TRANSPORT MALTA - KAPPARA JUNCTION - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT 37199. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36952 u 36758 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha ambjentali u dawk ħolistiċi fuq traffic impact assessments li saru jew ġew ikkummissjonati minn Transport Malta qabel għamlet l-għażliet rakkmandati tagħha dwar l-iżviluppi proposti dwar Kappara Junction? Meta saru dawn l-istudji? Minn min saru u meta ġew ikkummissjonati? Id-deċiżjonijiet ta’ Transport Malta dwar din l-issue fuq liema livell ittieħdu u jekk qabel sar dan kienx hemm konsultazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet governattivi oħra?