Malta debates tal-kamra tad-deputati

Sizin üçün oyun:

Google Play'də əldə edin


Yüklə 490.66 Kb.
səhifə6/8
tarix07.01.2019
ölçüsü490.66 Kb.
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Jittieħdux passi jew le ta' dixxiplina kontra mpjegati li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunux preżenti, jiddependi miċ-ċirkostanzi ta' kull każ.


TA' XBIEX - TRIQ L-IMRADD

5577. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq l-Imradd, f'Ta' Xbiex billi hemm dlam esaġerat bil-lejl u r-residenti kellhom iwaħħlu spot light huma għal spejjeż tagħhom?
ONOR. JOSEF BONNICI: It-talba għal dawl adegwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkonsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

KORPORAZZJONIJIET - SUSSIDJU

5578. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li ngħataw xi forma ta' sussidju s-sena l-oħra?
ONOR. JOSEF BONNICI: L-azjendi li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li matul is-sena li għaddiet ingħataw xi forma ta` sussidju huma l-Malta Drydocks u l-Korporazzjoni Malta Freeport.

KORPORAZZJONIJIET

5579. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li llum igawdu minn monopolju u/jew xi forma ta' protezzjoni?
ONOR. JOSEF BONNICI: Il-korporazzjonijiet, azjendi u entitajiet, formanti parti mid-dikasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li llum igawdu monopolju jew xi forma ta` protezzjoni huma l-Maltacom, Malta International Airport, il-Korporazzjoni Enemalta, il-Maltapost, it-Tug Malta, il-Gozo Channel, is-Sea Malta, il-Medigrain u l-Kordin Grain Terminal.

OQSMA PRIVATI

5580. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-oqsma jew tip ta' servizzi offruti mill-privat jew minn persuni li huma self-employed u li llum għandhom xi forma ta' protezzjoni, per eżempju, taxis bojod, mini buses ħomor, furnara, funeral hearses, karozzini, pompi tal-petrol, spiżeriji, karozzi fuq tal-linja, burdnara, cable TV, mobile phone supply, pitkala, kerosine hawkers, distributuri tal-gass u oħrajn)? X'tip ta' protezzjoni jingħataw dawn l-oqsma u oħrajn li ma semmejtux?
ONOR. JOSEF BONNICI: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f`xi seduta oħra.


ENEMALTA - BEJGĦ TA' PETROL

5581. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu litri ta' petrol unleaded u leaded f'Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm inbiegħu fl-istess xhur is-sena li għaddiet?
ONOR. JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
UNLEADED LEADED

Jannar 1998 2,170,880 5,693,070

Frar 1998 1,994,230 5,232,450
Jannar 1999 2,182,900 4,972,020

Frar 1999 2,333,790 5,194,050
Kif jidher minn din it-tabella, l-użu tal-petrol leaded baqa' jinżel waqt li l-użu tal-petrol unleaded baqa' jiżdied.

MAKKINARJU AGRIKOLU

5723. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?
ONOR. NINU ZAMMIT: Fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd ma hemmx sistema ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni ta' makkinarju agrikolu. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-liċenzja tat-triq, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

IMPJIEGI - KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

5724. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul ix-xhur ta' Jannar u Frar? Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol? Kemm saru spezzjonijiet fuq azjendi f'fabbriki sabiex ikun assigurat li dawn ikunu konformi ma' l-istands neċesarji tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
ONOR. LAWRENCE GONZI: In-numru ta' korrimenti f'Jannar, 1999 kien ta' 313, waqt li fi Frar, 1999 kien ta' 375.
Matul il-perjodu msemmi, id-Dipartiment tax-Xogħol kien informat b'żewġ inċidenti fuq il-post tax-xogħol li rriżultaw f' żewġ fatalitajiet.
Saru mija u erbgħa u erbgħin (144) spezzjoni f'postijiet tax-xogħol minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta'.
SIGURTA' SOĊJALI - GĦAJNUNA

5747. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li suppost hi dovuta?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet informata verbalment dwar il-każ tagħha u dehret sodisfatta bl-ispjegazzjoni mogħtija mid-Dipartiment. Minkejja dan kollu, se tingħata wkoll tweġiba uffiċjali bil-miktub dwar il-każ tagħha.
ETC - SELF-EMPLOYED

5748. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati bħala self-employed matul il-perijodu ta' Jannar u Frar għas-snin 1999,1998,1997,1996 u 1995?
Kemm minn dawn kienu nisa?
ONOR. LAWRENCE GONZI: In-numru ta' persuni reġistrati bħala self-employed fil-perijodi msemmija huma kif ġejjin:
SENA JANNAR FRAR

1995 15,850 15,992

Nisa 1,916 1,910

Rgiel 13,934 14,012

1996 15,870 15,865

Nisa 1,935 1,929

Rgiel 13,935 13,936

1997 15,574 15,596

Nisa 1,919 1,923

Rgiel 13,655 13,673

1998 15,392 15,426

Nisa 1,939 1,941

Rgiel 13,453 13,485

1999 15,267 Ghada qed tingabar

Nisa 1,926 --

Rgiel 13,341 --
FINANZI - DELEGAZZJONIJIET

5764. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. JOHN DALLI: It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.

AMBJENT - DELEGAZZJONIJIET

5765. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru, 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li minn Ottubru, 1998 sal-lum fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kien hemm dawn id-delegazzjonijiet li żaru pajjiżi barra minn Malta kif gej:
MINISTERU

MEMBRI XOGHOL LI SAR MINN SPEJJEZ

TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD-

DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI

R Cachia Zammit Zjara ta' Lm284.54

familjarizazzjoni

Kummissjoni Ewropea

Onor. Ministru Tahdidiet ma' ufficjali Lm1257.28

ghall-Ambjent, mill-Universita' ta'

Kevin Gatt, Bologna

Carmel Callus
Mary Debattista Konferenza dwar fondi Lm248.77

mill-Ewropa u shubija

bejn il-pubbliku u l-

privat - Dublin

R Cachia Zammit Laqgha ghall- Lm101.30

korrispondenti

nazzjonali ta'

SMAP - Brussels

Onor Ministru Tahdidiet mal-Gvern Lm8919.47

ghall-Ambjent, Ciniz dwar gonna

Paul V Mifsud, pubblici - Cina

Vincent Cassar,

Kevin Gatt,

Joseph Farrugia
Paul V Mifsud Kors ghall-ufficjali Lm1595.83

Maltin dwar negozjati

ma' l-Unjoni Ewropea

- Ingilterra

TAQSIMA TAX-XOGHLIJIET

MEMBRI XOGHOL LI SAR MINN SPEJJEZ

TAD- KULL DELEGAZZJONI TAD-

DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI

---------------------------------------------------------Vince Magri Attendenza Recycling Exhibition

Joe Camilleri Stoneleigh - UK 03/10/98 sa s-

Mario Agius 07/10/98 Lm1388.40

Paul Saliba Progett Aramis: Sistema ta'

Irrigazzjoni fil-Mediterran

Palermo - Italja 28/10/98 Lm314.08

sa l-01/11/98

Carmel Mifsud Borg, Zjara ta' familjarizzazzjoni

Vince Magri lill-Kummissjoni ta' l-Unjoni

Ewropea Brussel - Belgium Lm576.22

Ray Bondin, Konferenza Internazzjonali

Norbert Gatt Facadism & Urban Identity

Parigi - Franza Lm830.41

Claude Borg Konferenza Internazzjonali

dwar Bini u Zvilupp Regjonali

Halmstead - Svezja

Lm308.39
Herman Bonnici Stone Construction Lectures u

Seminar fl-Universita' ta' York

UK Lm261.00
Vince Cassar Conference to launch the EU 5th

framework for research Essen -

Germanja Lm206.18
Vince Cassar, Zjara f'Bari - Italja

Vince Magri Lm863.99
Anthony Abela, Quality Streetscapes Conference

Emanuel Buttigieg '99 Londra UK

Lm389.30

DIPARTIMENT GHALL-HARSIEN TA' L-AMBJENT
MEMBRI TAD- XOGHOL LI SAR SPEJJEZ TAD-

DELEGAZZJONI MINN KULL DELEGAZZJONI DELEGAZZJONI

Prassede Grech Nehap Pan European Meeting Lm433.68

Luxembourg
Joseph Callus Zjara ta' familjarizzazzjoni

lill-Kummissjoni Ewropea fi

Brussel Lm606.01
Anthony Mallia Briggs Marine Environmental

Services Oil Ltd'-

Supervisors' Course - Irlanda Lm400.05
Alf E Baldacchino RAC/SPA Pjani ta' Azzjoni

harsien tal-mammali tal-

bahar fil-Greċja Lm 46.51
M Gauci, Konferenza Internazzjonali Lm170.93

S Stevens, dwar konservazzjoni u użu

M Psaila sostenibbli tal-boskijiet

Mediterranji fi Spanja
V Gauci, Kummissjoni mhallta Franciza Lm517.60

V Magri u Maltija fi Franza
C Tanti RAC/SPA - Med. inventories of

Marine & Coastal biodiversity

fi Franza Lm 44.82
L Vella Laqgha tal-korrispondenti ta'

l-SMAP fi Brussel Lm454.16
R Camilleri Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni

ta' tniggiz tal-bahar bi tfigh

ta' skart u materjal iehor Lm400.87

f'Londra
C Muscat CITES - Correspondence with

standing committee - Brussels Lm 19.10
C Gauci It-tieni laqgha tal-Med.

Wetlands Com fi Spanja Lm 46.66
L Vella It-tielet laqgha preparatorja

dwar Trasport, l-Ambjent Lm293.24

u s-sahha fis-Slovenja
V Gauci, R'99 (Geneva) - It-tielet Lm1581.10

A Vella, Konferenza Ministerjali dwar

L Vella l-Ambjent u s-Sahha fil-

Germanja
A E Baldacchino RAC/SPA - Pjani ta' azzjoni

dwar il-harsien tal-mammali

tal-bahar fit-Tunezija Lm 30.57

J Sammut Waste Management Subject Plan

Training f'Londra Lm 26.16
L Vella Il-hames Framework Programme

ghar-ricerka fil-Germanja Lm 560.57
C Grech Fontainebleau Youth Foundation Lm 225.07


TURIŻMU - DELEGAZZJONIJIET

5766. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari,meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. MICHAEL REFALO: It-tagħrif mitlub għall-perijodu bejn Ottubru 1998 sad-data tal-Mistoqsija hu kif jidher hawn taħt:
Kompozizzjoni tad-Delegazzjoni Ghan taz-Zjara Spiza
Ministru u C. Micallef St. John Zjara dwar Lm 962

progetti godda

fl-Irlanda
Ministru, L. P. Naudi, C. Micallef Iffirmar ta' Protokoll Lm1,199

St. John u M. Portelli dwar it-Turizmu mat-

Turkija u Fiera tat-

Turizmu f'Istanbul
L. O. Borg Zjajjar f'lukandi fir- Lm 645

Renju Unit ghal

'placement' ta'

studenti ta'

l-'Institute of Tourism

Studies'
J. Bonello, T. Camilleri, 'Monitoring' ta' Lm2,975

A. Borg u A. Calleja studenti ta' l-

'Institute of Tourism

Studies' f'lukandi fir-

Renju Unit
L. O. Borg, M. Pinchbeck u Ftehim mal-'Forte' u Lm2,998

S. Micallef 'Stakis Groups',

zjajjar f'lukandi fejn

se jsir 'placement' ta'

studenti ta' l-'Institute

of Tourism Studies' u

kollaborazzjoni mill-

qrib ma' diversi

universitajiet u

kulleggi fir-Renju

Unit
T. Camilleri 'Euro Chrie Conference Lm 514

for Hospitality

Industry' fl-Isvizzera
L. P. Naudi, ċ-'Chief Executive, Laqghat ma' u ffirmar Lm1,368

N.T.O.M.,' G. Micallef u T. ta' Protokoll dwar it-

Camilleri Turizmu ma' l-awtoritajiet

Tunezini

G. Micallef 'South meets North Lm 268

Conference and Workshop'

fl-Italja

TRASPORT - DELEGAZZJONIJIET

5767. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarju parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartiment governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. ĊENSU GALEA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.

SERVIZZI EKONOMIĊI - DELEGAZZJONIJIET

5768. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. JOSEF BONNICI: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.

MINISTERU TA' L-INTERN - DELEGAZZJONIJIET

5769. L-ONOR. JOE CILIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.


KORPORAZZJONIJIET - CHAIRPERSONS

5873. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?
ONOR. JOHN DALLI: Iċ-chairpersons tad-diversi bordijiet fid-dekasteru tiegħi huma kif ġej:
Bord ta` Diretturi Is-Sur Emanuel Ellul BA 1.10.97 -

tal-Bank Centrali (Hons) Econ Dip Econ (Oxon) 30.09.99
Bord tal-Gvernaturi Prof Edward Scicluna MA BA 20.09.97 -

taċ-Centru għas- (Hons) Ph D (Econ) DSS (Oxon) 19.09.99

Servizzi Finanzjarji
Il-Kunsill tal-Borza Is-Sur Alfred Mallia ACIB FCIS 01.02.99 -

FIMgt 31.01.2001
Bord ta` l-Accountancy Is-Sur Alfred Lupi FCCA, MIA, 01.01.99 -

CPAA, BSc (Econ) 31.12.99
Kumitat tal-Kuntratti Id-Diretturi tal-Kuntratti - Permanenti

Is-Sur Joseph V Spiteri
Bordijiet tal-Lottu Id-Direttur tal-Lottu Pubbliku Permanenti

u Lotteriji Is-Sur Alfred Muscat

Bord ta` l-Appelli (VAT) Is-Sur Edgar Wadge 15.11.98 -

14.11.2001
It-Tieni Bord ta` Is-Sur Ray Vella CPAA FIA ACIB 01.01.97 -

l-Appelli (VAT) 31.12.99
Tribunal Dwar it-Taxxa Dott John Vassallo LLD 09.04.98 -

tas-Sisa 05.08.2000
Bord ta` Kummissarji Il-Magistrat Dott Silvio 05.02.99 -

Specjali (Taxxa fuq Meli LLD 04.02.2000

Dokumenti u Trasferimenti)

(Taxxa tal-Mewt u

tad-Donazzjoni)
Bord Dwar il-Loghob Dott Joseph M Ciappara BA LLD 30.04.98 -

29.04.2001
Tribunal għal Servizzi Dott Pierre Lofaro 09.02.99 -

Finanjzarji 08.02.2002
Xi bordijiet li għalqilhom il-perjodu tal-ħatra u għadhom ma ġewx imġedda mhumiex inklużi hawn fuq.

BARRIERI

5874. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barrieri fil-gżejjer tagħna li qed jintużaw?
Kemm huma dawk li m'humiex jintużaw u x'policy ħejja l-gvern għal din il-leġislatura għal dawn il-barrieri mhux użati?
Liema huma l-lokalitajiet residenzjali f'Malta u f'Għawdex li jilmentaw mad-dipartimenti konċernati dwar il-problemi ta' splużjonijiet li jsiru f'dawn il-barrieri sabiex jitfarrak il-blat?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat li l-barrieri li qegħdin jintużaw huma maqsuma kif ġej : -
Barrieri Malta Għawdex

Tal-Qawwi 23 6



Tal-Franka 64 9
Ninsab informat ukoll li fil-preżent ma teżistix statistika dwar in-numru ta' barrieri li mhumiex jintużaw. Iżda huwa ppjanat li dawn jiġu mistħarrġa bħala parti mill-preparazzjoni tal-Minerals Subject Plan li mistenni jibda fi żmien qasir. L-istess pjan mistenni li jeżamina kif dawn is-siti għandhom jiġu riabilitati.
Sadanittant, għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn il-P.A., l-WSC u l-EPD sabiex b'koordinazzjoni flimkien jiġu identifikati xi barrieri fejn ikun jista' jsir rimi ta' skart.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat li l-biċċa l-kbira ta' l-ilmenti jiġu mid-distretti li jinkludu l-kunsilli tan-Naxxar, Mosta, Rabat, San Ġwann u Dingli, f'Malta u dawk tal-Qala u Nadur, f'Għawdex.
SERVIZZI EKONOMIĊI - NEFQA GLOBALI

5875. L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa globali tal-ministeru u tas-segretarjat parlamentari nkluż tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru mill-vot ta' hospitality u safar mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar 1999?
ONOR. JOSEF BONNICI: Matul il-perijodu msemmi, fil-Ministeru, inklużi ż-żewġ Segretarjati Parlamentari u d-dipartimenti nkorporati fih, intnefqet is-somma globali ta` Lm5,388 mill-vot tal-hospitality, waqt li minn dak tas-safar b`kollox intnefqet is-somma ta` Lm13,854. Minn dan l-aħħar ammont għad irid jitnaqqas l-ammont li ma ntnefaqx minn xi delegazzjoni.

SAĦĦA - IMPJEGATI B'DEGREE

5897. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5622?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond il-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta. Nikkonferma li x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa huwa relatat mal-kwalifiki li qed jingħataw allowance għalihom

SKEJJEL - BIRGU

5907. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger School fil-Birgu?
ONOR. LOUIS GALEA: Għad m'hemmx deċiżjoni kif l-aħjar jintuża l-post imsemmi.

DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA

5908. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jara kif l-omm ta' tlett itfal bil-file numru H 13604 mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, tista' tingħata post fejn tgħix? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li persuni bi problemi serji, kif jistgħu jixhdu rapporti ta' l-istess social workers, ikunu jistgħu jintegraw aħjar u jgħixu b'mod aħjar?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Jien infurmat illi l-każ tal-persuna ndikata qed jiġi kkonsidrat, iżda postijiet fil-pjan terran, kif għandha bżonn hi ma tantx ikun hemm disponibbli.


ŻABBAR - TRIQ SAN DUMINIKU - TISWIJA

5918. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk Triq San Duminku, f'Ħaż-Żabbar hijiex fil-lista tat-toroq li se jiġu rranġati minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna u hi ferm abitata?
ONOR. ĊENSU GALEA: Jien informat li t-triq imsemmija hija diġa' asfaltata u r-resurfacing tagħha jrid isir mill-kunsill.


SKEJJEL - STUDENTI

5931. L-ONOR. FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi preżentament il-popolazzjoni ta' studenti full time f'kull skola - primarja, sekondarja, junior lyceums, trade schools u post-sekondarji f'Malta?
Kemm ġew allokati flus din is-sena, 1999, lil kull skola għal: (1) impressed for materials and supplies; (2) impressed for maintenance; u (3) impressed for furniture and equipment?

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8
Orklarla döyüş:

Google Play'də əldə edin


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2017
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə