Ħal-Balzan? Kemm ilha l-aktar applikazzjoni f'kull każ? X'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet għal "fax" fl-istess postijiet? Meta hemm il-ħsieb li jinqdew l-applikanti kemm għat-telephones kif ukoll għal "faxes"?
ONOR. ALFRED SANT: It-tabella mehmuża turi kemm il-applikazzjoni għat-telefon hemm pendenti ġewwa B'Kara, Ħal-Balzan u Ħal-Lija. L-applikazzjonijiet pendenti huma mniżżla taħt tlett titli li huma :
Applikazzjonijiet Recorded: L-applikazzjonijiet taħt dan it-titlu jfisser li għalkemm dawn ġew rekordjati fis-sistema ikkompjuterizzata għad ma sarx studju jekk jistax jingħataw is-servizz tat-telefon.
Aplikazzjonijiet Feasible: L-applikazzjonijiet taħt dan it-titlu jfisser li l-klijenti tal-korporazzjoni ġew u iffirmaw l-agreement biex ikun jista' jingħatalhom is-servizz tat-telefon.

Applikazzjonijiet Unfeasible: Huma dawk l-applikazzjonijiet li minħabba diffikultajiet tekniċi ma jistax jiġi provdut is-servizz.

Il-korporazzjoni Telemalta mhix sodisfatta bin-numru ta' applikanti tat-telefon li għadhom ma ngħatawx is-servizz u f'dan ir-rigward qiegħda tara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-waiting list titnaqqas kemm jista' jkun.

Ma huwiex possibbli li jiġu identifikati it-tip ta' użu li jkun ser isir bis-servizz tal-linja tat-telefon. Dan għaliex meta l-klijent japplika għas-servizz tat-telefon ma jispeifikax jekk ikun ser juża Fax jew linja normali.


Balzan


Sena

Appl. Recorded

Appl. Feasible

Appl. Unfeasible

Appl Totali




2

51

1




1995




14







1996

1

34

1




1997

1

3










2

51

1

54

Lija



Sena

Appl. Recorded

Appl. Feasible

Appl. Unfeasible

Appl.

Totali





4

28

4

36

1995




8

1




1996

1

18

3




1997

3

2










4

28

4

36

B'Kara



Sena

Appl. Recorded

Appl. Feasible

Appl. Unfeasible

Appl.

Totali





11

205

21

237

1995

1

31







1996

3

147

19




1997

7

27

2







11

205

21

237


Yüklə 467,41 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin