AĠĠORNAMENT
ONOR. TONIO BORG: Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar it-Tlieta, 9 ta’ Ottubru, 2012, fis-6:00 p.m. b’din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata
Riżoluzzjoni għar-Ratifika tat-Trattat dwar Sabbilità, Koordinazzjoni u Governanza magħmul fi Brussell fit-2 ta’ Marzu 2012 – Kontinwazzjoni;
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 3) – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Embrijuni – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Probation – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda diversi liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni tal-films u l-palk – Tieni Qari (Kont);
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar is-Saħħa Mentali – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data – Tieni Qari;
Mozzjoni mressqa mill-Onor. Franco Debono dwar il-qasam tal-Ġustizzja – Kontinwazzjoni;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Min jiżvela Informazzjoni li tkun Protetta – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali – Tieni Qari;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari; u
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Tieni Qari.
__________
Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali – Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili – Kumitat Permanenti; u
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – Kumitat Permanenti.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Kamra hija aġġornata għal għada t-Tlieta, 9 ta’ Ottubru, 2012 fis-6:00 p.m. bl-aġenda kif ikkomunikata mill-Viċi Prim Ministru.
Fil-12:13 a.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
RAĦAL ĠDID - ILQUGĦ TA' STAGE
36344. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arriva tieħu ħsieb u tagħmel ilqugħ fl-istage ta' faċċata tal-ħabs ġewwa Raħal Ġdid peress li ħafna qed ikunu l-ilmenti mill-pubbliku?
ONOR. AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika x'tip ta' lqugħ qed jirreferi għalih. Dan għaliex jien infurmat li f'dan il-post diġà hemm bus shelters istallati.
TALBA GĦAL AKTAR ĠRANET FID-DAY CENTRE
36345. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33695, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna konċernata tixtieq li tibda tmur aktar ta' spiss fid-day centre peress li bħalissa jumejn fil-ġimgħa biss qed tmur?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Persuna b’Dizabiltà imsemmija qiegħda fuq il-lista biex tibda tircievi s-servizz tad-Day Centers ghal persuni b’Diżabiltà tal-Agenzija Sapport. Il-każ tagħha jrid jiġi kkunsidrat flimkien ma’ dawk ta’ persuni oħrajn li qegħdin fuq il-waiting list għas-servizz. Jirrizulta li din il-persuna qed tircievi s-servizz ta’ Day Center għal jumejn fil-ġimgħa mingħand Dar il-Kaptan.
AWTORITÀ TAD-DJAR - KONSULENTI
36346. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Minsitru jgħid kemm qed tħallas l-Awtorità tad-Djar f'konsulenzi bħalissa jew kemm nefqet matul din is-sena?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda nefqa f’konsulenzi.
AWTORITÀ TAD-DJAR - SKEMA KIRI
36347. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħda tistma li se tiġi tiswa lill-Awtorità tad-Djar Skema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin? Din l-iskema ġiet varata mill-awtorità sabiex jiġu akkomodati applikanti bi prijorità soċjali li bħalissa jinsabu fuq il-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tistma illi Skema Kiri se tiswa madwar €20 miljun fuq medda ta’ għaxar snin, u dan kif muri fit-tabella iktar ‘l isfel.
Medja ta’ kera kummerċjali fix-xahar €291
Medja tas-sussidju fuq il-kera
Għall-inkwilini li jiġu allokati
Akkomodazzjoni soċjali 80%
Numru ta’ proprjetajiet previst li
Jinkrew bl-Iskema Kiri 700
Reviżjoni tal-kera annwali prevista 2%
Sena
|
Kera
|
Sussidju
|
2012 – 2013
|
€2,444,400
|
|
2013 – 2014
|
|
€1,994,630
|
2014 – 2015
|
€2,543,154
|
€2,034,523
|
2015 – 2016
|
€2,594,017
|
€2,075,213
|
2016 – 2017
|
€2,645,897
|
€2,116,718
|
2017 – 2018
|
€2,698,815
|
€2,159,052
|
2018 – 2019
|
€2,752,791
|
€2,202,233
|
2019 – 2020
|
€2,807,847
|
€2,246,278
|
2020 – 2021
|
€2,864,004
|
€2,291,203
|
2021 – 2022
|
€2,921,284
|
€2,337,027
|
Spiża Totali €21,412,398
Il-familji u persuni li se jiġu akkomodati f’dawn il-proprjetajiet huma fil-lista ta’ prijorità għall-akkommodazzjoni soċjali.
