Malta debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 490,66 Kb.
səhifə5/8
tarix07.01.2019
ölçüsü490,66 Kb.
#91054
1   2   3   4   5   6   7   8

AĠĠORNAMENT



ONOR. LAWRENCE GONZI: Mr Speaker, skond il-ftehim reġistrat fil-kumitat dwar ix-xogħol tal-Kamra, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar il-Ħadd, 4 ta' April 1999, fil-11.25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz, il-Belt, b'din l-aġenda:
Ħatra tal-President tar-Repubblika.
Skond il-ftehim milħuq, f'dik is-seduta m'għandu jsir xejn ħlief il-ħatra tal-President tar-Repubblika u, immedjatament li jittieħed il-ġurament, il-Kamra taġġorna għal nhar it-Tnejn, 26 ta’ April 1999, fis-6.00 p.m. b’aġenda li naturalment tiġi kkomunikata aktar tard.
Il-Minuti tas-seduti tal-lum kif ukoll dawk tas-seduta ta' nhar il-Ħadd li ġej għandhom jiġu kkonfermati fis-seduta tas-26 ta’ April. Naturalment il-ħin ta' l-aġġornament ma jitteħidtx lanqas.
Irrid ngħid ukoll li ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-ġurament lill-President tar-Repubblika se tkun ukoll trasmessa dirett fuq il-mezzi tax-xandir.
Mr Speaker, nieħu din l-opportunita' biex nawgura lid-deputati sħabi taż-żewġ naħat tal-Kamra l-Għid it-Tajjeb, vaganzi li jgħinuna nistrieħu ftit u li matulhom inkunu nistgħu nippreparaw ruħna biex imbagħad nibdew sezzjoni fis-26 ta' April li m'għandix dubju - se nagħti avviż minn issa - se tkun sezzjoni ta' xogħol impenjattiv ħafna.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Mr Speaker, jiena wkoll f'isem l-oppożizzjoni nawgura l-Għid it-Tajjeb lill-membri kollha, lill-familji tagħhom, lill-istaff kollu u lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
MR SPEAKER: Grazzi. Is-Sedja tingħaqad ukoll mal-fehmiet espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra, tirringrazzja lill-membri, lill-istaff u lill-media u tixteqilhom ilkoll l-Għid it-Tajjeb.
Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ħadd, 4 ta' April, 1999, fil-11.25 a.m. fis-Sala tal-Gran Kunsill bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Gonzi.
Fid-9.00 p.m. il-Kamra ġiet aġġornata mingħajr ma saret il-mistoqsija.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB




ANZJANI - PENSJONIJIET

3982. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li ma jieħdu l-ebda tip ta' pensjoni mil-gvern?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta, persuna jista' jkollha dritt kemm għal pensjoni kontributorja jew mhux kontributorja. Fost kundizzjonijiet oħra, mhux bilfors li persuna jkollha cittadinanza Maltija jew tgħix Malta biex tikkwalifika għal pensjoni kontributorja u lanqas li tkun reġistrata fuq ir-reġistru elettorali ta' Malta.
F'dawn iċ-ċirkostanzi jkun diffiċli li wieħed iżomm l-istatistika kif qed jitlob l-Onor. Membru.


PERSUNI NIEQSA MID-DAWL - SUSSIDJU FUQ IT-TELEPHONE

3983. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li persuni li huma nieqsa mid-dawl (għomja) jieħdu sussidju fuq it-telephone?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Naħseb li l-possibbilta' ta' dan it-tip ta' benefiċċju għandha tiġi kkunsidrata fuq il-bażi tal-bżonn u mhux fuq il-kawża tad-diżabilita'.
Jien infurmat li fil-passat il-Korporazzjoni Telemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienu waqqfu kumitat konġunt sabiex jiddiskutu flimkien kif jistgħu joffru dejjem aktar opportunitajiet indaqs lil persuni b'diżabilita'. Dan il-kumitat ma kienx baqa' jiltaqa' u l-kummissjoni għandha talba pendenti ma-Maltacom Ltd. sabiex dan il-kumitat jerġa' jibda jopera.

IMPJIEG - ŻIEDA FIL-QGĦAD

3984. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied il-qgħad mil-5 ta' Settembru sal-lum? Jista' jagħti l-etajiet ta' dawn il-persuni?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Mill-aħħar ta' Awissu 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 il-qgħad żdied b'177 persuna. L-etajiet tal-persuni fejn kien hemm żieda huma kif ġejjin:
Taht it-18 26

bejn it-18 u d-19 77

l-25 u d-29 20

it-30 u l-34 19

il-35 u d-39 32

l-40 u l-44 40

l-50 u l-54 2

u

l-55 u d-59 sena 1




SIGURTA' SOĊJALI - PENSJONIJIET

3985. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għal Politika Soċjali u Kap tal-Kamra tad-Deputati: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ħsieb tal-gvern dwar il-futur tal-pensjonijiet?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget għas-sena kurrenti, il-gvern jirrikonoxxi l-fatt li fi żmien 20 sena l-pajjiż ser jiffaċċja problema fil-qasam tal-pensjonijiet minħabba li ser ikollna numru akbar ta' anzjani sostnuti minn numru iżgħar ta' ħaddiema jikkontribwixxu fl-iskema nazzjonali tas-sigurta' soċjali. Din il-problema rridu niffaċċjawha bis-serjeta'. Għalhekk kif tħabbar mill-Onor. Ministru tal-Finanzi l-gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibbilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal-pensjonanti, u rappreżentanti ta' l-assoċjazzjoni ta' l-assikurazzjoni. L-għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkmandazzjonijiet għal-liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli.


GOZO CHANNEL - ESPERTI NORVEĠIŻI

4353. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jaf il-Ministru jew le li l-esperti Norveġiżi li suppost qed imexxu l-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel u li qed jitħallsu eluf ta' liri, apparti l-karozzi lussużi li qed jużaw, fil-fatt m'hu qed jagħtu l-ebda pariri jew konsulenzi lil MSCL, anzi l-każ huwa l-kontra u cioe' li huma l-managers u l-foremen ta' l-MSCL li qed jagħtu pariri lis-suppost esperti Norveġiżi?
Jista' l-Ministru jinvestiga dan kollu u jieħu passi biex ma jibqgħux jintnefqu flus għalxejn u li eventwalment qed jispiċċaw down the drain?
ONOR. JOSEF BONNICI: Mhux korrett li wieħed jgħid li l-konsulenti Norveġiżi ngaġġati mill-Kumpanija Gozo Channel mhumiex jagħtu servizz ta' konsulenza u pariri. Dawn fil-fatt għadhom qed jagħmlu l-istess xogħol li kienu qed jagħmlu fl-aħħar sentejn u nofs.

Barra minn hekk il-management tal-Malta Shipbuilding qed jeżamina kif dawn il-konsulenti jistgħu jkunu ta' servizz aħjar biex iħarrġu lill-ħaddiema tat-Tarzna tal-Marsa. Meta l-bżonn ta' dawn il-konsulenti jonqos isiru l-arranġamenti meħtieġa biex in-numru tagħhom jonqos.




GOZO CHANNEL - BINI TA' VAPURI

4354. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni u x'inhi r-raġuni biex fil-kuntratt tal-bini tal-vapuri ta' Għawdex saret klawsola li torbot lil MSCL li kull meta jkun hemm bżonn il-vireg tal-welding u żebgħa, l-aktar żewġ materji importanti f'vapur, għal 30 sena sħaħ jinxtraw bilfors mingħand kumpannija Norveġiża? Jidhirlu l-Ministru li kummerċjalment klawsola bħal din hija ta' żvantaġġ ekonomiku għal MSCL? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min ħa d-deċiżjoni li l-pipes fuq il-vapuri ta' Għawdex ma jkunux galvanizzati b'konsegwenza li wara ftit ta' snin dawn ikunu jridu jerġgħu jinqalgħu bi spiża enormi u fuq kollox żejda? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif bi spiża ta' miljuni kbar ta' liri għal bini ta' dawn it-tliet vapur mhux se tiġi nstallata sistema ta' arja kundizzjonata?
ONOR. JOSEF BONNICI: Jiena nfurmat li t-tarzna tal-Marsa m'għandha l-ebda rabta li tixtri vireg tal-welding u żebgħa mingħand xi kumpanija partikolari Norveġiża għal dawn it-30 sena li ġejjin.
Fuq parir tat-tekniċi, il-kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li l-pipes li ntużaw fuq il-vapuri, flok jiġu galvanizzati, ikunu ta' ħxuna aktar min-normal u li jifilħu aktar għall-corrosion. Kuntrarjament għal dak li ngħad fil-mistoqsija, it-30 vapur ġodda ser ikunu mgħammra b'sistema ta' arja kundizzjonata.

MSCL - VAPURI GĦAL GĦAWDEX

4355. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk wara diversi stqarrijiet pubbliċi mill-ħaddiem direttur tal-MSCL dwar problemi li jeżistu fid-drawings u fil-wasla tal-materjal għal bini tal-vapuri ta' Għawdex, u eventwalment dwar id-dewmien tal-bini ta' dawn il-vapuri, sarx jew hux qiegħed isir xi ħaġa serja u konkreta mill-ministeru biex din il-problema li 'l quddiem tista' tiswa lill-pajjiż miljuni ta' liri tiġi solvuta?
ONOR. JOSEF BONNICI: Id-disinji tal-vapuri issa tista' tgħid li tlestew. Il-listi tal-materjal u l-inġenji meħtieġa għall-bini ta' dawn il-vapuri tlestew ukoll. Nuqqas ta' kordinazzjoni bejn id-disinjaturi u l-kumpaniji li pprovdew il-materjal wasslet biex l-ispecifications li kienu nklużi fid-disinji xi drabi ma' qablux ma' l-ispecifications tal-materjal. Dan il-fatt ikkawża ċertu dewmien u xogħol ħażin fil-bini matul dawn l-aħħar xhur.
Issa, li ġiet identifikata l-kawża tal-problema, qed jittieħdu passi biex id-disinji jerġgħu jiġu ċċekkjati biex ikun żgurat li dawn jaqblu ma' l-ispecifications tal-materjal u l-inġenji li ser jintużaw.

MSCL - BINI TA' VAPURI

4356. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Peress li kif jaf il-Ministru malli l-MSCL tlesti l-vapuri ta' Għawdex m'għandhomx ordnijiet ta' xogħol ieħor li jiggarantixxi x-xogħol lill-ħaddiema ta' l-azjenda u biex ma jiġrix bħalma ġara lill-ħaddiema tal-Kalaxlokk, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mill-gvern biex jinġieb xogħol għal MSCL biex jiġu assigurati l-impjiegi tal-ħaddiema u l-għajxien tal-familji tagħhom?
ONOR. JOSEF BONNICI: Il-management tal-Malta Shipbuiliding, minbarra li jgħin fir-riorganizzazzjoni tal-kumpanija, irid jistabbilixxi marketing department biex din l-azjenda tkun tista' tattira xogħol ġdid wara li jitlestew il-vapuri t'Għawdex.
Biex dan isir b'suċċess trid titjieb il-produttivita' f'din il-kumpanija li bħalissa hi pjuttost baxxa biex tattira xi xogħol ġdid. Irid isir kull sforz possibbli biex din is-sitwazzjoni tinbidel biex l-azjenda tkun tista' tikkompeti fis-swieq tal-bini tal-vapuri fuq bażi kemm jista' jkun kummerċjali.

WHITE ROCKS HOLIDAY COMPLEX - PROĠETT

4357. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti u l-parametri proposti ta' sit tal-White Rocks Holiday Complex kif propost li jingħata lil privat mill-gvern? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar dak propost fil-proġett imsemmi? Jaf jew le l-Ministru li l-White Rocks Holiday Complex jagħmel parti mill-konfini tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
ONOR. MICHAEL REFALO: Kif żgur jaf l-Onor. Membru d-development brief dwar il-White Rocks Holiday Complex jinsab għall-bejgħ mill-Ministeru u ma jidhirlix li jkun xieraq li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, għalhekk aċċessibbli mingħajr ħlas, waqt li ħaddieħor ikun ħallas qabel ma jagħlaq iż-żmien stabilit għar-reġistrazzjoni ta' nteress fil-proġett.
Naħseb li l-Onor. Membru jaf ukoll li din mhijiex l-ewwel darba li tnieda dan il-proġett u nikkonferma li peress li mill-foot print oriġinali, kif suġġerit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, ma nbidel xejn mill-1995 sal-lum, il-Kunsill Lokali ta' Pembroke ma ġiex konsultat qabel is-sejħa li saret riċentement. Inżid ngħid li sal-lum la fil-Ministeru u lanqas fid-Dipartiment tat-Turiżmu ma waslu kummenti ta' ebda xorta mill-Kunsill ta' Pembroke.


MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI - RIĊEVIMENTI

4358. L-ONOR. JOSEPH CUSCHIERI staqsa lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3298?

ONOR. JOSEF BONNICI: Bħalma hija l-prattika, fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-sena 1999, saru żewġ riċevimenti. Dawn saru f`isem il-Ministeru u kienu jikkomprendu liż-żewġ segretarjati parlamentari.
L-ewwel riċeviment inżamm fit-23 ta` Diċembru 1998 u t-tieni wieħed fil-31 ta` Diċembru 1998. Iż-żewġ riċevimenti saru fil-bini tal-ministeru, cioe' fil-Berġa ta' Aragona, u l-ikel u xorb ġie pprovdut mid-ditta Arrigo Caterers. L-ispiża totali ta' dawn ir-riċevimenti kienet tammonta għal Lm2179.70c. Inġabru kwotazzjonijit mingħand erba' stabbilimenti li jipprovdu dan it-tip ta' servizz. Dawn huma Percius Caterers, Moulin D'or Caterers, Arrigo Caterers u The Hilltop Co. Ltd.
Kif soltu jsir f'okkażjonijiet bħal dawn, għar-riċevimenti msemmija, kienu mistiedna ministri u segretarji parlamentari, membri tal-korp diplomatiku, kapijiet ta' dipartimenti, ażjendi u korporazzjonijiet, membri tal-korpi kostitwiti, uffiċjali tat-trade unions u persuni oħra li n-natura ta' l-operat tagħhom ikollha kuntatt frekwenti mal-ministeru.

SKEJJEL - STUDENTI

5136. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti: 1) fl-iskejjel primarji; 2) fl-iskejjel sekondarji (inkluż ex-opportunity centres and trade schools) li s'issa għadhom qatt m'attendew skola?
ONOR. LOUIS GALEA: Il-Ministeru qed jagħti attenzjoni partikolari biex jevalwa u jittratta l-problema ta' l-assenteiżmu ta' studenti fl-eta' obbligatorja għall-edukazzjoni. Każi ta' assenteiżmu jaqgħu fis-sezzjoni tal-welfare għax il-parti l-kbira ta' l-informazzjoni tikkonċerna każijiet soċjali li jirrikjedu intervent ta' natura soċjali. Tlabt li jsir eżerċizzju fl-iskejjel u rriżulta li n-numru ta' tfal li ma marrux skola din is-sena skolastika jew li attendew ftit ferm hu kif ser ngħid:
Isem tal-Iskola Qatt ma Qatt ma Qatt ma Total

attendew attendew b' attendew u

ċertifikat ġieli

mediku ppreżentaw

ċertifikat

mediku


Maria Assumpta 29 6 1 36

Bormla Girl's

Secondary 32 4 4 40

New CEntre Girls

Ħamrun 22 2 24
BNIET (Total) 83 12 5 100

Boys' School

Floriana 11 11

Boys' School

Naxxar 10 5 15

Trade School

Naxxar 12 13 7 32

SUBIEN (Total) 33 18 7 58



TOTAL 116 30 12 158
Diġa' qed isir xogħol fil-ministeru biex nassiguraw li l-istrutturi meħtieġa jissaħħu u jaħdmu f'kordinament ħafna akbar ma' taqsimiet oħra f'ministeri oħra.


SKEJJEL - ASSENTEIŻMU

5137. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sa Frar 1999 x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-istudenti fl-iskejjel sekondarji statali tal-bniet u s-subien ta' Malta u Għawdex skola b'skola (inkluż ex-opportunity centres u trade schools)?
Jista' jpoġġi kopja ta' l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra?

ONOR. LOUIS GALEA: Kopja ta' l-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

VALLETTA - MONTI

5138. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Intern: Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-pulizija ssorveljat il-Monti li jintrema fil-Belt Valletta u ħadet passi dwar tfal żgħar li suppost ikunu l-iskola u minflok ikunu qed jaħdmu fuq il-Monti?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab infurmat illi fil-ġranet li jintrama' l-Monti tal-Belt dejjem ikun hemm pulizija assenjat xogħol f'dan il-post li jissorvelja kontinwament li ma jkunx hemm tfal żgħar jaħdmu fuq il-Monti.
B'danakollu nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk għandu xi informazzjoni rigward xi każ partikolari jinformani b'mod kunfidenzjali.

EU - AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA

5139. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Peress li l-Kummissjoni Ewropea tesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħha dwar l-amministrazzjoni pubblika lokali fir-rapport aġġornat tagħha li għadu kemm ħareġ x'xogħol sar mill-1990 sa l-1996 biex is-servizz ċivili jiġi ppreparat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Sa mill-1990, fuq ir-rakkmandazzjoni tal-Public Service Reform Commission, bdiet isseħħ riforma fis-Servizz Pubbliku li ġie kompletament mibdul fi strutturi aktar omoġenji u flessibbli. Dan kollu sar bi ftehim u qbil mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Il-bidla kbira li saret fil-ministeri u d-dipartimenti fil-qasam ta' l-informatika sa minn kmieni fid-disgħinijiet għamlet lis-Servizz Pubbliku aktar modern u effiċjenti.
Matul dawn l-aħħar snin sar kambjament ukoll fil-qasam tat-taħriġ għall-impjegati, kemm f'Malta kif ukoll barra, f'oqsma u speċjalitajiet diversi.


FORZI ARMATI - SKWADRA MARITTIMA

5140. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sal-lum x'tibdil sar fis-sistema ta' xiftijiet u ħlasijiet ta' allowance fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati? Fiex jikkonsisti dan it-tibdil? Għaliex sar dan it-tibdil?
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Jiena nfurmat li fl-iskwadra marittima, mill-1 ta' Frar 1999, beda jseħħ tibdil fis-sistema ta' xiftijiet imħaddma mill-ekwipaġġi tal-patrol boats żgħar u mis-suldati li jagħmlu xogħol ta' sigurta'. Dan it-tibdil sar wara studju bir-reqqa fl-istess skwadra, li l-għan tiegħu kien li tiżdied l-effiċjenza.
Permezz ta' dan it-tibdil il-manutenzjoni tad-dgħajjes iż-żgħar qiegħda ssir b'aktar regolarita' u l-ekwipaġġi ta' dawn id-dgħajjes qegħdin jattendu għal taħriġ ta' rutina mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jidħlu xogħol ta' spiss fil-ħin liberu (off duty) tagħhom. Ġie stabbilit ukoll numru ta' suldati li xogħolhom hu biss fuq sigurta' tal-bażi. Permezz tas-sistema l-ġdida, l-ekwipaġġi tad-dgħajjes huma inqas involuti fix-xogħol ta' sigurta u għalhekk qegħdin jiddedikaw aktar ħin għall-manutenzjoni u xogħol fuq il-baħar. Jien infurmat li dan it-tibdil ma kkawżax differenza sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' allowances.


SKEJJEL - MARSAXLOKK

5141. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Se jitkompla? Għaliex waqaf? Qed jiġu kkonsultati l-kap u l-kunsill skolastiku dwar it-tkomplija ta' dan il-proġett? Kemm saru laqgħat ma' dawn?
Il-Ministru konxju li bħalissa hemm periklu għat-tfal minħabba li x-xogħol tħalla nofs leħja?
ONOR. LOUIS GALEA: Jien informat li l-kuntratti li ngħataw għal xogħlijiet fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk intlaħaq il-valur tagħhom u għaldaqstant dawn qegħdin jiġu magħluqa ħlief għal dak tar-resurfacing li se jitkompla ladarba jitlestew xogħlijiet oħra li l-offerti għalihom qegħdin jiġu ppreparati għall-pubblikazzjoni eventwali tagħhom.
Fil-preżent il-Kap ta' l-Iskola għandu abbozz ta' dawn l-offerti u qiegħed jiġi kkonsultat b'mod regolari.

PULIZIJA - PERSUNI TA' NAZZJONALITA' BARRANIJA

5376. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern vis-a-vis persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jaħdmu mingħajr permess, billi jduru fil-ħwienet ibiegħu minn ħwejjeġ sa play stations?
ONOR. TONIO BORG: Ninsab informat illi l-Pulizija dejjem tieħu passi kontra barranin li jinqabdu jaħdmu mingħajr permess. Jekk l-Onor. Interpellanti għandha aktar dettalji, nitlobha tgħaddihomli, anke' b'mod kunfidenzjali.


