SAN PAWL IL-BAĦAR U MELLIEĦA - TITJIR TA’ AJRUPLANI 37266. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ħadd, 14 t’Ottubru, għal ħabta tat-7.45 a.m., kienx hemm tliet ajruplani jittajru fl-għoli u li ħallew trail ta’ exhaust qawwi warajhom b’linja twila li baqgħet għal ħin twil fl-arja u dehru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u Mellieħa kif ukoll li kien hemm episodju ieħor fl-10.00 a.m. u fil-11.30 a.m.? Jista’ jagħti idenfikazzjoni ta’ dawn l-ajruplani u ta’ liema għamla huma li qed jittajru fl-ispazju tal-arja ta’ Malta u jekk dan it-trail ta’ exhaust huwiex ta’ detriment għat-tniġġis tal-arja u jekk hux qed isir xi monitoraġġ tagħhom mill-avjazzjoni ċivili?