TRASFERIMENT TA' TEACHER LIBRARIAN
36415. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni l-għala teacher librarian li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament b’esperjenza, qed jitlef id-dritt tiegħu li jiġi trasferit minn skola għal oħra anki meta kien hemm post vakant fl-iskola li talab biex jiġi trasferit fiha, u kif xi ħadd ġdid jiġi magħżul jimla dak il-post?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Minn dak iż-żmien inħolqot vakanza u l-għalliem in kwistjoni beda jservi bħala għalliem-librar fi skola sekondarja. Dan bi qbil mal-istess għalliem
GĦAWDEX - ITS - STALLAZZJONI TA' CCTV
36462. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għal Għawdex: Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġew istallati CCTV cameras fl-Istitut għall-Istudji Turiċtiċi fil-Qala Għawdex u tikkonferma jekk din is-sistema ġietx ridiretta minn fuq is-sistema tal-operatur għal fuq laptop personali? Jekk fl-affermattiv, intalab parir jew permess tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar dan? Tista' tgħid jekk kienx hemm ilmenti\rapporti dwar ksur ta' data protection?
ONOR. GIOVANNA DEBONO: Ninsab infurmata li s-CCTV cameras ġew istallati fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex meta tlesta l-bini l-ġdid ta' dan l-Istitut. Din is-sistema hija aċċessata biss mill-Management tal-Istitut. Id-Direttorat fil-Ministeru għal Għawdex, responsabbli minn dan l-istitut, id-Direttorat Customer Services, kien ħa ħsieb li jinnotifika lill-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data fuq l-eżistenza u l-istallazzjoni ta' dawn is-CCTVs u dan kif titlob il-liġi. Fis-27 ta' Settembru l-ITS fil-Qala rċieva notifika dwar ilment li wasal fl-uffiċċju tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data.
CHIEF OFFICERS U DIRETTURI
36487. L-ONOR. GINO CAUCHI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista’ l-Ministru jindika għal kull chief officer u direttur fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu, min qed jokkupa l-kariga, l-età, l-kwalifiċi akkademiċi li għandu, il-pakkett finanzjarju u beneffiċji supplementari?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
SPTAR MONTE CARMELI - OUTSIDE CATERING SERVICES
36488. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Monte Carmeli huwiex jipprovdi outside catering services mill-kċina tiegħu?
ONOR. JOSEPH CASSAR: L-Isptar Monte Carmeli ma jipprovdix outside catering services.
DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA - OPERAZZJONIJIET LILL-SPTARIJIET PRIVATI
36489. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikrix apparat u strumenti tal-operazzjonijiet lill-sptarijiet privati? Jekk iva, liema huma dawn l-istrumenti u kemm-il darba inkrew matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu 2012?
ONOR. JOSEPH CASSAR: L-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Tqegħid ta’ Karti waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
GĦAWDEX - ŻEBBUĠ - TRIQ IL-MITĦNA U TRIQ IL-LAMPUKA - SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU
36497. L-ONOR. JUSTYNE CARUANA staqsiet lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna u Triq il-Lampuka fiż-Żebbuġ, Għawdex qed jilmentaw għaliex għandhom il-bogħod għall-eqreb stage tal-karozza tal-linja u peress li qed ibatu minn inkonvenjent għaliex it-traport pubbliku ma jgħaddix minn dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jara li l-ilmenti ta' dawn ir-residenti jiġu indirizzati?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ kien għamel talba simili lil Transport Malta sabiex isir tibdil fir-rotta tal-lokalità tiegħu. Din it-talba ġiet evalwata, però ma setgħetx tiġi milqugħa. Dan għaliex it-toroq imsemmija huma inadegwati biex tgħaddi r-rotta proposta. Dan hu minnu li dawn it-toroq qatt ma kellhom servizz ta' trasport pubbliku.
ECO-TAX FUQ PLASTIC BAGS
36502. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/department stores u super u mini markets li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu eco tax simili;
b) liema kienu; u
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
ONOR. TONIO FENECH: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
MEPA - POLICY FUQ UPROOTING TAS-SIĠAR
36503. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-ħarsien u l-uprooting tas-siġar u x'kordinazzjoni effettiva li ssir fil-prattika min-naħa tal-awtorità bħala regolatur tal-Ambjent mal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta?
ONOR. MARIO DE MARCO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala prinċipju ġenerali, l-awtorità tqis is-siġar bħala karatteristika li ssebbaħ u tagħni l-ambjent. Għaldaqstant, l-awtorità ma tinkoraġġixxix il-qlugħ tagħhom jew interventi li jagħmlulhom il-ħsara, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni valida.
Fejn ma jkunx fattibbli li s-siġar jinżammu fuq il-post, l-awtorità ġeneralment tesiġi li s-siġar xorta jkunu salvati u trapjantati għal post ieħor fil-viċinanzi. Jekk lanqas dan ma jkun possibbli, normalment jintalab it-tħawwil ta' siġar oħrajn bħala miżura kompensatorja. Kull fejn ikunu rilevanti, dawn il-kunsiderazzjonijiet jiġu fis-seħħ permezz ta' kundizzjonijiet u limitazzjonijiet fil-permess, jew inkella billi l-awtorità tesiġi bidliet fl-intervent propost jew saħansitra tirrifjuta l-permess, skont il-merti tal-każ.
PREZZIJIET TA' MEDIĊINI MRAĦĦSA
36504. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-prezzijiet tal-mediċini, li ġew imraħħsa fil-prezz fl-aħħar lista ppubblikata hawn Malta fid-19 ta’ Settembru 2012? Kif qegħdin jinbiegħu f’dawn il-pajjiżi, stati-membri tal-Unjoni Ewropeja: Portugall, Spanja, Sqallija/Italja, Greċja u Polonja?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaġħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
KWESTJONI DWAR PREZZ TA' MEDIĊINA
36505. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jispjega d-differenza enormi li teżisti fil-prezz kif jinbiegħu l-pilloli Tamoxifen, 20mg. pakkett ta’ 30 pillola, li fil-Polonja (Krakow) inxtraw għall-prezz ta’ 14.34 ZLT, equivalenti għal madwar €3.5. filwaqt li f’Malta, jekk persuna jkollha bżonn tixtri dawn l-istess pilloli, per eżempju, jekk dawn il-pilloli jkunu out-of-stock (għax normalment, dawn jingħataw b’xejn fis-sistema tal-Iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek.), ċittadini Maltin ikollhom iħallsu l-prezz ta’ madwar €19? Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b’liema prezz qiegħed jixtri dawn l-istess pilloli mingħand l-importatur?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaġħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
SPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - MEDIĊINI OUT OF STOCK
36506. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid liema mediċini kienu out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek matul ix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2012?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li l-lista tal-mediċini out of stock hija waħda dinamika u tvarja minn ġurnata għal oħra. Għaldaqstant, il-lista mhux neċċessarjament tirrifletti l-pożizzjoni tal-istess stokk fil-160 spiżerija fil-kommunita’ li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Barra minn hekk, mhux bilfors li l-mediċina out of stock tkun nieqsa mill-ispiżeriji kollha fl-istess ħin. F’dan ix-xenarju Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tagħmel dak kollu possibbli biex tittrasferixxi dik il-mediċina partikolari minn spiżerija fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għall-oħra sabiex il-pazjent ikun jista’ jinqeda.
Ta’ minn jgħid li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tipprovdi biex meta mediċina tkun out of stock mill-ispiżeriji tal-kommunità, il-pazjenti li jibbenifikaw mill-iskema ikunu jistgħu jinqdew mil-lokalitajiet l-oħra fil-Qasam tas-Saħħa.
Minħabba din il-varjazzjoni u d-dinamika kbira fil-parametri, huwa diffiċili li wieħed jikkwantifika u jiddentifka kemm kienu dawk il-mediċini li attwalment kienu out of stock matul dan il-perijodu.
AWTORITÀ TAD-DJAR - APPLIKAZZJONI PENDENTI
36518. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija
AWTORITÀ TAD-DJAR - APPLIKAZZJONI PENDENTI
36521. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar twieġeb l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
ONOR. CHRIS SAID: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni tagħha se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
DIRETTORAT TAL-ARTIJIET
36522. L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO staqsa lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur: Jista' l-Ministru jara fejn wasal l-ilment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għamel mal-perit tad-Direttorat tal-Artijiet?
ONOR. JASON AZZOPARDI: Ninsab infurmat li dwar l-ilment ta’ ħsarat li għamel l-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, il-perit tad-dipartiment spezzjona l-fond in kwistjoni u kopja tar-rapport ta’ ħsarat intbagħat lill-Awtorità tad-Djar fis-6 ta’ Settembru 2012, għal kull azzjoni li teħtieġ tittieħed dwar il-ħsarat f’dan il-post residenzjali.
XOGĦLIJIET F'TOROQ
36523. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta d-diversi toroq sekondarji ġewwa ż-Żurrieq, bħalma hi l-parti t'isfel ta' Triq Ta' Ciantar, li ġew dekorati b'tabelli li jgħidu li xogħol fuqhom se jinbeda, meta atwalment se jinbeda? Jista' jgħid jekk il-kuntrattur indikat hux se jesegwixxi dawn ix-xogħlijiet jew jekk hux minnu li dan naqas milli jottempra ruħu mar-rikjesti tat-tender u għalhekk dan ix-xogħol mhux se jinbeda?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li t-toroq fiż-Żurrieq li għaddew mill-proċess ta’ sejħa tal-offerti u ġew mogħtija lill-kuntratturi sabiex jinbeda x-xogħol huma:
·Triq ta’ Ciantar;
·Triq Santa Klementina; u
·Parti minn Triq in-Nigret.
Il-kuntratturi ta’ dawn it-toroq ma ffirmawx il-kuntratt meħtieġ sabiex jinbeda x-xogħol, u għalhekk ġew irtirati. Għaldaqstant trid tinħareġ sejħa oħra għall-offerti għal dawn it-toroq.
IMPJEGATI MID-DIRETTORAT TAL-INFURZAR - ROSTER
36524. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33810, jista' l-Ministru jgħid kemm ilha fis-seħħ din id-direct order? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din kienet ingħatat fi żmien l-Awtorità dwar it-Trasport u għadha titgawda sal-lum? Jista' jiżvela kemm kienet in-nefqa fuq din id-direct order?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 33810 ma tagħmel l-ebda referenza għal xi direct order.
BIRGU - TRIQ KOTTONERA - XOGĦOL TA' TARMAK FUQ IT-TRIQ
36536. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31702, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dakinhar, u dan għax meta għamlet l-aħħar xita, din it-triq kien mimlija ilma quddiem il-Kulleġġ De La Salle?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li waqt waħda mill-ispezzjonijiet minn uffiċċjali ta’ Transport Malta, irriżulta li hemm bżonn ta’ manutenzjoni fuq l-imsemmija culverts. Qed isiru l-preparamenti biex dan ix-xogħol ikun jsir fil-ġranet li ġejjin.
BIRGU - ĦAWLI - SLEEPING POLICEMEN
36537. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li jissewwew is-sleeping policemen jew isiru oħrajn fl-area fejn hemm il-kappella fuq tal-Ħawli l-Birġu?
ONOR. AUSTIN GATT: Peress li ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni taqa' taħt ir-responsabilità tal-kunsill lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
XGĦAJRA - F'TA’ BARKATT - IRWEJJAĦ
36538. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34958, jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li din ir-rotta mminimizzat l-inkonvenjent? Jista' jgħid ukoll jekk ġietx diskussa l-possibilità li dan il-waste jinġarr bi braken, u b'hekk żgur ma jkun hemm inkonvenjent għal ħadd?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34564 imressqa mill-istess Onor. Interpellant.
DRAMA TEACHERS
36539. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti għal Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the Drama Unit, li ngħataw l-appointment wara l-aħħar sejħa?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Kien hemm 29 applikant għas-sejħa interna ta’ Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the DramaUnit. Minn dawn 25 kienu eleġibbli u għaddew mill-intervista. Fil-preżent hemm 22 għalliem tal-Peripatetic Drama.
PENSJONI TA' PERSUNA
36540. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kif waslu għall-ammont ta' bidla fil-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
ONOR. CHRIS SAID: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
REGULATORY UNIT - IMPJEGATI
36541. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk li jaħdmu fir-regulatory unit u jindika l-pożizzjonijiet li jokkupaw?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
DIRETTORAT TAL-AVJAZZJONI - IMPJEGAT LI GĦAMEL L-OVERTIME
36542. L-ONOR. JOSEPH M. SAMMUT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li impjegat li huwa stazzjonat fid-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta għamel ġranet tas-Sibt jidħol overtime? Jista' jgħid x’tip ta' xogħol kien qed jesegwixxi?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 34127 u 35375.
TRANSPORT MALTA - SKRIVANI
Dostları ilə paylaş: |