POWER STATION - MARSA

5377. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern fir-rigward tal-Power Station tal-Marsa biex inaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-attivita' tagħha?
ONOR. JOSEF BONNICI: Bit-tħaddim tal-Combined Cycle Gas Turbine f'Delimara li bħalissa qiegħda fil-fażi tal-commissioning, hu mistenni li l-kontribuzzjoni tal-power station tal-Marsa għad-domanda totali tonqos b'mod sinifikanti.
Qed isiru modifiki biex jippermettu l-użu taż-żejt b'ammont iżgħar ta' sulphur u dawn mistennija li jkunu lesti sas-sajf li ġej.
Hu maħsub li l-impjant qadim tal-power station tal-Marsa jitneħħa b'mod gradat fis-snin li ġejjin u minfloku jitpoġġa impjant li hu iktar favorevoli għall-ambjent.
Sadanittant, qed jiġu studjati u mplimentati teknoloġiji li jtejjbu l-operat ta' l-impjant u jnaqqsu t-tniġġis. Fost dawn hemm l-użu ta' emulsjoni ta' ilma miż-żejt, u modifiki fuq il-burners tal-boilers.
Tajjeb li wieħed ifakkar li kien il-gvern Laburista ta` qabel 1987 li inroduċa l-faħam fil-power station tal-Marsa u li tant għamel ħsara lill-ambjent. L-impenn tal-Gvern Nazzjonalista biex jitnaqqas it-tniġġiz wassal għal bidla mil-faħam għaż-żejt li biddel radikalment il-ħsara kbira li kienet qed issir b`użu tal-faħam. Il-Gvern preżenti huwa impenjat biex ikompli inaqqas it-tniġġis bl-użu ta` żejt b`kubrit baxx u impjant modern li iniġġes ferm anqas.

BUĠIBBA - SPIŻERIJA

5378. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Dan l-aħħar fil-Media ssemma każ ta' turisti li ġew overcharged minn spiżerija f'Buġibba, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern investigax dan l-ilment? Jekk iva, x'riżultat inkiseb?
ONOR. JOSEF BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.

SAĦĦA - HEALTH IMPACT ASSESSMENT

5379. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru tas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid qattx sar health impact assessment fir-rigward ta' l-effetti li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalitajiet fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa? Jekk sar, meta u x'riżultati nstabu?
ONOR. LOUIS DEGUARA: Ninforma l-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt għamel Health Impact Assessment fir-rigward ta' l-effett li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalita' fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa.

ĦARSIEN TA' L-AMBJENT

5380. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għall-Ambjent: Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex jittieħdu azzjonijiet min-naħa tal-gvern biex tiġi ttestjata l-arja għal tniġġis? F'liema lokalitajiet? Kemm-il darba?
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Ninsab informat li bħalissa qed isir programm ta' monitoraġġ ta' Carbon Monoxide. Dan il-monitoraġġ qed isir f'diversi inħawi fuq bażi regolari tul is-sena kollha sabiex wieħed jikseb idea ċara ta' livelli tipiċi li jeżistu lokalment.
Dawn il-livelli qed ikunu rrapportati fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (www.environment.gov.mt)
Minn barra dan, ġie ordnat aktar apparat analitiku li jkejjel il-livelli fl-arja ambjentali ta' Sulphur Dioxide, Nitrogen Oxides, Ozone 2.5/10.


SORSI TA' ENERĠIJA

5381. L-ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO staqsiet lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet konkreti għall-introduzzjoni fis-suq ta' sorsi ta' enerġija ġodda f'Malta, bħall-użu tar-riħ, u/jew ix-xemx, u/jew il-baħar bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis? Jekk iva, x'inhuma l-pjanijiet?
ONOR. JOSEF BONNICI: Il-policies dwar l-introduzzjoni ta' sorsi ġoddda ta' enerġija se jiġu mfassla bħala parti mill-Energy Policy li qed titħejja mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta.

SERVIZZ ĊIVILI - IMPJEGATI

5576. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern għax ikunu morda, jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunx preżenti waqt dan l-eżami?
Yüklə 490,66 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin