ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-ajruplani li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kienu ajruplani tal-passiġġieri li jgħaddu mill-ispazju tal-ajru ta’ Malta u l-linja li jħallu warajhom hija riżultat tad-differenza fit-temperatura meta l-gassijiet mill-magni tal-ajruplani joħorġu fl-atmosfera kiesħa u jifforma linja li jidher qisu sħab. Dan huwa magħmul minn ilma u mhuwiex ta’ detriment għat-tniggis tal-arja.
SAN PAWL IL-BAĦAR U MELLIEĦA - TITJIR TA’ AJRUPLANI 37267. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru, għal ħabta tat-7.45 a.m. kien hemm tliet ajruplani jittajru fl-għoli waqt li jħallu trail ta’ exhaust qawwija warajhom b’linja twila li jibqa’ għal ħin twil fl-arja li dehru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u Mellieħa kif ukoll kien hemm episodju ieħor fl-10.00 a.m. u fil-11.30 a.m.? Jista’ jagħti identifikazzjoni ta’ dawn l-ajruplani u ta’ liema għamla huma li qed jittajru fl-ispazju tal-arja ta’ Malta u jekk dan it-trail tal-exhaust huwiex ta’ detriment għat-tniġġis tal-arja u jekk hux qed isir xi monitoraġġ tagħhom mill-avjazzjoni ċivili?